Issa gej
Budget iehor. U waslet wkoll is-sena decissiva tar-Referendum u tal-Ellezzjoni.
Naraw. Il-GRTU ghal darb’ohra qed tipprezenta’ pakkett ta’ proposti lil Ministru
tal-Finanzi, l-Onorevoli John Dalli bit-tama li din s-sena bis-serjeta jibda
jonora il-commitment li ghamel il-gvern Malti meta endorsja ic-Charter
tan-Negozji z-Zghar.
S-issa kellna hafna paroli. Il-Budget tas-sena
l-ohra suppost li kien il-Budget ghan-negozji z-zghar. Fil-fatt ma kien xejn min
dan. Il-proposti tal-GRTU biex jagevolaw lin-negozji z-zghar u li hadu lil GRTU
xhur shah ta’ konsultazzjonijiet baqghu fuq l-ixkaffa. Naraw din is-sena
x’direzzjoniser jiehu l-Budget.
Proposti
Il-qafas ewlieni tal-proposti
tal-GRTU hu c-Charter tan-negozji z-zghar. Il-GRTU ghalhekk qed tipproponi li
l-Ministru jdahhal incentivi biex verament isostni lil entrepreneur zghir Malti
billi jkun mhgejjun biex ikollu kapitali u krediti li verament jghinuh biex
jahdem u jkabbar.
Dawn huma xu uhud mill-proposti tal-GRTU u li s-sidien
tan-negozji z-zghar jridu jkunu mplimentati b’effett mis-sena
d-diehla:
Turizmu
 Il-Gvern jaghti ncentivi billi jitnaqqsu
c-charges u hlasijiet ohra lit-Tour Operators li jgibu t-turisti ghal granet
aktar mill-minimu stabillit.
 Jigi studjat bir-reqqa l-ammont globali
ta` pizijiet fiskali u charges ohra li hu mghobbi bihom il-pakket turistiku
Malti u jidhlu mizuri biex isir tnaqqis adekwat b’kumpens ghat-tnehhija
tat-TOSS.
 Il-Gvern jitlob assigurazzjoni mill-MIA li ghall-perijodu
ta` tlett snin ma jgholewx ic-charges ta` l-Ajruport Internazzjonali ta` Malta u
min imexxi jikkoncentra fuq pjan li jnaqqas drastikament l-excess capacity li
ghandu u johloq incentivi godda biex jattira aktar xoghol lejn Malta.

Ir-rata ta` 5% VAT ghandha titnehha u tidhol minflokha rata fissa per bed. Din
biex titnehha diskrimazzjoni li tezisti bejn tassazzjoni fuq servizzi nterni
fl-istabbilimenti ta` akkomodazzjoni turistika u servizzi ohra kompetittivi li
jinghataw minn service providers li ma jaghmlux parti minn stabbilimenti ta`
akkomodazzjoni.
VAT
 Il-VAT kif inhi mhaddma llum hija ta’
disincentiva kbira lill-intraprizi li ghandhom economic value added gholi, li hu
tant importanti biex il-GDP tal-pajjiz jibqa joghla b’rata li ssostni n-nefqa
pubblika kif progettata mill-Gvern. Il-Gvern ghalhekk irid johloq incentiva
lill-intraprizi fejn l-impatt tal-VAT imhallsa fuq il-profitti globali ta`
l-intrapriza huma qawwijin.
 Hlas ta` refund fi zmien 30 jum:
Il-proposta tal-GRTU tas-sena l-ohra ma gietx imwettqa tajjeb ghalhekk ghandha
tkun mibdula u tkun tapplika ghan-negozji irrespittivament mit-turnover u
min-numru ta’ mpjiegi. Kif ghamilha l-Gvern din is-sena saret ghalxejn ghax hadd
ma gawda minnha. Ghalhekk li l-GRTU trid bidla.
 Jinghata ncentiv biex
min ghandu labour content gholi u juza aktar il-lavur Malti biex johloq
il-prodott jew servizz finali jkollu l-istess vantagg ta` refund bhal ma ghandu
min ikollu jhallas il-VAT fuq id-dhul ewlieni kollu. Il-GRTU ssostni l-proposta
taghha li ntraprizi fejn in-nefqa principali taghhom hija fuq pagi ta` haddiema
(35%+) ghandu jinghata lilhom b’kumpens ekwivalenti ghal dak li jinghata net
lill-intraprizi ohra li jgawdu minn 15% VAT refund fuq l-ispejjez ewlenin
taghhom li huma materjali u mhux pagi.
 Titnehha d-diskrimanzjoni li
ghandhom resellers bhal ma huma d-distributuri tal-Gas li qed jigu kostretti
jhallsu VAT fuq il-qliegh taghhom meta huma jhallsu l-income tax bhala t-taxxa
applikabbli u ghalhekk qed ikunu intaxxati doppji. Dawn is-setturi qed ikunu
klassifikati bhala “distributuri” meta fil-fatt dawn huma “retailers”.

Ghandha tiddahhal sistema ta` VAT Credit Rating biex x’hin tigi ghall-infurzar
tal-hlasijiet u l-imposizzjoni ta` penali, s-sistema ma tibqax rigida kif inhi
b’dannu ghall-intraprizi zghar li jkollhom zminijiet bi problemi ta` cashflow.
Ghandha tithaddem Point-System biex min ikun dejjem regulari meta mbaghad ikollu
problemi jinghata vantagg fuq min ikun f’sitwazzjoni negattiva fuq l-istess
skeda ta` punti.
 Ghandha ssir riforma tar-regim ta` penali applikabbli
fuq in-negozji z-zghar ghaliex dawn huma ghal kollox irrazzjonali u jikkonflingu
bil-kbir mal-principji li jaccetta l-Gvern taht ic-Charter tan-Negozji
z-Zghar.
 Ghandha tithaddem sistema ragjonata ta` set offs ta` VAT bejn
kumpaniji u negozji li jaghmlu parti mill-istess grupp.
 Il-VAT fuq
il-xiri ta` deheb bhala materja prima ghandha titnehha. Inkella ghandu jintlahaq
xi arrangament iehor biex ma jkunx hemm flus kbar maqbudin, u tinholoq problema
ta` cashflow. Dan meta hafna drabi l-manifattura fuq il-prodott hi anqas minn
15% tal-materja prima. Ghandha tkun kkunsidrata li tiddahhal is-sistema li
tintuza fl-Italja fil-prezent, fejn ma tithallasx VAT fuq il-materja
prima.
Red-Tape
 Il-Gvern ghandu jesigi li qabel ma jiddahhlu regoli
godda, min hu responsabbli ghandu jipprezenta rappport tal-impatt ekonomiku
kummercjali u amministrattiv.
Hallmark
 Ghandha titnehha s-sistema
arkajka li tezisti llum fis-settur tal-produzzjoni u mportazzjoni ta’ deheb u
gojjellerija u tidhol minflokha s-sistema preferuta mill-maggoranza assoluta
tan-negozji fis-settur tad-deheb u gojjellerija fejn:
 Il-prodott
impurtat irid ikollu il-metal and finesse (purtiy) mark
 Prodotti
mahduma lokalment irid ikollhom il-markers mark kif ukoll il-finesse mark.
Il-manifatturi approvati ikollhom id-dritt li jaghmlu il-hallmark huma stess.
Il-konslu jibqa jaghmel il-marka meta l-produttur jaghzel hekk. Produttur lokali
jkollu wkoll l-ghazla li jaghmel il-marka ghand hallmarkers approvati

Id-Dwana m’ghandhiex taghmel aktar verifika fuq kull prodott izda ghandha
tithaddem sistema ta` Market Surveillance
 Il-konslu ghandu jiehu
l-funzjoni tar-regolatur ta` dan is-settur u titnaqqas u titnehhielu l-funzjoni
li ghandu llum li m’ghadhiex iktar applikabbli ghal kundizzjonijiet ta` suq
hieles
Fuel Taxes
 Li l-Enemalta ccaqlaq il-prezzijiet skond
is-suq internazzjonali mhix gusta. L-awtoritajiet fiskali jigbru 59% fuq
il-petrol u 43% fuq id-diesel u ghalhekk ghandu jkun hemm sistema fejn il-livell
tat-taxxi jkunu fuq skala flessibli ‘l fuq u l-isfel skond ic-caqlieq
fil-prezzijiet internazzjonali u dan biex terga tidhol stabbilita`
fil-prezzijiet fuq perjodu ta` mill-anqas sitt xhur jekk mhux sena.
Nefqa Pubblika
 Il-Gvern ghandu jdahhal sistema ta` compliance unit
fuq id-Dipartimenti u l-Entitajiet Pubblici kollha biex tizgura li l-Kapijiet
tad-Dipartimenti u c-Chairmen tal-Korporazzjonijiet ikunu qed jipproponu mizuri
li huma adekwati u li jahsbu sewwa fl-impatt finanzjarju u l-commitment li jkunu
jehtiegu biex jitwettqu u wkoll biex ikun assigurat li l-kuntratti kollha jimxu
skond l-obbligazzjonijiet miftehma u ppjanati. Kapijiet ta` Dipartimenti u
Bordijiet ta` Korporazzjonijiet u Awtoritajiet ghandhom ikunu suggetti
ghall-investigazzjoni ta` din il-Compliance Unit li jkollha l-poter ukoll li
timponi nvestigazzjonijiet u mezzi dixxiplinarji.
Part-Timers

Ghandha titfassal “an all inclusive Minimum Wage Rate” ghall-part-timers biex
sid ta` negozju jkun jista` jhallas rata wahda li tkun tinkorpora l-extras
l-ohra kollha taht il-ligi tax-xoghol bhal ma huma bonus, leave, etc. Is-sistema
tal-lum hi komplikata wisq ghan-negozji z-zghar.
Penzjonijiet

Il-gvern ghandu b’effett minn din is-sena jibda jnehhi d-diskriminazzjonijiet li
qed ibaghtu minhom s-self employed taht l-Iskema Nazzjonali tal-Penzjonijiet.
Eluf ta’ penzjonanti li kienu self employed kuntrarjament ghal penzjonanti li
kienu haddiema bil-paga, qatt ma gawdew minn revizzjoni tal-penzjoni taghhom
ghaliex il-Gvern qatt ma rabat il-penzjoni tal-irtirar taghhom mas- salarju
ekwivalenti fic-Civil kif ilha titlob il-GRTU. Il-GRTU tistenna li mis-sena
d-diehla din id-diskriminazzjoni tibda tittaffa.
 Id-dhul li fuqu tkun
stabbilita l-penzjoni tas-self employed tinhadem b’mod differenti u
diskriminatorju ghas-self employed b’paragun ma’ kontributuri socjali ohra.
Il-GRTU titlob li mis-sena d-diehla, issa li s-self employed qed ihallsu
kontribuzzjoni socjali ta’ 15% fuq id-dhul taghhom, li huma wkoll igawdu
mis-sistema ta’ stima ta’ dhul ahhari ghal skop ta’ penzjoni fuq medja ta’
l-ahjar tlett snin mill-ahhar ghaxar snin u mhux kif inhi illum.
Banek
Kummercjali
 Il-GRTU qed tipproponi li ghandha tinbidel il-ligi biex Bank
Kummercjali dominanti jkun obbligat li proporzjon adekwat tal-facilitajiet ta’
kreditu disponibbli jitwarrbu ghall-uzu uniku ta’ finanzjament lill-intraprizi
micro u zghar u li dawn il-facilitajiet jinghataw imghax agevolat.
Patt
Nazzjonali
 Il-GRTU qed tinsisti li l-imsiehba socjali ghandhom jaqblu fuq
miri bhal ma hija rata ta` inflazzjoni u r-rata ta` tkattir tal-prodott
nazzjonali u jinholoq il-mekkanizmu biex il-partijiet socjali jwettqu dak li
kienu ntrabtu mieghu billi jaraw li l-proposti kollha taghhom ikunu konformi
mal-miri miftehma. Ma` dan il-patt jintrabat il-Gvern biex tinqata s-sitema li
barra l-mizuri tal-Budget jithabbru wkoll matul is-sena hafna mizuri ohra
mill-Gvern centrali u mill-Korporazzjonijiet u Awtoritajiet li effetivament
icahhdu t-twettieq ta` dawn il-miri.
|