Ma jghaddix jum li ma jigiex xi hadd ghandi u jsaqsini, x’ser
jigri. Ghax in-negozjant l-instabbilita politika thawdu. Ghalhekk isaqsi.
Ghall-hafna sidien tan-negozji, jekk ikunx Gvern ta’ Sant jew Gvern ta’ Gonzi ma
tantx tinfluwenzhom. Imma l-incertezza iva.
U illum nistghu nghidu li
m’hawnx incertezza? Ir-rizultati tal-Elezzjonijiet Lokali u dawk ta’ dawn
il-hafna surveys li qed isiru jhawdu n-nies. Jien bhal kulhadd ma nafx xi Gvern
ha jkollna wara l-Elezzjonijet li jmiss, pero zgur li naccetta li tahwida hawn.
Il-punt li rrid inqajjem hu jekk jaghmilx sens li ngennu n-nies minn daqshekk
kmieni jekk jidher li hemm konsens li l-Elezzjoni ssir bhal daz-zmien sena.
Ghalfejn noholqu hafna incertezza meta l-affarjiet nistghu naghmluhom b’aktar
sens?
Il-partiti politici possibbli ma jistghux jaqblu bejniethom fuq
process ghall- count-down tal-Elezzjoni b’mod miftiehem? Jekk ma jsirx hekk
il-programm ser jitfassal wahdu ghax car x’ser jigri. Issa jibda d-diskors dwar
il-Budget li gej. Kulhadd jibda jfajjar u jipproponi. Il-Gvern jgholli kollox
ghal livell tas-superlattiva: kollox l-aqwa, kollox l-ahjar, qatt ma’ rajna gid
daqs issa, u dan mhu xejn, il-kbir ghadu gej. Mhux talli ma ghajjejniex. Anzi,
friski daqs hassa.
L-Opposizzjoni minn naha l-ohra teqred dejjem aktar.
Kollox niezel. Kollox qed jitfarrak. Kulhadd jaghlaq. Dwejjaq kbar. Irrabjati
ghall-mewt. Hallu f’idejna. Nitilghu ahna u kollox harir.
U l-bqija
jisfnu fin-nofs. Sakemm int manga passigga, tiehu kollox ta’ li hu. Imma jekk
inti fin-negozju, thaddem in-nies u kull hmistax trid thallashom, tixtri
l-materjali u tistenna li tahdimhom u tbieghom, tissellef mil-bank u tistenna li
taqla bizzejjed biex thallas, u trid minn nies li jonfqu meta jhossuhom sewwa u
joqghodu lura meta jithawdu, hekk hag’ ohra. Ghas-sid tan-negozju din atmosfera
tal-genn. Tinkwetahom u tkidduhom.
Min ghandu l-propjeta u xtara u jrid
jizviluppa u jbiegh il-kliem li qed jinghad jaffetwah bil-kbir. Ghax jaffetwa
lin-nies li jridu jixtru u jaffetwa id-decizjoni ta’ min irid jizviluppa jekk
jhaddimx aktar nies, jqabbadx lil kuntratturi u jghatix ordnijiet. Min qieghed
fit-turizmu l-istess: jekk jara xaqq dawl ikompli jirsisti, jkompli jzomm
in-nies li ghandu. Imma jekk jara dlam biss, x’jaghmel? Jissogra li l-affarjiet
jihzienu u jaqbez fuqu l-bank u li jkun hadem ghalih jsirulu suf?
Hafna
nies ma jifhmux kif tahdem l-ekonomija. Il-mentalita hi mportanti. Jekk jinbnew
hafna toroq godda, tara hafna bini tiela, tisma b’kuntratti kbar li qed
jinghataw u tifhem li fil-pajjiz l-pass tal-progress mhux ser izomm int bhala
negozjant u investitur tibqa ghaddej. Wara kollox tghid, x’differenza hemm bejn
Gonzi u Sant, mhux it-tnejn l-gid tal-pajjiz iridu. U ghalhekk tibqa ghaddej. Ma
tinkwetax. Tibqa tinvesti qiesu kollox ward u zghar.
Ikun hemm izda min
jikkalkula aktar. Min jiftakar x’sar ma missieru jew x’sar band ohra. Jibza’ li
l-ohrajn ma jafhomx bizzejjed ghax sema’ wisq stejjer. Ikun hemm ghalhekk min
jibza mil-bidla. Jibza li jinbidlu l-affarjiet u jkun hawn l-incertezza u
ghalhekk jghid nistenna. Kummercjant jistenna u decizjoni ma johodiex hu wiehed
min ohrajn bhalu. Jekk kollha jahsbuha xorta, bejniethom inaqsu r-ritmu
tat-tkattir. Ghax id-decizjoni tal-investitur li jinvesti ggib il-gid, waqt li
d-decizjoni li jistenna twaqqaf il-gid. Ghar jekk jiddeciedi li jieqaf bhal ma
qed jaghmlu hafna. Il-Gvern jista’ jghid u jista’ jaghmel, imma jekk dawk li
ghandhom is-sahha li jiddeciedu dwar investiment, impjieg u holqien ta’ gid,
jiddeciedu li jahsbuha, li jnaqqsu, ir-ritmu ekonomiku b’konsegwenza jieqaf jew
imajna.
Jigifieri hawn loghoba kiefra. B’disinn jew b’injuranza wiehed
jista’ johloq incertezza u l-impatt tal-incertezza jkun li l-affarjiet flok
tajbin isiru hziena. Il-Gvern stess jista’ jkun komplici ghax jekk tesagera,
jekk thalli lil min iparla bl-addocc u jiftahar b’mod fierah jista jkun li tkun
qed titma l-incertezza. Bla disinn, imma b’injuranza. Nghid dan biex hadd ma
jifhimni li qed nghid li l-incertezza johloqha biss min jeqred. Li qiesu
l-oppozizzjoni ghandha xi monopolju ta’ dan.
L-incertezza johloqha
l-Ministru li jparla qiesu kullhadd fidil u li kulhadd ta’ memorja qasira.
L-incertezza johloqha l-ufficjal pubbliku li jigi fuq it-televizjon u jparla
qiesu xi bin il-gherf u jipprova jghaddi passata lin- nies. L-incertezza
joholquha dawn is-suppost “communication officers” li qiesu xogholhom hu li
jpingu l-Gvern bhala corma nies li jridu jghaddu lilna ilkoll biz-zmien.
Problema serja din. Ghax jekk il-Gvern ghandu l-magna tar-relazzjonijiet
pubblici tieghu iktar tispara l-auto-goals milli taghmel professjonalment dak li
suppost hi mhallsa biex teghmel, allura mhux ta’ b’xejn li l-popolarita
tal-Gvern niezla.
Imma l-incertezza joholquha wkoll dawk li dejjem
jeqirdu li kollox hazin. Fl-ahhar l-hsara tigi fuqhom stess. Ghax n-nies ma
tistax iggenninhom ghalxejn meta wara jsibu li l-affarjiet fil-verita jkun mod
iehor iduru kontrik. Ghalhekk il-Malti jghid il-giddieb ghomru
qasir.
Importanti jigifieri li nikkoncentraw fuq proposti godda. Gvern,
Oppozizzjoni, Korpi Kostitwiti, Trade Unions u Socjeta Civili, irridu nitkellmu
b’mod pozittiv. L-iswed nghidulu iswed u l-abjad, abjad u min skadilu z-zmien
ghandna nghiduhielu jwarrab. Min hu tajjeb nghidulu jibqa’.
Imma irridu
wkoll nipprezentaw il-proposti godda taghna. Mhux biss x’sar hazin imma x’jista
jsir biex nghollu lil pajjizna l-fuq ghall-futur ahjar. Kif ser naghmlu
ezercizzu ta’ re-engineering f’diversi oqsma biex Malta tkun ahjar. Baqa hafna u
hafna x’jsir f’dal-pajjiz. Jghidulna l-Partiti x’ser jaghmlu. Imbghad niddeciedu
jekk dak li jrid isir ghandnhiex nafdawh f’idejn nies godda u friski jew f’nies
ta’ esperjenza u ippruvata.
Nistghu jigifieri nidhlu f’kampanji
elettorali bla ma ngennu n-nies u noholqu ncertezza zejda li twegga lil hafna.
Nistghu, basta jkun hemm aktar
irgulija.
|