Il-Kamra tan-Negozji z-Zghar u Medji – il-GRTU – tesprimi t-thassib serju taghha ghall-fatt li l-gvern mhux qed jinvolviha fit-tahdidiet mal-bejjiegha tal-Monti tal-Belt Valletta
Ministru, Il-Kamra tan-Negozji ż-Å»għar u Medji – il-GRTU – tesprimi t-tħassib serju tagħha għall-fatt li l-gvern mhux qed jinvolviha fit-taħdidiet mal-bejjiegħa tal-Monti tal-Belt Valletta. Hu d-dmir tagħna għalhekk li f’isem il-membri tagħna nikkostataw il-fatti li Ä¡ejjin: Il-ħwienet fi Triq il-Merkanti bejn Triq San Ä wann u Triq it-Teatru l-Antik ilhom is-snin twal ibatu telf ta’ bejgħ minħabba l-preżenza tal-Monti kull nhar ta’ xogħol f’dan is-sit. Il-bankarelli huma bil-bosta akbar mil-limiti stabbiliti fil-liÄ¡i u jagħmlu l-aÄ‹Ä‹ess għal min irid jixtri mill-ħwienet tal-membri tagħna diffiÄ‹li. Minħabba l-problema serja t’aÄ‹Ä‹essibilità, ħafna nies li jiÄ¡u jixtru mill-Belt kienu jaqbżu għal kollox il-ħwienet fi Triq il-Merkanti minħabba l-preżenza tal-Monti. Il-preżenza tal-Monti, id-dehra tal-bankarelli tagħhom, l-istil tal-bejgħ u l-prodotti li jinbiegħu kienu jwaqqgħu d-dehra ta’ Triq il-Merkanti u kienu jagħtu l-impressjoni ta’ medjokrità u kwalità baxxa ħafna. Dan kien iħassar l-investiment qawwi li l-membri tagħna għamlu fil-ħwienet tagħhom matul is-snin biex joffru lix-xerrejja mill-Belt prodott ta’ kwalità għolja u esperjenza sabiħa ta’ xiri. Il-Monti fid-dehra li kellu s’issa u fil-prodotti li kien ibiegħ kien ukoll ostili għax-xerrejja turisti, l-aktar dawk li jiÄ¡u mill-cruise liners. Fil-fatt fil-ħin wara nofsinhar li l-aktar ikun hawn passiÄ¡Ä¡ieri tal-cruise liners, il-Monti jkun qed iżarma jew ikun għadu kemm ħalla warajh iż-żibel tal-Ä¡urnata u dan jagħmel Triq il-Merkanti u l-ħwienet tagħha post li t-turisti bil-fors jevitaw. Hu għalhekk li kif għamilna fl-istadji kollha tal-konsultazzjoni dwar l-istrateÄ¡ija għall-aÄ‹Ä‹ess fil-Belt u kif għamilna għal snin sħaħ qabel beda dan il-proÄ‹ess, aħna ntennu l-insistenza tagħna li l-Monti ma jibqax jarma fis-sit li fih kien jarma qabel. Dan minbarra li l-investiment li ser jagħmel il-Gvern f’pavimentar Ä¡did li jixbaħ il-pavimentar fi Triq ir-Repubblika ma jista jitgawda minn ħadd jekk xorta t-triq ma tibqax aÄ‹Ä‹essibbli minħabba l-Monti. Minbarra l-investiment tal-Gvern, f’isem il-membri tiegħi, infakkrek fl-impenn ta’ ħafna mill-ħwienet ta’ Triq il-Merkanti li jinvestu aktar biex din il-parti tal-Belt tkun sabiħa u attraenti fil-prodott kummerÄ‹jali u turistiku Malti mqar daqs Triq ir-Repubblika. Huma l-kwalità tal-prodotti u tal-vetrini li jikkumplimentaw il-kwalità tal-paviment u r-restrizzjonijiet fuq it-traffiku. Dan ma jfissirx li din il-Kamra hi b’xi mod kontra li jkun hemm suq miftuħ fil-Belt Valletta. Anzi aħna tal-fehma li s-sit fi Triq il-Merkanti bejn Triq it-Teatru l-Antik u Triq l-ArÄ‹isqof ser jestendi l-Ä¡eografija kummerÄ‹jali tal-Belt Valletta u se jaqbel lill-bejjiegħa tal-Monti daqs kemm jaqbel lill-bejjiegħa mill-ħwienet ta’ Triq il-Merkanti. Hu għalhekk li aħna tal-fehma li l-bejjiegħa tal-Monti huma żbaljati fl-impressjoni tagħhom li r-rilokazzjoni għandha tfisser xi telf mill-attività kummerÄ‹jali tagħhom. Il-fehma tagħna anzi hi li din hi opportunità t’espansjoni fi prodotti li jinteressaw aktar u profil usa ta’ xerrejja. Monti organizzat tajjeb, b’bankarelli li jirriflettu l-eleganza tal-Belt Valletta u prodotti li jixirqu l-aspetattivi tax-xerrejja Maltin u turisti għandu Ä‹ans jirnexxi u jgawdi hu wkoll mill-investiment tal-Gvern u tal-membri tagħna f’titjib Ä¡enerali fil-qalba tal-Belt Valletta.
Aħna tal-fehma li min qed jirrapreżenta lill-bejjiegħa tal-Monti qed jiżgwidahom b’ideat żbaljati ta’ kif jaħdem il-kummerÄ‹. Minflok sens t’impriża, id-diskors li qed nisimgħu minn min qed jirrapreżenta lill-Monti hu dominat minn retorika li ftit tagħmel sens f’kuntest ta’ relazzjonijiet industrjali tradizzjonali u ma tagħmel xejn sens f’kuntest imprenditorjali. Hu għal dan li aħna preokkupati li l-Gvern, fit-taħdidiet ma’ min qed jirrapreżenta lil tal-Monti, qed issa jitlef is-sens oriÄ¡inali li għalih kien iddeÄ‹ieda li jÄ‹aqlaq il-Monti ‘l isfel fi Triq il-Merkanti stess. Din il-Kamra ma tistax tittollera li tkun eskluża mit-taħdidiet li għaddejjin. Aħna tal-fehma li l-preżenza tagħna se tiffaÄ‹ilita l-interessi tal-bejjiegħa tal-Monti stess. Il-kommunità kummerÄ‹jali tal-Belt Valletta għandha interess wieħed u fil-fehma tagħna il-Ä¡id tal-bejjiegħa tal-Monti hu l-Ä¡id tagħna u l-Ä¡id tagħna u l-Ä¡id tal-bejjiegħa tal-Monti.
Hi sfortuna li min jidher li għandu interessi oħra qed jitma’ lill-bejjiegħa tal-Monti ideat żbaljati li qed jagħmlu ħafna ħsara lill-attività kummerÄ‹jali tagħhom stess. Il-parir tagħna lill-Gvern hu Ä‹ar: li flok jifred lill-elementi differenti tas-settur kummerÄ‹jali, jgħaqqadhom għall-Ä¡id tagħhom ilkoll u tal-Belt Valletta b’mod Ä¡enerali. Vince FarrugiaDirettur Generali