L-istrutturi ta’ hafna intraprizi Ewropej huma
f’sitwazzjoni fejn difficli ferm li jnaqqsu l-ispejjez, anzi ghandhom
sitwazzjoni fejn infieq importanti, l-aktar dak fuq pagi u salarji, jibqa jitla,
kwazi awtomatikament, irrispettivament minn dak li jkun qed isir fis-suq u
rrispettivament minn dak li jkun qed jigri lill-profitti ta’ l-intraprizi.
Il-profitti ta’ l-intraprizi huma l-indikatur l-aktar importanti li jispjega
jekk ekonomija tas-suq tkunx ghaddejja minn fazi tajba jew le. Jigri li meta
l-livell ta’ profitti jkun konsistentement qed jitnaqqar, il-programmi ta’
ristruttura ta’ l-ekonomija ma jkunux jistghu jahdmu ghaliex l-intraprizi ma
jkollhomx minn fejn isostnu l-bdil ta’ l-istrutturi li ghandhom. Dan li jfisser
ristruttura; mhux sempliciment pinzellata, izda tibdil fl-istruttura ta’ negozju
li bil-fors jirrikjedi investimenti sostanzjali kemm f’dak li huwa apparat kif
ukoll f’dak li hu tahrig ta’ haddiema, tibdil tas-sistemi ta’ produzzjoni, bejgh
u marketing, u hafna drabi wkoll tibdil fl-istrategija ekonomika ta’ intrapriza.
Infieq Pubbliku
Meta l-intrapriza ma jkollhiex fondi bizzejjed
ghal dan it-tip ta’ investiment, ikollhom jidhlu l-awtoritajiet pubblici, biex
taht skema jew ohra jipprovdu l-assistenza u l-fondi pubblici. U hawn hi
l-kontradizzjoni li tezisti f’hafna pajjizi Ewropej: l-ewwel jghabbu
l-intraprizi b’hafna burokrazija zejda, compliance costs, taxxi u pizijiet ohra,
li flimkien mar-rigidita` tas-suq tax-xoghol u l-kundizzjonijiet, kultant bla
sens, li jghabbu it-trade unions meta jaghmlu talbiet li f’sens ekonomiku ftit
jaghmlu sens, jaghmluha kwazi mpossibbli li l-intraprizi jaghmlu profitt.
Imbaghad, meta n-nuqqas ta’ profitt ta’ l-intraprizi jwaqqa’ l-GDP nazzjonali
lura, u l-ekonomija minflok titkattar, tibda tickien, iqum is-soltu paniku ghax
jibdew l-gheluq tal-fabbriki u l-intraprizi, jibda tiela’ l-qghad u l-ministri
tal-finanzi, u fil-kaz ta’ l-Unjoni Ewropeja, il-Kummissjoni Ewropeja, tibda
tivvota aktar fondi biex tigi mghejjuna l-intrapriza.
U hawn jibda
c-cirku vizzjuz: aktar infieq pubbliku, infieq li hafna drabi ma jsirx sewwa
ghax isir skond kif jidhrilhom il-burokratici u mhux kif tesigi l-intrapriza,
il-gvernijiet jaqghu fil-budget deficits, imbaghad tibda s-sensiela ta’ zidiet
fid-djun nazzjonali, sakemm kulhadd jinduna li hemm bzonn li nrossu c-cinturin
ha nsewwu l-budget deficits. Kif tibda l-awsterita`, tkompli titgharraq
l-intrapriza, biex imbaghad, wara li l-politici jindunaw li jkunu baswru kollox,
jergghu jduru fuq l-intrapriza u jibdew jaraw x’jistghu jaghmlu biex jergghu
jaghtuha spinta halli l-ekonomija tikber. Imbaghad, jibdew jitkellmu l-ministri
tal-finanzi u jghidu li biex jitfejjaq il-budget deficit u biex jitnaqqas
id-dejn nazzjonali, bil-fors li l-ekonomija trid tikber b’rata qawwija halli
jonqos il-qghad, jizdiedu l-profitti, il-gvern ikunu jista jdahhal aktar,
jispiccaw id-deficits u jsiru s-surpluses li wahidhom iwaqqghu id-dejn
nazzjonali. L-ewwel ross, ghabbi u sallab, imbaghad iftah ghax
stagnajna.
U f’Malta wkoll
Storja ta’ l-Ewropa din! Fejn
is-sistemi li nbnew huma rigidi, huma mfassla minn burokratici u akkademici li
jahsbu li l-intrapriza hi xi bir ta’ flus bla qiegh. U li jemmnu li jekk tiehu
hsieb li l-istrutturi huma tajbin, li d-drittijiet ta’ kulhadd huma mharsa, li
kulhadd qed jiehu l-akbar bicca possibbli mill-kejk nazzjonali u li fil-pajjiz
jezistu l-ahjar servizzi, allura kollox sew. Jinsew li fl-ekonomija moderna,
l-flus ma jikbrux fuq is-sigar u l-manna mis-sema ma taqa’ qatt. Jinsew li
l-produzzjoni nazzjonali trid tigi l-ewwel mill-intrapriza, kemm dik li hi kbira
kif ukoll dik li hi zghira, u li l-intrapriza fl-ekonomiji moderni hi intrapriza
privata. U m’hawn l-ebda imprenditur privat li se ggieghlu bil-fors jinvesti u
jkabbar jekk ma jkollux tama li se jaghmel profitt u li jzid il-profitt.
Meta l-imprenditur, li jaghmel l-investimenti diretti u li johloq
ix-xoghol u jkattar il-gid, jaqta nifsu, jitwieldu dawk in-negozji li l-qliegh
jaghmluh bi ftit produzzjoni ghax jivvintaw servizzi finanzjarji li b’mod
intelligenti jqallghuhom il-flus ghas-skapitu ta’ min il-flus irid johrog
l-gharaq biex jaqlaghhom. Dan hu li rajna jsir f’dawn l-ahhar snin f’hafna
ekonomiji Ewropej, fejn il-cowboys tal-finanza stanew u hafna intraprizi,
l-aktar proprjetarji ta’ intraprizi zghar, tkissru. Ir-raguni ewlenija hi, li
fl-ekonomiji Ewropej ghadha ma dahlittx il-mentalita’ li tirrenja fl-Amerika, li
qabel ma tikolha trid l-ewwel taqlaghha. Ghadha ma dahlittx il-mentalita` li
l-isforzi kollha jridu jkunu l-ewwel u qabel kollox immirati biex l-intrapriza
tfendi u konsistentement ikollha l-kapacita` li tkabbar, tirristruttura u tibqa
persistentement kompetittiva. Ghadha ma dahlittx il-mentalita` li hu t-tkattir
tal-gid li jigi biss minn intrapriza kompetittiva li hu l-aqwa garanzija
ghall-kundizzjonijiet tax-xoghol dejjem ahjar, ghal servizzi socjali dejjem
aggornati u ghal serhien ta’ mohh kemm f’dak li hu stabilta` ta’ mpjiegi, kif
ukoll stabilta` ekonomika.
Fil-kaz ta’ Malta, dan kollu ghixnieh matul
dawn l-ahhar snin u l-budget li habbar il-gimgha l-ohra l-Ministru tal-Finanzi,
ma werhiex ezattament it-triq li twassalna ghall-bidla li pajjizna ghandu bzonn.
X’hin taghsar il-150 pagna tad-diskors tal-Budget, id-direzzjoni tibqa’ ma
ssibhiex.
Il-bidla li tenhtieg
Ma jistax ikun li wiehed jaqbel ma’
din l-analizi reali ta’ kif jahdmu l-ekonomiji moderni, imbaghad jinkiteb
diskors tal-Budget, fejn jinghata sfog ghal hafna kummenti politici li mhux
f’posthom fid-diskors ekonomiku ewlieni tal-gvern tal-gurnata u jsir kliem u
jinhlew pagni li jwebblu li l-gvern tal-poplu ghad ghandu l-funzjoni l-antika li
joqghod iqassam ic-cejca. Jew li tibqa’ tinghata l-impressjoni li l-gvern,
bhas-serduq li jidden fil-ghodu ghadu mwebbel li hu, bil-hila tieghu, itella’
x-xemx fis-smewwiet. Dan minflok li ssir dikjarazzjoni cara li r-rwol ta’ gvern
modern fl-ekonomija huwa li jara li l-intrapriza ghandha dawk il-facilitajiet
kollha u l-opportunitajiet kollha biex tiffaccja s-swieq, kemm lokali u aktar u
aktar barranin, b’sahha kompetittiva. Meta jien ghidt li l-Budget 2003 kellu
jkun aktar kuragguz, dan hu li ghidt.
Flessibilita`
Dan l-imbierek
pajjiz zghir taghna hu miftuh wisq ghall-irwiefen ekonomici li jigu minn barra,
u li fuqhom m’ghandna ebda kontroll, u ahna, bhala wahda mill-aktar ekonomiji
miftuhin fid-dinja, irridu bil-fors nibqghu, l-ewwel u qabel kollox,
konsistentement kompetittivi. Dan hu l-messagg li rridu nghaddu lin-nies u mhux
noqghodu ngennuhom b’hafna frazijiet politici li ma jfissru xejn.
Il-bazi
tal-kompetittivita` hija il-flessibilita`. Fil-kaz ta’ Malta, fejn ir-rizors
ewlieni taghna huwa x-xoghol, dan ifisser aktar flessibilita` fil-kamp
tax-xoghol. Flessibilita` ma jfissirx, kif kull darba jippruvaw jispjegawha
certi nies, it-tkeccija ta’ haddiema mill-post tax-xoghol. Flessibilita`
fil-kamp tax-xoghol fil-kaz ta’ Malta, l-anqas ma tfisser li nkeccu n-nies minn
mal-gvern biex dawn isibu xoghol fil-privat. U l-anqas ma tfisser li l-fabbriki
jzidu u jnaqqsu n-nies skond id-domanda ghall-prodotti
taghhom.
Flessibilita` fil-kamp tax-xoghol tfisser li l-pajjiz ikollu
dawk l-istrutturi li jaghmilha possibbli li haddiem, minghajr ma jitlef id-dhul
li jsostnilhu l-livell ta’ hajja li hu jkun jimmerita, jkun jista jibdel
l-impjieg kemm fl-intrapriza tieghu stess, kif ukoll minn intrapriza ghall-ohra.
Il-qofol ta’ dan kollu hu sistema ta’ tahrig kontinwu estensiv f’livelli hafna
ghola minn dawk li ghandna f’pajjizna llum. L-idea ta’ a job for life m’ghadhiex
tghodd ghaz-zminijiet tal-lum. Fil-kaz ta’ pajjizna saret ingusta li ghal bicca
l-kbira tal-haddiema li jahdmu fis-settur privat dan hu fatt accettat, u ghal
ohrajn li jahdmu fis-settur pubbliku, din qisha xi daghwa. L-impressjoni hi li
anke mexxejja tal-haddiema, mas-settur privat jitkellmu mod, u mal-haddiema
tas-settur pubbliku mod iehor. Din hi mentalita` Ewropeja.
Illum
l-esigenzi ta’ ekonomija moderna jesigu li jkun hemm dawk l-istrutturi li
jaghmluha possibbli li hekk kif post tax-xoghol ikun irid jibdel biex jibqa
aktar kompetittiv, in-nies tax-xoghol ikunu jistghu jghaddu, jew f’pool ta’
tahrig li izommilhom il-livell ta’ l-ghixien taghhom sakemm jidhlu f’xoghol
iehor jew f’pozizzjonijiet ohra, jew, permezz ta’ sistemi ta’ assistenzi u
agevolazzjonijiet fiskali, l-imprenditur ikun assistit halli ma jikkawzax
tbghatijiet lin-nies hekk kif intrapriza tkun qed tirristruttura. Meta s-sistemi
jahdmu tajjeb u mprenditur ma jhossux li hu mfixkel u mghobbi wisq
b’tassazzjonijiet u burokraziji zejda, hu jkun instigat li jahli l-energija
kollha tieghu, biex ikabbar is-swieq u jizviluppa t-teknologiji u l-istrutturi
li jhaddem. B’dan il-mod, il-gid jitkattar u l-opportunitajiet jinholqu
kontinwament biex b’hekk is-sitwazzjonijiet tad-disimpjieg strutturali jkunu
biss ghal perjodi qosra. Malta ma tistax tibqa bl-istrutturi tal-bierah jekk
trid tirbah il-problemi tal-lum u tal-futur.
Tkattir
tal-gid
Strutturi li jghinu biex ikun hemm aktar flessibilita` fil-kamp
tax-xoghol huma l-ahjar garanzija kontra l-qghad u favur it-titjib
tal-kundizzjonijiet tax-xoghol u s-salarji fl-ambjent ta’ ekonomija moderna.
Mhux ir-rwol tal-gvernijiet li jimponu u jaghmluha tal-benevolenti. Ir-rwol
tal-gvern illum huwa li jara li hemm sistemi li jahdmu u li jinkoraggixxu
z-zieda fl-investiment dirett, kemm minn sorsi lokali kif ukoll minn barra
l-pajjiz, li jkun hemm is-sistemi li jizguraw li r-rizorsi ekonomici ma jkunux
imxekkla halli jkunu jistghu jintuzaw fejn hu ta’ l-aktar gid ghal kommunita`. U
fuq kollox li jkun hemm dawk l-istrutturi u incentivi li jaraw li l-pajjiz ma
jaqax lura fil-glieda kontinwa ghat-thaddim ta' teknologiji godda u sistemi ta’
organizzazzjoni u mmaniggjar dejjem aktar efficjenti. Dan hu l-kejl li bih
irridu nkejjlu l-proposti li ghamlilna l-gvern. Dan hu l-kejl li fuqu,
fl-opnijoni tieghi, ghandhom ikunu bbazati l-proposti tar-raprezentanti
tas-sidien u tal-haddiema.
Unjoni Ewropeja, iva jew le, Malta trid
bil-fors tikkompeti fis-swieq internazzjonali jekk trid li l-gid taghha jibqa
jitkattar. Hu l-gid biss li jiggarantixxi aktar servizzi socjali, penzjonijiet
ahjar, sistema tas-sahha efficjenti u mpjiegi aktar stabbli. Is-suq Ewropew, li
dalwaqt isir suq ta’ aktar minn 500 miljun ruh, hu zgur li ser jibqa s-suq
ewlieni li fih l-intraprizi Maltin iridu jikkompetu. Suq li lejh qed jersqu
intraprizi li gejjin minn pajjizi fejn l-istruttura ta’ l-ispejjez taghhom hi
hafna inqas minn dik ta’ Malta.
Jekk irridu nkattru l-gid, irridu
bil-fors nikkompetu bis-sahha f’dan is-suq. Is-sigriet ta’ dan kollu huwa
kompetittivita` u flessibilita`. J’Alla fid-dibattitu twil dwar il-Budget,
il-kelliema taz-zewg nahat jitkellmu aktar dwar dan milli jinhlew
fit-trikkitrakki politici li lill-pajjiz mhu qed jaghmlulu l-ebda
gid.
|