
Leo Brincat, Ministru ghall-izvilupp sostenibbli, l-ambjent u
t-tibdil fil-klima – Meta dalgħodu
il-Ministru għall-Iżvilupp Sostenibbli, l-Ambjent u t-Tibdil fil-Klima kien qed
jindirizza u jwieġeb interventi li sarulu waqt laqgħa tal-MCESD dwar il-pjan
tal-Gvern biex jkun hemm qasma bejn il-MEPA kif nafuha llum u l-ħolqien ta'
żewġ awtoritajiet; dik tal-Ambjent u R-Riżorsi u oħra dwar l-Iżvilupp u
l-Ippjanar, il-Ministru Leo Brincat fisser għaliex ir-riforma fil-MEPA se
ssaħħaħ is-settur ambjentali.
Huwa qal
li bil-proposti legali se titwaqqaf awtorità awtonoma b'identità għaliha.
B'hekk ix-xogħol tagħha se jkun iffukat fuq il-ħarsien tal-ambjent u
l-immaniġġar tar-riżorsi li minnhom infushom huma ukoll parti mill-ambjent
naturali.
Il-Ministru
Brincat fisser li bħala Awtorità awtonoma hija tkun tista' tieħu pożizzjoni fuq
proposti jew deċiżjonijiet li jittieħdu minn entitajiet oħra fuq l-istess
livell u mhux kif inhi illum – li tibqa'
entità sempliċiment b'miri u funzjonijiet differenti u xi kultant
diverġenti.
Rigward
l-Ippjanar u l-Iżvilupp, l-Awtorità l-ġdida dwar l-Ambjent u r-Riżorsi se
jkollha rappreżentant fuq il-Bord tal-Ippjanar, se tkun entità li bilfors trid
tiġi kkonsultata b'mod statutorju u se jkollha dritt tappella fuq deċiżjonijiet
tal-Ippjanar u l-Iżvilupp.
L-Awtorità
nnifisha jkollha wkoll id-dritt li ssemma leħinha uffiċjalment u pubblikament bħala Awtorità fuq issues li
jkollha riservi serji dwarhom.