1. Kienet ingustizzja li dawn
ir-regolamenti kienu ser jkunu imponuti b’effett mill-5 t’April 2004 minghajr
konsultazzjoni serja mal-imsiehba socjali kif inhi l-prattika fl-Unjoni Ewropea
dwar il-kwistjonijiet kollha ta’ hatra socjali u ekonomika;
2. Li
r-regolamenti li kien ser jimponi kienu ser jolqtu b’mod drastiku u hazin lil
eluf ta’ stabbilimenti f”Malta u Ghawdex li kienu ser jiddahhlu fi spejjez zejda
u f’caqliq drastiku tas-suq li minnu jiddependi l-ghixien taghhom minghajr ma
kien qed jinghata zmien bizzejjed ghall-aggustamenti mehtiega;
3. Li
l-affarijiet setghu saru ahjar minghajr impozizzjoni li ftit li xejn kienet
taghmel sens ghal kull min jaf verament kif jitmexxa x-xoghol fis-settur
tal-catering, bars u postijiet tad-divertiment;
4. Li l-affarijiet setghu
jsiru ahjar jekk it-twettiq tal-politika tal-Gvern favur ambjent hieles
mit-tniggis tad-duhhan tas-sigaretti jitwettaq fuq meddha ta snin bhalma qed
jaghtu l-pajjizi kollha fl-Unjoni Ewropea;
Fl-isfond ta’ dan
ir-rikonoxximent, il-GRTU u l-ministru tas-sahha Dr. Louis Deguara waslu fi
ftehim fl-ahhar ta’ Marzu fejn il-Ministru:
ï‚· Accetta li jippostponi
l-implimentazzjoni tar-regolamenti hekk kif jaffetwaw lil bars, restoranti u
postijiet tad-divertiment
ï‚· Accetta li lin-negozji z-zghar mifruxa ma’ Malta
u Ghawdex kollu jhallihom bi kwiethom basta dawn jghamlu apparat li jnaddaf
l-arja.
ï‚· Accetta li l-apparat li jnaddaf l-arja ma ghandux ikun wiehed li
jsallab lis-sisien tan-negozji u li ghalhekk jkun aktar jaqblilhom li jghamlu
l-post kollu non smoking.
ï‚· Accetta wkoll li hwienet ta’ anqas minn 60 metru
kwadru (u dan il-kejl jghodd ghall-public area u ma jinkludiex it-toilets, store
rooms, kuriduri, btiehi, kcina u postijiet mhux bar jew restorant areas) ma
jkunux obligati jghamlu xi divizorju fisiku u jistghu jzommu l-post kollu
smoking.
ï‚· Accetta li postijiet ikbar ikollhom jghamlu smoking u non smoking
area basta ma jkunx hemm htiega ta’ separazzjoni fizika u basta li jkun hemm
apparat li jizgura li d-duhhan mill-ismoking area ma jasalx u ma jniggisx z-zona
li tkun dikjarata non smoking.
Il-GRTU tibqa’ ssostni bhalma dejjem
ghamlet li hi assolutament mhix kontra li f’Malta titwettaq politika li thajjar
u tinstiga lil Maltin biex jitbieghdu mit-tipjip u li jithaddmu skemi biex min
ma jpejjipx ma jsofrix d-dwejjaq u d-dannu tat-tipjip ta’ haddiehor. Il-GRTU
izda temmen li l-affarijiet isiru sewwa meta jsiru bi ftehim, u l-ftehim ta’
Marzu 2004 kellu jkun onorat minghajr ma terga’ tinfetah din
il-kontroversja.
Il-GRTU tqis li l-manuvrar li sar dan l-ahhar
mal-Ministeru tas-Sahha mhux ghajr hlief attentat biex f’Malta tiddahhal total
smoking ban, xi haga li jriduha biss l-estremisti.
Il-GRTU ghalhekk
temmen li l-Ministru kellu joqghod ghal ftehim serju li lahaq mal-GRTU u ma
jdawwarx kollox meta kien hemm stqarrijiet kemm minnu u kemm mill-Prim Ministru
li mihiex l-intenzjoni tal-Gvern li f’Malta tiddahhal total smoking
ban.
|