Il-GRTU minn dejjem
tat importanza kbira lir-relazzjonijet ta’ Malta mal-Ewropa, u sa minn tletin
sena ilu rabtet l-identita’ u d-destin ta’ dan il-poplu ma’ dak tal-Ewropa. Kien
hemm ragunijiet ta’ demokrazija, ragunijiet ta’ liberta’, u l-ideat ta’ kummerc
hieles; ghax ahna dejjem ikkonoxxejna l-Ewropa bhala l-akbar siehba taghna
fil-qasam tan-negozju.
Kien ghalhekk normali u dover taghna illi meta
saret l-ewwel applikazzjoni ghal Shubija shiha fl-Unjoni Ewropea, ahna konna
tal-ewwel illi fittixna li nikkoperaw mal-Gvern tal-gurnata biex nifhmu x’kien
se jsarraf ghan-negozju dan il-pass hekk importanti. Gharafna
r-responsibilitajiet li dehlin ghalihom, u gharafna l-bzonn illi nvolvu ruhna
halli fid-decizjonijiet li kellhom jittiehdu, naghmlu l-almu taghna kollu biex
in-negozjant u b’mod specjali n-negozjant iz-zghir, ma jmurx minn that. Imma
sfortunatament fil-bidu tas-snin disghin ftit li xejn sar tangibbli biex wiehed
jipprepara, jifhem u jerfa’ dan il-piz li konna qed nimmiraw ghalih.
Meta
l-applikazzjoni tas-Shubija giet iffrizata ahna wkoll konna minn ta’ quddiem u
kkoperajna bis-shih f’sessjonijiet twal mal-membri tal-gvern biex jitwettaq
il-programm u t-tibdil li ried dak il-gvern elett demokratikament mill-poplu.
Dan ukoll ahna ghamilnih fl-ahjar interess tal-membri taghna negozjanti, li
fil-parti l-kbira taghhom huma zghar u self-employed.
Wara l-bidla
tal-1998 giet riattivata l-applikazzjoni ghal shubija shiha mal-Unjoni Ewropea,
imbeda l-veru xoghol iebes u mghaggel biex il-pajjiz jipprepara ruhu ghal
gurnata li l-proposta tas-shubija shiha titpogga quddiem il-poplu biex, skond ma
jkun ra, fehem u vverifika, jaghti l-verdett tieghu: IVA jew LE.
Ahna
dejjem qaghdna lura milli nesprimu opinjonijiet prematuri favur jew kontra dan
il-pass hekk delikat – anke akkost li gieli gejna ttimbrati li nxaqilbu lejn
naha jew l-ohra. Imma ahna ma hallejniex il-passjonijiet personali tal-membri
tal-Kunsill iwaqqghuna fit-tentazzjoni li naghmlu gudizzju bla ma nkunu rajna
l-affarijiet kif inhuma jew kif se jkunu verament.
Ghalhekk sa mill-bidu
nett ahna hadna parti attiva fid-diskussjonijiet fuq l-adozzjoni tal-Acquis
Communautaire fejn jolqot lill-membri taghna – u dan ifisser li kwazi hadna
parti f’kollox. Ghaliex l-interessi tal-membri taghna tant huma varjati,
in-numru ta’ kategorija ta’ negozji u self-employed tant huma numeruzi u varjati
li ftit li xejn kien hemm li ma kienx jinteressana.
U meta nghid hadna
sehem – ifisser li hadna sehem effettiv. Lehinna kien dejjem qawwi u minn ta’
quddiem biex nesprimu opinjoni, naghtu pariri jew noggezzjonaw: hafna drabi
forsi kien hemm min iddejjaq bina ghax donnu ahna konna naqalghu
d-diffikultajiet kollha fejn forsi hadd ma oggezzjona u baqa’ sieket ghax ma
ndunax x’laqtu. Imma dan kien sforz il-preparazzjoni intensa u l-entuzjazmu li
kellna biex dak li kellu jigi, nassiguraw li jigi tajjeb – jew jekk kellu jigi
l-hazin, ridna li nsibu mezz illi n-nies taghna ma jinhaqrux
izzejjed.
Aktar ma ghadda z-zmien u hargu rizultati tan-negozjati
mal-Unjoni Ewropea aktar sibna illi, fejn jidhlu l-membri taghna – dawn kellhom
bzonn sezzjoni sezzjoni jaraw kif sejrin jintlaqtu. Bdejna serje ta’
diskussjonijiet mas-sezzjonijiet fejn beda johrog it-tajjeb u l-hazin skond
il-mestjier li jkun. Ikkonfermajna illi l-membri taghna bhala negozjanti li
dejjem kienu mdorrijin jiehdu decizjonijiet importanti fin-negozju taghhom,
kienu kompetenti din id-darba wkoll li ma jhallu lil hadd jiddeciedi ghalihom:
ahna lesti li nghinuhom jifhmu s-sitwazzjoni – imma d-decizjoni sagrosanta
ghandha tkun taghom skond ma jaqbel lilhom, lill-familji taghhom, u mhux anqas
lil pajjizhom.
Illum wasalna fil-kulmo, fil-quccata ta’ dan il-process
b’din il-Konferenza. Ghalhekk rajna li l-kelliema barranin li stedinna ma jkunux
burokratici ta’ Brussel. Stedinna nies li bhalna, ihabbtu wicchom ma’ nies ta’
intraprizi zghar bhalkom, bil-problemi li jiltaqghu maghhom kuljum. Dawn huma
nies li jmexxu negozjanti bhalkom fid-dinja tad-diffikultajiet li eternament
johloq il-kummerc; u hwejjeg tal-iskantament dawn il-problemi m’humiex
differenti minn taghna. Insibu li dawn ukoll jiggieldu biex in-negozjant
iz-zghir jigi agevolat, biex jigi kkonoxxut fid-dinja ta’ globalizazzjoni,
mergers u takeovers, biex jibqa’ kompetittiv, biex jibqa’ jaghti sehem tieghu
hekk importanti fl-ekonomija tal-pajjiz ewropej. Dawn huma nies li organizzaw
lill-membri taghhom f’ghaqdiet li jikkoperaw b’mod li lin-negozjant jaghtuh
certi servizzi ta’ ghajnuna biex in-negozjant jaghtuh aktar hin x’jiddedika
ghan-negozju tieghu. Dawn huma n-nies li llobjaw biex gie ffirmat ic-charter li
jgieghel lill-pajjizi tal-Ewropa jagevolaw u jibzghu ghall-intrapriza z-zghira u
li ahna wkoll firmatarji maghhom.
Ghalhekk huwa bi pjacir li aktar
il-quddiem nintroducilkom ufficjali gholjin mill-UEAPME li hija speci ta’ GRTU
fl-Ewropa, mill-EuroCommerce li wkoll hija ghaqda kbira ta’ inraprizi fil-parti
l-kbira zghar, u sinjur iehor li huwa l-President tal-General Assembly
tal-Kummercjanti u Service Providers tal-Portugal. Ghandna wkoll ufficjal gholi
tekniku mid-D.G. Enterprise li jispjega x’nistghu niehdu mill-unjoni
Ewropea.
Dawn gew biex jghinuna nifhmu ahjar x’hemm lest ghalina
fl-Ewropa. Gew biex jaqdu lilkom. Ghalhekk toqoghdux lura, staqsu dak li thossu
li tridu ticcaraw. Wara l-Konferenza intom mistednin ghal drinks u snacks fejn
intom ukoll ikollkom l-opportunita’ li tkellmu lil dawn il-mistednin taghna
b’mod informali.
U issa sinjuri nistieden lid-Direttur Generali taghna
s-Sur Vince Farrugia halli jghid kelmtejn fuq din il-kwistjoni li ghandna
quddiemna tas-Shubija fl-Unjoni Ewropea.
|