Importanti ghal Malta li fil-Budget ghas-sena 2003,
it-targets u l-projections li fuqhom qed jahdem u jaspira il-Ministru
tal-Finanzi m’humiex marbuta ma’ prospetti li hargu f’April li ghadda izda fuq
dawk aktar realistici li hargu issa. Il-gimgha l-ohra attendejt l-Assembleja
Generali ta’ l-Organizzazzjonijiet Nazzjonali li jirraprezentaw lis-self
employed u n-negozji z-zghar fil-pajjizi membri ta’ l-Unjoni Ewropea u f’dawk,
li skond Brussell, huma lesti ghas-shubija.
F’din il-laqgha inghatat
analisi dettaljata ta’ l-inkwiet li qed jiffaccjaw l-ekonomiji Ewropej llum.
Jien ippartecipajt fil-Workshop dwar l-izviluppi fl-ekonomiji Ewropej u kif dawn
qed jolqtu lin-negozji z-zghar (il-UEAPME). L-organizzazzjonijiet prezenti,
fosthom il-GRTU ta’ Malta qablu fuq numru ta’ mizuri li jridu li l-Kummissjoni
Ewropea tiehu biex titranga l-ekonomija Ewropea u, fuq kollox, biex jiehdu
ir-ruh in-negozji z-zghar, dawk li issa qed jissejjhu “s-sinsla ta’ l-ekonomija
Ewropeja”. Tajjeb li l-Ministru John Dalli qabel jaghmel l-ahhar irtokki ghal
Budget 2003 li jinnota x’qed jghidu l-ekonomisti Ewropej u r-raprezentanti
tan-negozji z-zghar. Dan hu li hareg minn din id-diskussjoni fi
Brussell.
Stagnar
L-ekonomiji Ewropej qed ibghatu minn dawn
il-problemi:
ï‚· Domanda baxxa kawzata minn waqa fin-nefqa fuq konsum privat,
fuq l-investiment u fl-infieq pubbliku
ï‚· Waqa qawwija fil-prezzijiet ta’
l-ishma b’rizultat li tnaqqar il-purchasing power ta’ hafna nies u hafna negozji
u gie ikkawzat telf finanzjarju ghal hafna intraprizi li raw l-assi taghhom
jitmermru u jwaqqghulhom lura l-prezzijiet taghhom
ï‚· Rati ta’ l-imghax
gholjin meta mqabblin mar-rata tat-tkattir fil-produzzjoni
ï‚· L-ekonomiji
tal-pajjizi l-kbar Ewropej m’humiex f’pozizzjoni li jhaddmu inizjattivi ta’
ghajnuna lill-intraprizi minhabba id-deficits strutturali kbar li ghandhom. Meta
l-kbar jaqghu lura jigbdu maghhom l-ekonomiji z-zghar.
ï‚· Iz-zieda sostanzjali
fin-numru ta’ nies bla xoghol fl-Ewropa qed ikompli jnaqqas id-dhul ta’ flus
ghas-settur pubbliku filwaqt li jizdied l-infieq pubbliku u jkompli jgharraq
il-problemi ta’ budget deficits f’hafna pajjizi
Nuqqas ta’
fiducja
Illum fl-ekonomiji Ewropej hemm element ta’ incertezza u nuqqas ta’
fiducja kawzat minn:
ï‚· Incertezza dwar kif ser imorru l-affarijiet fis-swieq
ta’ l-ishma
ï‚· Incertezzi kbar minhabba l-kwistjoni ta’ l-Iraq, u marbuta ma’
din l-incertezza huma dik dwar il-prezzijiet taz-zejt u l-konsegwenzi ta’ dan
fuq in-negozji
ï‚· Problemi ta’ infieq pubbliku biex jithaddmu l-programmi li
gew mifthema f’Lisbona f’Gunju 2000 li suppost li kienu mmirati biex l-Ewropa
taghlaq il-gap ekonomiku bejnha u bejn l-Amerika
ï‚· L-incertezzi dwar
l-implimentazzjoni tal-Pjan ta’ Stabbilta’ u Tkattir (dak li Romano Prodi sejjah
stupidu). Dan il-Pjan jimponi fost affarijiet ohra, ir-rata ta’ inflazzjoni
accettabbli u l-qies tad-deficit pubbliku bhala proporzjon
tal-GDP.
Problemi Strutturali
L-ekonomiji Ewropej (jikkonsla John
Dalli b’din) ghandhom problemi mill-kbar kawza tal-costs gholjin wisq
(prezzijiet ta’ servizzi, compliance costs u spejjez amministrattivi) li qed
joholqu problemi kbar biex l-intraprizi, kemm pubblici kif ukoll privati,
jsostnu l-profitti taghhom, izidu l-investiment u joholqu x-xoghol. Ir-rizultat
hu li l-problema tad-deficits nazzjonali ma jistghux jitrangaw b’ekonomija li
mhix tespandi u tikber. Il-problemi ewlenin li jezistu fil-pajjiz ta’ l-Unjoni
Ewropea huma:
ï‚· Deficits strutturali fil-Budgets tal-pajjizi l-kbar membri
ta’ l-Unjoni Ewropeja u maghhom ukoll ta’ dawk maghzulin biex jidhlu
ï‚·
Stagnar fis-suq tax-xoghol fejn tezisti rezistenza ghar-riformi li jridu jsiru u
fejn tezisti rezistenza ghad-dhul ta’ haddiema minn imsiehba godda fl-Unjoni
Ewropeja
ï‚· In-nuqqas ta’ progress fil-liberalizzazzjoni tas-servizzi pubblici
(trasport, posta, energija)
ï‚· Diffikultajiet fl-implimentazzjoni ta’ dak li
gie mifthiem biex jithaddem is-Suq Wiehed Intern Ewropew, l-aktar fejn ghandu
x’jaqsam ma’ tenders pubblici, is-suq finanzjarju u s-sistemi
tat-tassazzjoni.
Thaddim ta’ Politika Ekonomika
Mit-tfassil ta’
policies ghat-twettieq taghhom hemm differenza kbira. Dawk li jistudjaw xi jsir
fl-Unjoni Ewropeja aktar jaraw x’jinkiteb u milli x’jitwettaq. Hawn jezistu
diffikultajiet kbar, fosthom:
ï‚· Nuqqas ta’ poter min-naha ta’
l-istituzzjonijiet Ewropej biex jitwettqu l-programmi ta' riformi strutturali li
jridu jsiru u li dwarhom ftehmu l-kapijiet tal-gvernijiet Ewropej f’Lisbona
ï‚·
Il-kontinwazzjoni ta’ impozizzjoni ta’ regolamenti inefficjenti u burokratici
mfassla fuq livell Ewropej f’oqsma bhal l-ambjent, protezzjoni tal-konsumatur,
drittijiet tal-haddiema, fost ohrajn, minghajr ma tinghata kaz tal-piz
amministrattiv u d-disincentiva li qed tinholoq fost l-intraprizi
ï‚·
L-oppozizzjoni qawwija min-naha tat-trade unions Ewropej ghar-riformi
strutturali li jridu jsiru, specjalment fis-settur fejn hemm impjiegi li jahdmu
fuq mekkanizmi awtomatici bhal ma hemm fis-settur pubbliku
ï‚· Il-problema li
diversi pajjizi membri ta’ l-Unjoni Ewropeja huma aktar interessati li
jiddefendu l-interessi partikolari taghhom milli jaraw li l-ekonomija Ewropeja
tikber ghal gid ta’ kulhadd.
l-Impatt fuq l-Intraprizi z-Zghar
Dan
kollu jinkwieta bil-kbir lill-mexxejja tas-sidien tan-negozji z-zghar. Dawn
l-intraprizi qed jiffaccjaw dawn il-problemi:
ï‚· Diffikultajiet biex isibu
haddiema kwalifikati minhabba d-deficit fl-edukazzjoni vokazzjonali
ï‚·
Problemi marbuta mad-diffikultajiet biex isibu l-finanzjament mehtieg fejn
il-banek u l-istituzzjonijiet finanzjarji aktar huma interessati fin-negozji
l-kbar milli fiz-zghar
ï‚· Il-cost esagerat ta’ l-implimentazzjoni
tal-compliance costs u l-impozizzjonijiet amministrattivi li proporzjonalment
l-aktar lill-intraprizi z-zghar
ï‚· L-izvanatagg relattiv tal-pizijiet
tat-taxxi fuq in-negozji z-zghar li ma jaghmlux distinzjoni bejn intraprizi
zghar u intraprizi kbar
ï‚· L-izvantaggi li jbghatu minnhom b’mod partikolari
l-intraprizi li l-aktar li jhaddmu nies minhabba l-pizijiet kbar ta’ nfieq kbir
iehor li mhux ta’ pagi u gejn minn impozizzjonijiet u obbligi imposti
ï‚·
L-infieq dejjem jizdied ta’ konsulenti, accountants, avukati etc. li qed dejjem
ikun mehtieg minhabba l-komplikazzjonijiet ikkawzati minn regolamenti
burokratici.
ï‚· L-ammont esagerat ta’ inspectors li jsiru wara n-negozji
z-zghar, min ghal haga u min ghal ohra
Soluzzjonijiet
Is-sidien ta’
negozji z-zghar fl-Ewropa jridu jaraw titwettaq riforma shiha fil-Programm ta’
Stabbilta u Tkattir biex filwaqt li jkomplu jintlahqu l-ghanijiet li l-membri
ta’ l-Unjoni jfejjqu l-Budgets strutturali taghhom li huma l-htija ta’
instabbilta’ monetarja, nuqqas ta’ kompetittivita’, hela u inefficjenza ma
tinholoqx sitwazzjoni fejn l-ekonomiji l-kbar bhall-Germanja, jkollhom
mill-ewwel jingibdu lura hekk kif jibdew jaqdfu l-quddiem ghax il-kriterji skond
dan il-Patt huma dojoq wisq. Meta l-ekonomiji l-kbar ikunu mrazzna
burokratikament dawn iwaqqghu lura l-ekonomiji l-ohra. Bhalissa hekk qed isir
ghaliex l-ekonomija Germaniza u dik Franciza qed jingibdu lura hekk kif jidhru
li ser jibdew jirrankaw.
Importanti f’dan il-kuntest li l-process ta’
tkabbir fl-Unjoni jitkompla u ma jkunx hemm aktar tkarkir dwaru. Dan ghalhiex
it-twessiegh tas-suq Ewropew johloq dawk l-opportunitajiet u dawk l-isbokki biex
jinfirex l-investiment, jitwessa s-suq tax-xoghol, jinfirxu l-finanzi u li
b’hekk jinholqu opportunitajiet godda ghal zvilupp u tkattir
ekonomiku.
Bidliet Strutturali
Biex dan isir izda jridu jitwettqu
l-bidliet strutturali fosthom:
ï‚· Aktar liberalizzazzjoni tas-suq
tax-xoghol
ï‚· Tnaqqis bil-kbir tal-pizijiet burokratici li hemm fuq
l-intraprizi
ï‚· Tnehhija tar-restrizzjonijiet li jcahhdu it-thaddim tas-suq
hieles wiehed Ewropew (l-Internal Market)
ï‚· Aktar riformi biex ikunu
liberalizzati s-swieq ghas-servizzi pubblici (trasport, energija,
posta)
Jissahhu z-Zghar
Fl-ewropa baqa hafna xi jsir biex ikun hemm
politika effettiva li tagevola lill-intraprizi z-zghar. Ghalhekk is-sidien
tan-negozji z-zghar qed jitolbu:
ï‚· Incentivi fiskali biex itaffu l-infieq
zejjed minhabba pizijiet burokratici
ï‚· Helsien minn certi hlasijiet
burokratici li m’ghandhomx ikunu xorta ghal intrapriziz kbar u ohrajn zghar
ï‚·
Aktar ghajnuna fit-tahrig u introduzzjoni ta’ skemi li jkattru l-employability u
jwessghu is-suq tax-xoghol
ï‚· Aktar u aktar sforzi biex dak li ntrabtu mieghu
l-gvernijiet Ewropej fic-Charter tan-Negozji z-Zghar ikun imwettaq
ï‚· Aktar
incentivi biex iz-zghir izomm dak li jaqilghu ghaliex ghalihom hu s-sors
finanzjarju ewlieni ghal investiment u t-tkabbir.
Halluna
Nahdmu
Il-messagg taz-zghir bhal f’Malta hu wiehed: Halluna Nahdmu.
L-energija tas-self employed u tal-proprjetarji tan-negozji z-zghar, l-aktar ta’
dawk fosthom li ghandhom zghazagh hi kbira. Izda l-pizijiet huma kbar hafna.
Tajjeb li John Dalli dan jiftakru. Tajjeb li jiftakar ukoll li hekk kif nersqu
lejn l-Ewropa naraw li niehdu t-tajjeb u mhux nassorbu l-ghawg u
l-morr.
|