SME Chamber

Il-Patt Nazzjonali

Il-Pjan tal-Ministru Dalli
F’dawn l-ahhar snin zgur li numru
ikbar ta` nies saru aktar konxji tal-problemi li ghandu l-Gvern biex ikollu flus
bizzejjed biex ihallas ghal ispejjez kollha tieghu li jinkludu: pagi tan-numru
kbir ta` haddiema li jahdmu fis-settur pubbliku; hlasijiet ghas-servizzi socjali
u ghal penzjonijiet, ghas-servizzi ta` sahha u ta` ordni pubblika; kif ukoll
ghal inizjattivi, progetti u ncentivi li jsahhu l-infrastruttura u l-ekonomija u
joholqu ix-xoghol. Fid-diskors tieghu tal-Budget tal-1999, il-Ministru
tal-Finanzi kien habbar programm li kellu jwassal biex b’mod ippjanat iwassal
biex fuq numru ta` snin, il-Ministeru tieghu jirnexxilu jara n-nefqa tal-Gvern
issir sostenibbli. Dan ifisser li l-Gvern ikun ikkontrolla l-infiq tieghu u zied
id-dhul tieghu b’mod li ma tibqax il-htiega li kull sena l-Gvern jiddejjen biex
isewwi d-deficit ta` kull sena.


Din tad-deficit ta` kull sena saret
pjaga kbira ghax id-dejn li kull sena l-Gvern ikollu jaghmel biex jghalaq
id-differenza bejn dhul u hrug wassal biex f’Malta illum id-dejn nazzjonali
sploda. Hu stmat infatti li l-Gvern Malti fuq perjodu ta` hames snin sas-sena
2005 ikun zied id-dejn tal-Gvern Lm263miljun. Il-Gvern qed jghid ukoll li din
iz-zieda tad-dejn tal-Gvern issib lill-Gvern b'dejn ta` 61% tal-prodott gross
nazzjonali (GDP)fis-sena 2005. Biex dan it-target jintlahaq irid isir hafna
aktar privatizzazzjoni ghaliex jekk ma jsirx hekk id-dejn nazzjonali jkompli
jizdied sas-sena 2005 b’aktar minn Lm80 miljun ohra. Dan il-pronostiku ukoll qed
jassumi li l-ekonomija ta` Malta (GDP at constant market prices) ser tikber
b’medja ta` 3.4% kull sena sas-sena 2005. Issa nafu li s-sena l-ohra l-ekonomija
waqghet lura u din is-sena qed tikber b’rata hafna inqas minn hekk u l-prospetti
s’issa ma jidhrux tajbin wisq. Issa meta wiehed iqis x’inhu jigri fid-dinja ta`
madwarna u x’impatt jista` jkollu t-tibdil li Malta ghaddejja u ser tkompli
taghddi minnhom biex l-ekonomija tirristruttura biex tikkompeti f’suq wiehed
kbir Ewropew, wiehed irid izomm crossed-figures ghalhekk li r-rata li fuqha
l-gvern ibbaza l-kalkoli tieghu tintlahaq. Jekk le, d-dejn jikber aktar.

Id-Deficit
Mil-lat ekonomiku d-dejn tal-Gvern u l-problema
tad-deficit ghandha impatt kbir fuq il-kumplament tal-ekonomija. Hu ghalhekk li
l-Gvern bilfors li jrid isib tarf ta` din il-problema. Din problema li trid
tissolva waqt li l-Gvern jibqa` jsostni n-nefqa pubblika fuq impjiegi
inizjattivi godda u servizzi u ma jghasarx lis-settur privat tant li jgerxu
milli jzomm l-impjiegi kollha li hemm fil-illum. Biex dan isir, il-Gvern irid
jirnexxielu jkompli bil-programm tal-liberazazzjoni u modernizazzjoni ta`
l-ekonomija Maltija, jkompli jsahhah l-infrasstruttura u jkompli jilqa ghal
isfidi socjali ta` socjeta` moderna. Mhux facli f’pajjizi fejn kulhadd irid li
dan il-bilanc jinzamm.

Il-Gvern qed jittama li d-deficit tal-Gvern
ikompli jonqos bhala proporzjon tal-GDP biex sas-sena 2005 Malta tilhaq
it-target ta` budget deficit ta` 3% tal-GDP. Ma ninsewx li sal-2005 Malta jista`
jkun li tkun trid tghasar hafna biex tilhaq il-kriterji ta` Maastricht u
l-budget deficit bilfors li jkun irid jitrazzan b’dan il-mod. Biex dan jintlahaq
il-Gvern qed jittama li jkompli jzid id-dhul tieghu b’zieda medja ta` 6%
sas-sena 2005 fil-waqt li n-nefqa pubblika tinzamm fuq rata ta` zieda ta` 2%
biss kull sena jfisser ukoll li l-Gvern mis-sena d-diehla sas-sena 2005 irid
jigbor aktar minni Lm40 miljun ohra kull sena f’VAT, income tax, licenzji u
kontiribuzzjonijiet socjali. Jekk dawn ir-rati ma jinzammux m’hemmx cans li
t-target ta` 3% tal-GDP sas-sena 2005 jintlahaq.

Kompettitivita`
Issa
facli ghal min jippjana li jfassal target u jassumi li kollox imur sewwa. Izda
l-verita` tad-dinja ekonomika m’hix facli daqshekk u difficli ferm li Gvern
izomm kontroll u jlahhaq it-targets tieghu jekk ma jkunx hemm ftehim nazzjonali.
L-ewwelnett Malta hi wahda mill-aktar ekonomiji mifthuha fid-dinja u ahna
facilment nintlaqtu minn dak li jsir fid-dinja. Irridu perezempju hafna
mis-settur industrijali li jesprta. Dan jesporta lejn id-dinja, l-aktar lejn
l-Ewropa Maghquda. Is-suq ewropew hu importanti hafna u daqstant importanti
s-swieq l-ohra. Biex nirbhu s-swieq irridu nkunu kompetittivi. Kompetittivita`
tfisser produttivita` oghla biex iz-zidiet fl-ispejjez, l-aktar fil-kaz taghna,
pagi u salarji, ikunu koperti bil-produttivita` u ma joghlewx il-prezzijiet.
Aktar produttivita` tfisser aktar investiment fit-teknologija f’materja prima
ta` kwalita` ahjar u aktar tahrig tan-nies u aktar specjalizazzjoni fix-xoghol u
fis-swieq. Dan jigi minn zieda fil-profitti li huma s-sors ewlieni ta` aktar
investment u minn incentivi u agevolizazzjoni pubblici li jsostnu l-industriji.
Dan ifisser ukoll aktar infieq pubbliku. Infieq li jigi meta z-zieda
fil-produttivita` izzid l-esportazzjoni, izzid l-investiment u l-qliegh
tal-intrapriza u z-zieda fil-pagi u s-salarji li flimkien izidu l-GDP. Meta
jikber il-GDP jikber ukoll id-dhul tal-Gvern minghajr htiega li jizdiedu
t-taxxi. Zieda fid-dhul tal-Gvern ifisser tnaqqis tad-dejn u tal-hlasijiet kull
sena tal-interessi fuq id-djun.

L-istess argument jghodd ghas-settur
l-iehor tant importanti ghal Malta, is-settur tat-turizmu. Dan hu settur li jrid
il-hin kollu jikkompeti hekk kif pajjiz wiehed wara l-iehor jirsisti biex jigbed
lejh aktar turisti. Kulhadd f’bahar wiehed u t-turisti jmorru fejn jaqbel
lit-tour operator. Ikun jaqbel fejn il-prezz hu tajjeb ghal dak li pajjiz ghandu
x’joffri. Hawn ukoll is-sigriet hu l-kompetittivita`. Kif ser jirnexxielna
nibqghu inzidu s-salarji u l-pagi, inkomplu ninvestu fi stabbiliment izbah skond
il-kriterji moderni tas-suq u kif ser inkomplu nibzghu ghal u nizviluppaw aktar
il-prodott Malti minghajr ma nzidu fl-ispejjez u nghollu l-prezzijiet. Kif
jigifieri ser inzidu l-produttivita` f’dan il-qasam. Ghax jekk ma tizdiedx
l-efficjenza jghollew il-prezzijiet. Din tkompli ittellifna
l-kompetittivita`.

Wara dawn jidhlu dawk kollha li jahdmu fis-setturi
l-ohra kollha privati u pubblici li jsostnu s-sistemi kollha li jsahhu
l-ekonomija ta` pajjizna. Jekk dawn is-setturi kollha – biedja, sajd kummerc,
finanzi, proprjeta, banek, hwienet, servizzi, hu x’inhu l-qasam, ma jkunux
kompetittivi dawn jghollu l-ispejjez ghal l-ohrajn li jridu jbieghu
lill-barranin. Il-kompetittivita` jigifieri hi katina. Mhux inharsu lejn
l-industriji jew lejn il-hotels jew lejn it-tarznari. Irridu nkunu aktar
produttivi u aktar kompetittivi kullimkien. Ghax l-ekonomija hi katina wahda.
Hadd ma jista` jghid ma jimpurtanix. Din hi l-ekonomija moderna. Iktar ma
jghaddi z-zmien aktar qed jigri li dawk li hobzhom mahbuz jigri x’jigri
fil-pajjiz, jonqsu ghax aktar impjiegi jiddependu minn dak li jsir fis-suq.
Is-sigriet li tibqa b’sahhtek fis-suq hi l-kompetittivita`.

Ftehim
Nazzjonali
Pajjizna m’ghandux ghazla dwar din il-haga, Ewropa u mhux Ewropa.
Ma jistghax settur wiehed, jew frazzjoni wahda fis-socjeta tibqa` tahseb li
l-problema hi ta` haddiehor. Dan hu llum xoghol l-MCESD. Hawn l-imsiehba socjali
kollha ghandhom ir-responsabbilita kbira li jaraw li pajjizna jibqa kompetittiv
huma x’inhuma l-ghazliet li jaghmel. Irid ikollna l-hila nfasslu it-targets
flimkien. Jekk il-Gvern wahdu jfassal targets li dwarhom ma jkollux il-kunsens
tal-imsiehba socjali zgur li jbghati biex jasal. Il-politici eletti fil-Gvern
wahedhom, huma ta` liema kulur huma u bravi kemm huma bravi, wahedhom ma jaslux.
Illum m’ghadux iz-zmien fejn Gvern jista` jiddetta. Ghalhekk pajjizna bil-fors
li jrid ftehim bejn l-imsiehba socjali.

Malta trid Kuntratt Nazzjonali
fejn l-imsiehba socjali flimkien jaqblu dwar targets li rridu nilhqu biex
ikollna dak it-tkattir ekonomiku li wahdu jgib iz-zidiet fil-pagi, fil-profitti,
fil-kwalita` tal-hajja u fis-sostenn tan-nefqa pubblika. Meta l-imsiehba socjali
jaqblu dwar it-targets imbaghad iridu jfasslu l-ftehim li jwassalhom biex dawn
it-targets pajjizna jilhaqhom. S’issa ghadna nahsbu li r-responsabbilta` li
naslu hi biss tal-Gvern. X’genn! Ir-responsabbilta` hi taghna wkoll. L-aktar ta`
l-imsiehba socjali li flimkien mal-Gvern hi r-responsabbilita` taghhom li
lill-pajjizna jmexxuh lejn futur ahjar!

 

What we can do for you

EMPLOYMENT & CONSUMER LAW

INDIVIDUAL ASSISTANCE

PRIORITY ACCESS

LOCAL ISSUES & LEGISLATION

NETWORKING EVENTS

LEGAL ADVICE

EU FUNDS AND SCHEMES

INFORMATION SESSIONS, MASTERCLASSES AND CONFERENCES

BECOME A MEMBER

The Malta Chamber of SMEs represents over 7,000 members from over 90 different sectors which in their majority are either small or medium sized companies, and such issues like the one we're experiencing right now, it's important to be united. Malta Chamber of SMEs offers a number of different services tailored to its members' individual requirements' and necessities. These range from general services offered to all members to more individual & bespoke services catered for specific requirements.

A membership with Malta Chamber of SMEs will guarantee that you are constantly updated and informed with different opportunities which will directly benefit your business and help you grow. It also entails you to a number of services which in their majority are free of charge and offered exclusively to its members (in their majority all free of charge).