In-numru ta’ nies registrati bhala self-employed komplew jonqsu
minn 15,963 fl-1997, ghal 15,421 fis-sena 2000 u sa Awwissu 2002 nizlu ghal
15,322. Ix-xoghol fis-settur privat tal-produzzjoni kompla niezel bi 344 persuni
ohra u t-total ta’ haddiema f’dan is-settur ilahhqu 38,143. Naqsu wkoll
l-impjiegi full-time fis-settur tas-servizzi, fejn intilfu 201 impjieg.
Is-settur tar-retailing u wholesaling kompla wkoll jitlef l-impjiegi. Bejn
is-sena 2000 u s-sena 2001, dan is-settur kien diga naqqas 300 impjieg. Sa
Awwissu ta’ din is-sena, dan is-settur kompla jitlef 135 impjieg iehor. Jintilfu
wkoll 600 impjieg mid-dipartiment tal-gvern, 83 impjieg fis-settur bankarju u
100 impjieg iehor mill-kumpaniji u korporazzjonijiet tal-gvern.
Dan kollu
wassal biex in-numru ta’ dawk li jirregistraw ghax-xoghol tela’ minn 6,529
f’Gunju 2001 ghal 7,412 f’Awwissu 2002. Dan kollu juri li lil hinn mill-kliem
sabih u mid-duhhan li jhobbu jitfghu l-politici, is-sitwazzjoni mhix tajba. Ma
jiswa xejn li niftahru kemm sejrin tajjeb hawn jew hemm, jekk nibqghu ma nsibux
tarf tal-problema tat-telf ta’ mpjiegi. U donnu lanqas m’ahna kapaci
nanalizzawha sewwa. Ghax kif illum nghidu li m’ghandniex nies bizzejjed,
imbaghad johorgu l-figuri ta’ l-ETC u nsibu li hemm 7,462 jirregistraw
ghax-xoghol, u wara johorgu r-rapporti ta’ l-NSO, il-Labour Force Survey, u
nsibu li hawn 5,000 ohra ma’ dawn disponibbli
ghax-xoghol.
Il-Problema
U mbaghad nisimghu lil min jitlob biex
ihaddem lill-barranin, lil min irid jilqa’ lill-klandestini, u ohrajn ighidu li
mhux qed isibu nies biex jahdmu. Jien nahseb li d-Dipartiment tax-Xoghol qed
jonqos bil-kbir li din is-sitwazzjoni ma jispjegahiex sewwa. L-ETC illum armata
sewwa u taghmel studji kontra studji. Izda donnu li l-esperti tax-xoghol aktar
huma nteressati jistudjaw cifri ta’ mportanza minuri bhal ma huma dawk
tal-granet mitlufa fi strikes milli din il-problema. Qisu l-problema tat-telf
ta’ mpjiegi u nuqqas ta’ holqien ta’ mpjiegi godda mhix problema.
Dan
kollu wkoll jirrifletti n-nuqqas ta’ serjeta’ fit-tregija ekonomika. Nisimghu
lil Ministru tas-Servizzi Ekonomici, l-ekonomista professur Josef Bonnici,
jitkellem fuq investimenti godda u jhabbar studji teoretici li fuqhom qed johloq
il-Malta Enterprise Board. Izda x’relevanza ghandu dan kollu u x’impatt qed
jistenna fuq is-suq tax-xoghol, ma nisimghu xejn. Nisimghu lil Ministru
tax-Xoghol, Dr Lawrence Gonzi, jiftahar b'kemm qed isahhah id-drittijiet
tal-haddiema u kemm qed jaghmilha difficli ghal employers li jkeccu n-nies, izda
qatt ma nisimghuh jghid jew jaghmel xi haga li verament tinkoragixxi lis-sidien
joholqu aktar impjiegi u jzommu l-impjiegi li ghandhom. Din hi storja li
l-pajjiz ghadda minnha qabel. Kien hawn zmien fil-passat meta l-gvern kien aktar
mohhu kif minghalih izomm l-impjiegi li jezistu milli jinkoragixxu l-holqien ta’
mpjiegi godda. Din l-istrategija kienet falliet bil-kbir. Jaghmel tajjeb Dr
Gonzi li jsaqsi dwar dan ghax donnu li hu dan insieh. L-employers in-fatti,
b’certa ironija jirreferu ghal Ministru Gonzi bhala l-Ministru “taghhom”.
Il-Ministru Dalli izda jizboq lil kulhadd. Biex issib mizura wahdu
f’Budget wara l-iehor, li verament tinkoragixxi l-holqien ta’ l-impjiegi u
l-inkoraggiment lil dak li jkun jhaddem iktar nies, trid tassew tisforza. Anke
fejn jindaqqu t-trombi li hemm mizuri favur is-sidien tista’ tkun zgur li x’hin
taghsar ma ssib xejn. Tipprova kemm tipprova tkun pozittiv, tbghati ferm biex
tikkonvinci lil min ihaddem li l-Ministru tal-Finanzi jhobbhom. Qed nitkellmu
jigifieri fuq it-tlett Ministri l-aktar importanti ghal holqien ta’ impjiegi
godda. It-tlieta li huma ftit li xejn jaspiraw fiducja f’min
ihaddem.
Politika dwar ix-xoghol
Jien membru ta’ l-Employment
Relations Board li ghadu kemm twaqqaf. Nghidha kif inhossha, diga iddejjaqt,
ghax il-filosofija tieghi hi li x-xoghol tant hu mportanti li trid bil-fors
tibda billi tibza ghal min johloq ix-xoghol. Dan ma jfissirx li tpoggi
l-haddiema b’xi sitwazzjoni ta’ anqas importanza. Xejn affattu. Izda, trid
bil-fors tifhem li impjieg, hu x’inhu, ma jaqax mis-sema. Wara kull impjieg hemm
xi hadd li qieghed jaghmel tajjeb ghalih. Hemm xi hadd li holqu. Mhux tant
difficli ghalhekk biex tifhem li kieku jkun hemm aktar inkoraggiment, kieku jkun
hemm aktar entuzjazmu biex jinholqu aktar impjiegi, kieku nkunu bdejna nsolvu
l-problema. Izda dan l-entuzjazmu mhux talli mhux hemm, izda hafna intraprizi
waslu fi stat li kontinwament jahsbu kif jistghu jghaddu b’anqas nies u jahsbuha
hafna qabel joholqu impjiegi godda. Possibbli nghid jien li l-Ministri Dalli,
Bonnici u Gonzi qatt ma jitkellmu ma’ l-accountant li jehdulhom hsieb il-kotba.
Iva ma l-accountants ta’ dawk li dejjem sejrin tajjeb biss jitkellmu?
Bla
inkoraggiment
Biex wiehed jifhem kif jahsbuha li l-bicca l-kbira tas-sidien
ta’ l-intraprizi, hu x’inhu s-settur fejn jahdmu, trid taghmilha maghhom.
Inkoraggiment imkien. Meta titkellem jahsbuk anti-socjali. Anke fuq il-Bord ta’
l-Impjiegi, ir-raprezentanti tas-sidien ihossuhom li mhux posthom. Ghax f’dan
il-pajjiz, ghadha tirrenja l-mentalita’ stupida li l-gid ekonomiku jista’
jinholoq mill-Istat. Minn xi hadd li mhux entrepreneur. Ghad ghandha wisq nies
f’pajjizna li ghadhom ma jafux li waqa l-hajt ta’ Berlin. Li l-ekonomiji llum
huma essenzjalment ekonomiji tas-suq. Li xoghol il-gvernijiet illum huwa li
joholqu dawk ic-cirkostanzi u dawk l-istituzzjonijiet u dawk is-servizzi li
l-aktar li jghinu lis-sidien u l-entrepreneurs jirnexxu.
Qed
niddistingwu bejn sidien u entrepreneurs appost. Ghax illum is-sid nistghu nkunu
jien u int permezz tax-shares taghna f’intraprizi. Izda l-entrepreneur jista
jkun haddiehor. L-entrepreneur hu dak is-sid, jew manager impjegat, li jaf
johloq. Jaf jimmaniggja, jaf ifittex is-suq, jaf isib u jkabbar il-finanzi, jaf
jimmotiva lill-haddiema, jaf johloq u jzid l-impjiegi. Bi ftit inkoraggiment
jahdem ahjar. B’anqas xkiel, pizijiet u dwejjaq zejda jaf ikabbar u
jkattar.
Entrepreneurship
Malta m’ghandhiex politika favur
l-entrepreneurship. Din misshom jaraw bis-serjeta’ it-tlett Ministri. Bla
politika favur l-entrepreneurship, Malta tibqa titlef l-impjiegi zgur.
F’pajjizna din dejjem qed insibuha aktar bi kbira biex nifhmuha. Jaghmel zball
min jahseb li ghax ser ikollna l-Malta Enterprise Board, ghax ser nonfqu aktar
fl-investment promotion, ghax ser nidhlu fl-Unjoni Ewropeja, allura b’daqshekk
ser noholqu aktar impjiegi. L-impjiegi johloqhom l-entrepreneur. L-entrepreneur
irid sitwazzjoni li jaf li fiha ser ifendi. Irid sitwazzjoni li jaf li mhux ma
kull fejn imiss isib min lest ghalih. Irid sitwazzjoni fejn ihoss li hu miztieq,
li hu stmat u li hemm l-ghajnuna hekk kif jitlobha. F’pajjizna din l-atmosfera
ma tezistix b’mod generali. Tezisti mhux le fost x’uhud, izda mhux fost
il-hafna. L-atmosfera generali hi wahda li tiskoraggik. Kull meta jsir pass
tajjeb tista tkun zgur li ser isiru tnejn hziena. Hi kwistjoni ta’ mentalita’.
Jekk din il-mentalita’ mhix ser tinbidel, ser inbghatu.
L-aghar hu li
tghidha kemm tghidha din qisu kollu ta’ xejn. qisek qed tkellem it-torox. Ghax
ghandu wisq nies li jahsbu li geddumhom fix-xghir u jahsbu biss. Ghax
fil-verita’ ekonomija moderna li m’ghandhiex politika soda u cara favur
l-entrepreneurship hi ekonomija fit-triq tal-falliment. Ghelhekk id-deficits
fil-budgets. Ghalhekk il-buzzieqa tad-dejn nazzjonali. Xi darba f’Malta din
nifhmuha wkoll. Dan hu l-awguri tieghi ghas-sena 2003. Ejjew flimkien nifhmu
aktar x’ihajjar il-holqien ta’ iktar xoghol. Ix-xoghol igib il-gid u l-gid li
rridu hu gid mahluq bix-xoghol. Hawn gid li jinholoq bi ftit xoghol u b’hafna
hazen. Izda l-bicca l-kbira minnha rridu l-gid li jinholoq bix-xoghol. Ghax
il-bicca l-kbira tal-Maltin jahdmu jridu u jridu jahdmu mhux biss ghal paga izda
ghax jemmnu wkoll li x-xoghol hu mportanti. Ghalhekk l-awguri tieghi ghas-sena
2003 huwa x-xoghol.
|