L-Ewropa Kristjana bdiet tidher bhala civilta` distinta mic-civiltajiet l-ohra fid-dinja fit-tmien u d-disa` seklu. Ghal numru ta` sekli izda l-Ewropa Kristjana baqghet fjakka b’paragun mal-forza u d-dominanza tac-civilta` Ciniza taht id-dinastiji ta`T’ang u tal-Ming u c-civilta` b’sahhitha tad-dinja ta` l-Islam. Bejn it-tmienja u t-tnax-il seklu dawn ic-civiltajiet kienu jiddominaw lid-dinja ta` dak iz-zmien u l-Bizantini kienu wkoll aktar b'sahhithom mill-kristjani ta` l-Ewropa kemm f’dik li hi rikkezza, territorju, sahha militari, kif ukoll arti, litteratura u avvanzi xjentifici. Izda bejn is-seklu hdax u s-seklu tlettax, il-kultura Ewropeja bdiet taqdef ‘il quddiem anke wara li kienet assimilat hafna mill-progress li ghaddew minnhom ic-civiltajiet bizantini u islamici.
Il-Fruntiera tal-Punent
Kien f’dan il-perijodu ukoll li pajjizi bhall-Ungerija, l-Polonja, l-Iskandinavja u l-pajjizi Baltici qalbu ghal Kristjanezmu tal-Ewropa tal-punent u addottaw il-Ligi Rumana u sistemi ohra mhaddma mill-pajjizi tal-Ewropa tal-punent. Gara ghalhekk li l-fruntiera tal-Ewropa tal-punent giet stabbilita` fejn baqghet prattikament sa llum. Fit-tnax u t-tlettax il seklu l-Ewropej tal-punent iggieldu biex jiehdu kontrol ta` Spanja u rnexxielhom jirbhu d-dominanza tal-Mediterran. Wara dan izda l-qawmien tat-Turkija waqqaf l-espanzjoni tal-Ewropa tal-punent.
Mill-bidu tas-sena 1500 ir-rinaxximent tal-kultura fl-Ewropa kienet miexja b’ritmu mghaggel u dan gab mieghu l-pluralizmu fis-socjetajiet Ewropej u ma dan zieda qawwija fil-kummerc u progress fil-kamp xjentifiku u teknologiku, l-ghodod li taw lill-Ewropa tal-punent dominanza qawwija fix-xena politika tad-dinja.
Fl-ahhar tas-seklu hmistax l-Ewropa regghet ikkonkwistat lil Spanja minn idejn il-Mori tal-Afrika u l-Portugizi kienu bdew jippenetraw fl-Asja u l-Ispanjoli fl-Amerka. Fil-mitejn sena ta` wara kwazi d-dinja kollha tal-punent flimkien ma` partijiet sinifikanti mill-Asja waqghu taht id-dominanza tal-Ewropa.
Lejn l-ahhar tas-seklu tmintax izda l-Ewropa kellha taghmel marc lura wara li tilfet l-ewwel l-Amerika u wara l-bicca l-kbira tal-Amerika Latina. Izda lejn l-ahhar tas-seklu dsatax, l-imperjalizmu Ewropew issahhah billi beda jikkontrolla l-Indja u postijiet ohra importanti fl-Asja. L-Imperjalizmu Ewropew fil-bidu tas-seklu ghoxrin waqa’ ukoll taht il-kontroll tieghu kwazi l-Lvant Nofsani kollu barra t-Turkija. B’rizultat ta` dan l-Ewropej flimkien ma` l-ex-kolonji ta` l-Ewropa fl-Amerika kienu jikkontrollaw 35% tal-wicc tad-Dinja sa s-sena 1800. Sa s-sena 1878 l-Ewropej u Amerikani kienu jikkontrollaw 67% tad-dinja u sas-sena 1814, 84%. Sas-sena 1900, l-imperu Brittaniku, dak li fuqu x-xemx ma kienet tinzel qatt ghax sa torqod banda, tistembah band’ohra, kien jigbor fih 11-il miljun mil kwadru u 390 miljun ruh. Il-kultura Ewropeja kienet qed tiddomina lid-dinja ta` dak iz-zmien tant li c-civiltajiet ewlenin ta` l-Islam u tal-Indja kienu mahkuma filwaqt li tac-Cina kienet penetrata u mwaqqa’ ukoll that l-influenza tal-punent. Kienu baqghu biss barra din ix-xibka tal-punent ir-Russi, il-Gappunizi u dawk tal-Etijopja li baqghu ikunu mahkuma minn imperaturi li zammewhom taht kontroll li rnexxielu jzommhom milli jaqghu ukoll taht il-kontroll tal-punent. Ghal erba` mitt sena shah ir-relazzjonijiet bejn ic-civiltajiet importanti fid-dinja kienet biss hakma ta` dawn is-socjetajiet mic-civilta` tal-punent.
Dominanza
Din id-dominanza tal-Punent fid-dinja gabghet maghha bidliet kbar u l-aktar li din il-bidla inhasset kien fit-taqlib fl-istrutturi socjali fil-pajjizi mahkuma biex dawn isiru jixbhu l-istrutturi li kienu jezistu fil-punent. L-istess gara fir-relazzjonijiet bejn il-klassjijiet socjali. Twieldu l-ibliet, kiber bil-kbir il-kummerc u nholqu firdiet fejn il-monarku u s-sidien privati tal-artijiet u kwistjonijiet kbar bejn sekulari u religjuzi. Fuq kollox twieldet kuxjenza gdida lejn l-awtorita` fil-pajjiz u twieled nazzjonalizmu gdid fost il-popli tal-punent. Ma` dan s’intendi nholqu l-burokraziji statali li zviluppaw biex ihaddmu l-approvati ta` dawn l-istati diversi fid-dinja tal-Punent.
Vjolenza Organizzata
Is-sahha ewlenija tal-Punent izda kienet dovuta ghal avvanz fit-teknologija l-aktar l-invenzjoni tal-mezzi li bihom l-Ewropej innavigaw l-ocejani u l-holm ta` forzi militari li rnexxew fil-konkwista ta` artijiet u popli l-aktar ‘il boghod. Il-Punent irnexxielu wkoll jiddomina li-dinja ghaliex kien kapaci jdahhal sistemi ta` organizzazjoni u ta` dixxiplina u ta` tahrig tat-truppi flimkien ma` holqien ta` armi, mezzi ta` trasport u servizzi medici u hila logistika li kienu ghal kollox superjuri. Il-Punent ma rebahx lid-dinja ghax l-idejat kienu superjuri, jew ghax il-valuri jew ir-religjon kienet superjuri tant li ftit mid-dinja barra l-Ewropa kienet fil-fatt konvertita ghal kristjanezmu izda ghax il-Punent kien superjuri fil-forza tal-vjolenza organizzata. In-nies tal-Punent dan il-fatt jinsewh u ma jzommuhx. Mhux hekk il-popli li kienu mahkuma. Ghalihom tal-Punent huma l-ex-hakkiema.
Dinja Maghquda
Sas-sena 1910, id-dinja kienet effetivament wahda, kemm politikament kif ukoll ekonomikament. Qatt fl-istorja tad-dinja ma kien hemm dominanza hekk kbira ta` parti hekk kbira tad-dinja. Il-kummerc tad-dinja bhala proporzjon ta` dak li kienet tipproduci d-dinja dak iz-zmien kien tant gholi li bl-izviluppi kollha li saru wara ma kienx qabel it-tmeninijiet li ergajna lhaqna l-istess livelli.
L-Idijologiji Bis-Sahha
Wara r-Rivoluzzjoni Russa tal-1917 inholqu l-gwerrer il-kbar u l-kwistjonijiet idijologici enormi li nvolvew tant u tant pajjizi. Wara perijodu ta` glied u firdiet fuq il-kwistjonijiet ta` religjon u ta` konflitti bejn in-nazzjonijiet, twieldu l-konflitti l-kbar tas-sekli ghoxrin. Dawk ta` bejn il-faxxizmu l-kommunizmu u d-demokrazija liberali u fl-ahhar bejn il-kommunizmu u d-demokrazija liberali. Twieldu superpotenzi li ddominaw id-dinja waqt il-gwerra bierda. Dawn is-superpotenzi identifikaw ruhhom ma idjologija partikulari, l-USA mal-liberalizmu ekonomiku, u fl-Unjoni Sovjetika mal-komunizmu.
Interessanti hu li l-marxizmu tar-Russja, tac-Cina u tal-Vietnam kien fil-fatt wirt tac-civilita` tal-Ewropa u kien ghalhekk li ma setghax isib gheruq fic-civiltajiet ta` dawn il-pajjizi. Lenin, Mao u Ho addottaw il-marxizmu u uzawh biex jisfidaw lid-dinja tal-Punent u jorganizzaw lil popli taghhom biex jasserixxu ruhhom u jiggieldu ghall-awtonomija ta` pajjizhom mill-hakma tal-Punent. Meta waqa` l-kommunizmu fl-Unjoni Sovjetika u l-komunizmu garrab trasformazzjoni kbira fic-Cina u fil-Vietnam, b’daqshekk ma garax li dawn il-pajjizi bdew jaddottaw l-idjologija u s-sistemi tad-demokraziji liberali. Gara li meta l-idjologija stranjiera ma baqghetx imposta huma marru lura ghad-drawwiet u s-sistemi li jappartjenu lic-civilta` tradizzjonali taghhom.
Ic-Civiltajiet
Ic-Civilta’ tal-Punent taghmel zball jekk tahseb li l-firdiet issa spiccaw. Li gara donnu izda hu li l-idjologiji m’ghadhomx jiddominaw. Il-popli resqu aktar qrib ta` dak li jaqqghadhom u li ghaqqadhom tradizzjonalment. Illum ma tistghax aktar tipprova tifhem l-izviluppi li qed isehhu fid-dinja ta’ llum minghajr ma twarrab it-teoriji u l-ghodod tal-analizi taz-zmien id-dinja tal-gwerra bierda. Id-dinja illum hi differenti. Ahna qed naraw dawn l-izviluppi mill-qrib. Dak li qed jigri fl-Ewropa hu zvilupp li ilu sejjer is-sekli. Li gara f’dawn l-ahhar snin hu li b’anqas enfazi fuq l-dijologiji u l-lealta` lejn is-superpotenzi l-pajjizi b’civilta` komuni bdew aktar jersqu lejn xulxin u jkunu aktar liberi li jaccettaw arrangamenti u rabtiet li snin ilu ma setghux jaghmluhom.
Il-Futur
Jidher li l-Ewropa qaghtet jiesha li tipprova tiddomina popli ohra u civiltajiet ohra. Izda tidher deciza li z-zona ta` influenza fid-dinja li taqa` taht l-influenza tac-civilta` Ewropeja tkun maghquda. Din l-ghaqda ghandha tissarraf f’avvanz ekonomiku. M’ghadux aktar l-argument li l-ewwel l-ghaqda ekonomika imbaghad it-trawwim ta` civilta` komuni. Il-maqlub hu aktar reali: pajjizi b’civilta` komuni jkattru u jizviluppaw ir-relazzjonijiet ekonomici ta` bejniethom biex ikomplu jsahhu ic-civilta` komuni taghhom. Qed isir l-istess rikonoxximent fic-civiltajiet l-ohra. Dan ilu jinhass fil-Gapan u fic-Cina u issa jinhass sewwa fid-dinja tal-Islam u ukoll fid-dinja tal-Indu. Jidher li r-rih lil hemm qed jonfoh. Ghaqda fost in-nazzjonijiet b’civilta` komuni li qed issehh fost ic-civiltajiet differenti ewlenin fid-dinja.
|