Informative article: Employing EU nationals
07 November 2024
Hiring EU nationals in Malta is hassle-free for short-term employment (under 3 months) as no...
Dejjem noqorbu lejn il-jum tal-ghazla. Baqa’ hafna li ghadhom imhawdin. Izda n-numru dejjem jonqos. Hekk kif joqrob il-jum tar-Referendum il-bicca l-kbira jkunu ddecidew. Hemm dawk li ilhom li ddecidew. Jew iddecidew skond kif il-Partit taghhom iddecida ghalihom. Hemm ohrajn izda li ddecidew wahedhom. Jekk ghamlux xi studju profond jew waslux ghal konkluzjoni taghhom fuq aspett wiehed jew iehor li l-aktar li laqathom, hi haga ohra. Zgur izda li baqa’ min ma ddecidiex u li ser jiddeciedi fl-ahhar.
Ghazla politika Ma nafx x’wassal ghad-decizjoni li min hu kontra d-dhul ta’ Malta fl-Unjoni Ewropea jinghata l-ghazla li jaqsam il-blokk ta’ kontra. Nista’ nobsor ghaliex, izda ma nifhimiex. Li tinkoragixxi lil min ihassar il-vot, jien personalment ma naqbilx maghha, ghax mhiex haga sewwa fiha nnifisha. Lanqas li tastjeni ma togghobni ghax fiha elementi ta’ nuqqas ta’ hila li tiddeciedi u taghmel dmirek. Li kien ghalija kont naghzel il-linja l-aktar cara: jekk int favur ivvota IVA u jekk ma taqbilx ivvota LE. Nghoddu l-IVA u nghoddu l-LE, niddeciedu u naqtughha. Pero difficli hafna li tikkonvinci lil kulhadd. Fil-GRTU ma rnexxilnix naqblu fuq konsensus favur IVA jew favur LE u verament lanqas ma riedet li jsir hekk il-maggoranza. Izda l-GRTU taqbel li l-membri individwali ghandhom jazlu u ghandhom jesprimu l-ghazla taghhom b’mod car. F’ghaqda nazzjonali li se tirraprezenta hafna interessi diversi, difficli li ssib qbil fuq linja wahda. Jekk tipprova, iggib il-firda. Ghalhekk il-GRTU qaghdet lura milli tilfet id-dritt ta’ l-individwu li jiddeciedi hu. Izda tinsisti li decizjoni trid tittiehed. Ikun too late li wara l-ghazla li l-membru individwali jghid ara xi grali. Izda Partit Politiku hu l-magna li twassal ghal ghazliet politici. Ghalkemm il-kwistjoni tal-Unjoni Ewropea hi kwistjoni importanti ta’ natura ekonomika u socjali, izda hi essenzjalment decizjoni politika. Hi decizjoni li tiehu inkonsiderazzjoni l-istorja u l-izvilupp politiku tal-poplu Malti. Tiehu inkonsiderazzjoni r-relazzjonijiet politici li l-Maltin iridu li jkollhom mal-girien l-aktar importanti taghhom, l-Ewropej fuq naha u l-Afrika fuq in-naha l-ohra. Tiehu inkonsiderazzjoni l-valuri politici li trawmu f’dawn il-gzejjer matul iz-zmien u fuq kollox tiehu inkonsiderazzjoni il-futur politiku taghna bhala poplu fl-aspetti kollha: dawk ta’ gid ekonomiku, ta’ integrazzjoni u sahha socjali, ta’ difiza u ta’ sigurezza ta’ pajjizna. Tiehu wkoll inkonsiderazzjoni ta’ postna fl-isfera internazzjonali u mhux biss regjonali, u fuq kollox l-aspetti importanti ta’ sovranita’ u liberta nazzjonali. Ma naqbel xejn ghalhekk ma’ min jghid li din mhux ghazla politika. Hi ghazla essenzjalment politika. Jekk ghandniex ninqasmu fuqha jew le, dik haga ohra. Mhux id-decizjonijiet politici kollha huma bilfors fihom infushom decizjonijiet li jifirdu. Id- decizjoni ta’ l-Indipendenza kienet wahda politika importanti izda dwar l-Indipendenza il-poplu Malti kien maghqud. Argumentaw il-Partiti Politici dak iz-zmien ukoll, biss fuq il-forma tal-Kostituzzjoni u minoranza f’Malta wkoll fuq meta Malta kellha tiehu l-Indipendenza. Izda illum dwar din il-kwistjoni tal-Unjoni Ewropea hemm firda kbira. Hemm argumenti sodi ghaliex Malta ghandha tissieheb fl-Unjoni Ewropea u hemm argumenti wkoll sodi ghaliex Malta ghandha issib rabta mod iehor. Referendum Korpi kostitiwiti, bhal GWU u l-GRTU, minn kmieni talbu li din il-kwistjoni tkun marbla sew u wara l-poplu Malti jkun imsejjah biex jivvota f’Referendum fuq mistoqsija cara ta’ jekk jaqbilx jew le mas-Shubija. Jien li kien ghalija kellu jkun l-Kunsill Malti ghall-izvilupp Ekonomiku (l-MCED, illum l-MCESD) l-awtorita li tordna studju professjonali tal-costs and benefits u tal-impatt socjali u ekonomiku shih ta’ shubija jew ta’ forma ta’ rabta ohra, u wara l-partiti politici jkunu mitluba jiehdu decizjoni fuq il-fatti mkejla u skond dak li jaqblu maghhom l-imsiehba socjali. Pero dan ma kienx facli li jsir u nhoss li ma kienx hemm rieda biex dan isir ghax mill-bidu nett ta’ l-argument dwar is-Shubija fl-Unjoni Ewropea kien hemm min qabad u ddecieda kienu x’kienu l-argumenti. Kienu dawn in-nies li hawdu l-borma l-aktar. Ghax wara li ddecidew huma kaxkru maghhom lil hafna ohrajn. Jekk iddecidewx fuq bazi ta’ sempliciment emozjoni (ghax ahna Ewropej u mhux Afrikani), jew hux fuq bazi ekonomiku (ghax jaqblilna jew ma jaqblilniex), ma nafx. Li hu zgur hu izda, li kienu nies ta’ influwenza li ddecidew vi jew va kmieni, u maghhom kaxkru hafna ohrajn. Dawn minghajr ma hasbu xejn, imxew fuq dak li ddecidew il-kbarat, u wara spiccajna fejn spiccajna. Issa ghandna hafna studji, rapporti u kitbiet li saru aktar biex isostnu dak li kien iddecieda min qabbadhom milli biex verament jidderiegu. Bla pregudizzju Fl-ahhar tpogga kollox fuq il-mizien. Ghal xi whud qaleb naha, ghal ohrajn qaleb in-naha l-ohra. Xorta wahda izda fl-ahhar mill-ahhar l-individwu dejjem irid jiehu l-aspett globali ekonomiku u socjali u fuq kollox dak politiku. Iva, wiehed irid jiehu l-ewwel u qabel kollox l-interess tan-negozju tieghu, ghax hekk dan ma jiehdux hu mhux se jiehdu ghalih haddiehor. Ma ninsewx li kull min hu fin-negozju hu responsabbli huwa ghal qliegh tieghu u tal-familja tieghu, tal-qliegh tal-impjegati tieghu u dawk kollha li jridu minnu. Izda jrid jiehu wkoll l-interess tal-pajjiz kollu, kemm ghal llum kif ukoll ghaz-zmien li gej. Ghax din decizjoni li torbot ghat-tul. Jew IVAjew LE. Baqa’ konferenzi ohra x’isiru. Baqa’ aktar spjegazzjoni x’issir. Erba’ gimghat ohra ta’ domandi u argumenti. Zgur li min mhux ser ikun kapaci jiddeciedi wara dan kollu ghax ma jkunx irid. Kieku kien possibbli kulhadd ghandu jiehu decizjoni u l-ghazliet waqt l-ghadd ikunu tnejn biss: dawk ta’ l-IVA u dawk tal-LE. Hekk ikollna rizultat car dwar wahda mill-aktar decizjonijiet importanti li l-poplu Malti qatt gie mgieghel jiddeciedi dwarhom. Wara dak kollu li jkun ntqal sat-8 ta’ Marzu 2003 ma tkunx trid sforz kbir biex tiddeciedi u taghmel l-ghazla tieghek. Kulhadd ghandu jkun kapaci jiddeciedi. Hadd ma ghandu ghalfejn jevita li jivvota. Kulhadd jista’ jesprimi car u tond l-ghazla tieghu. Aktar minn hekk, ma narax ghaliex ir-rizultat m’ghandux jkun rispettat u ghaliex m’ghandux jorbot. Jekk l-ghazla tkun cara u accetta, wara r-Referendum il-poplu jkun jista’ jikkoncentra fuq l-ghazla politika importanti l-ohra: liema partit irid li jkun fil-gvern fil-hames snin li gejjin. |
|
The Malta Chamber of SMEs represents over 7,000 members from over 90 different sectors which in their majority are either small or medium sized companies, and such issues like the one we're experiencing right now, it's important to be united. Malta Chamber of SMEs offers a number of different services tailored to its members' individual requirements' and necessities. These range from general services offered to all members to more individual & bespoke services catered for specific requirements.
A membership with Malta Chamber of SMEs will guarantee that you are constantly updated and informed with different opportunities which will directly benefit your business and help you grow. It also entails you to a number of services which in their majority are free of charge and offered exclusively to its members (in their majority all free of charge).