ï‚· Accetta li jippostponi
l-implimentazzjoni tar-regolamenti hekk kif jaffetwaw lil bars, restoranti u
postijiet tad-divertiment
ï‚· Accetta li lin-negozji z-zghar mifruxa ma’ Malta
u Ghawdex kollu jhallihom bi kwiethom basta dawn jghamlu apparat li jnaddaf
l-arja.
ï‚· Accetta li l-apparat li jnaddaf l-arja ma ghandux ikun wiehed li
jsallab lis-sisien tan-negozji u li ghalhekk jkun aktar jaqblilhom li jghamlu
l-post kollu non smoking.
ï‚· Accetta wkoll li hwienet ta’ anqas minn 60 metru
kwadru (u dan il-kejl jghodd ghall-public area u ma jinkludiex it-toilets, store
rooms, kuriduri, btiehi, kcina u postijiet mhux bar jew restorant areas) ma
jkunux obligati jghamlu xi divizorju fisiku u jistghu jzommu l-post kollu
smoking.
ï‚· Accetta li postijiet ikbar ikollhom jghamlu smoking u non smoking
area basta ma jkunx hemm htiega ta’ separazzjoni fizika u basta li jkun hemm
apparat li jizgura li d-duhhan mill-ismoking area ma jasalx u ma jniggisx z-zona
li tkun dikjarata non smoking.
Il-GRTU, bi dritt taht il-ligi tal-Malta
Standards Authority fejn il-GRTU ghandha rapprezentanza skond l-istess ligi u
bla htiega ta’ pjacir ta l-ebda Ministru, giet msejjha biex tiehu sehem
f’Kumitat Tekniku imqabbad mill-MSA. Il-GRTU skond id-dritt taghha taht il-ligi
tal-MSA talbet formalment lil MSA twaqqaf Standards Committee biex tistabilixxi
“internal air quality standards”. Minflok waqqfet Standards Committee, skond
il-Ligi u kif talbet l-GRTU fis-27 ta’ Frar 2004, l-MSA hadet ordni minghand
il-Ministru tas-Sahha biex twaqqaf Kumitat Tekniku skond kif iddetta l-istess
Ministeru. Il-GRTU ghamlitha cara li kenet qed tattendi dan il-Kumitat bi
protesta ghax ma qisithux bhala dak rikjest.
F’laqgha mac-Chairman u
c-Chief Officers tal-MSA (7ta’ Mejju 2004), u b’kitba u laqgha mall-Prim
Ministru l-Onorevoli Dr Lawrence Gonzi, il-GRTU pprotestat li l-Kumitat tal-MSA
ma kienx ghajr skuza biex f’Malta tiddahhal “total smoking ban”.
Kemm
il-Prim Ministru kif ukoll il-Ministru Louis Deguara cahhdu ripetutament u
pubblikament li ma jridux idahhlu “total smoking ban”. Il-manuvri li saru
fil-Kumitat Tekniku 1200 minn rapprezentanti tal-Ministru tas-Sahha u
bil-kollaborazzjoni shiha u ingusta tal-Ing. Michael Cassar kienu carament
intenzjonati li jghamluha impossibli li xi bars, restoranti,
canteens,kaffetteriji jew postijiet tad-divertiment, zghar kemm huma zghar,
jkunu jistghu jzommu zona ghat-tipjip.
Illum jidher car li wara l-halfa
tal-Gvern li mhux ser jaghmel total smoking ban u li mihiex l-intenzjoni
tal-Gvern li jghabbi lin-negozji z-zghar b’pizijiet li ma jifilhux ghalihom,
issa l-Ministru tas-Sahha qed idawwar dan kollu u ser jghabbi lill-industrija
tad-divertiment b’regolamenti impossibbli biex hadd ma jkun jista’ jhalli
smoking area. Hu ghalhekk li l-GRTU illum qed titkellem bl-aktar mod car. Dan
ghaliex dak li kien miftiehem issa qed ikun injorat u dak li kien imwieghed,
anke pubblikament, issa qed ikun innegat. Ghall- GRTU dan it-tidwir mhux
accetabbli.
Il-GRTU tqis dan bhala ngann; tidwir bla sens ta’ min
il-bierah idawwar l’hawn u illum idawwar bil-kontra. Il-GRTU qed tappella lil
Kabinett tal-Ministri biex jiehu pozizzjoni serja favur in-negozji z-zghar ta’
pajjizna.
Jekk bis-serjeta’ il-Kabinett hu favur in-negozji z-zghar, kif
ghadha temmen il-GRTU, allura l-istess Kabinett tal-Ministri ghandu jara li
l-ebda Ministru ma jdawwar u jerga’ jdawwar decizjonijiet miftehma. Din hi
kwistjoni li kienet solvuta u illum qed terga’ tinfetah bla bzonn.
Is-sidien tan-negozji z-zghar ta’ pajjizna mhux ser joqghod ghal dan
iz-zufjett.
|