Zmien Mintoff
Ma jfissirx li
illum qeghdin aghar minn zmien l-ewwel snin ta` Dom Mintoff. Dakinhar zgur konna
hazin f’ghajn l-Amerikani. Mintoff kien baghat ‘il barra minn Malta lill-General
Birindelli, kap tan-NATO f’Malta, kecca lill-Gvernatur Generali Ingliz li kien
il-kustodju tal-ftehim bejn Malta u l-Ingilterra li kien jaghti d-drittijiet
lill-Inglizi u lin-NATO li juzaw il-facilitajiet kollha ta` Malta. Waqqaf wkoll
il-kuntratt li d-ditta Amerikana Westinghouse kellha mal-Gvern Malti ghal
fornitura ta` mpjanti ta` disalinazzjoni ta’ l-ilma bahar. Kien hawn ukoll
problemi li wasslu ghall-gheluq tal-kumpanija b’investiment Amerikan Phoenix li
kienet topera barra l-Mosta. L-Amerikani ma dahhlux aktar bastimenti f’Malta
matul il-perjodu kollu li dam il-partit Laburista fil-Gvern, ghaliex l-uzu
tal-bazi militari f’Malta u l-facilitajiet Maltin kienu ristretti biss
ghall-Inglizi. Wara l-1979, imbaghad, il-bazi inghalqet u d-dhul tal-militari,
twaqqaf.
Investiment Amerikani
L-attivita` Amerikana ta` natura
kummercjali li ngieghbet f’Malta fi zmien Dr. Borg Olivier kienet tikkonsisti
fil-licenzji tal-Hilton Hotel u tax-Sheraton Hotel, li dak iz-zmien kienu
pilastri ewlenin fil-qasam tal-lukandi. Dawn taw lil Malta hafna prestigju
fil-qasam tat-Turizmu. Mill-industrija tal-jeans giet id-ditta tar-Wrangler.
Wara infethet f’Malta l-Iskola Amerikana li ghal bidu kienet l-American
University of Cairo. Sar arrangament interessanti li bih kienu jingiebu
l-Amerikani li jahdmu fil-kumpaniji taz-zejt fl-Iran li kienu jigu hawn fejn
kienu jghixu l-familji taghhom waqt li l-irgiel kienu l-Iran jew fuq ir-rigs ta`
thaffir ghaz-zejt.
Matul il-perjodu tal-Gvern Laburista saru hafna sforzi
biex jingieb investiment Amerikan f’Malta u kienu hafna l-Amerikani ta` origini
Maltija li rritornaw f’Malta u nvestew f’pajjizna. Izda investiment barrani
dirett mill-Amerika ma giex. Fethet fabbrika ta` sidien Amerikani izda ghaddew
minn band’ohra. Probabbli li kieku gew bhala investiment dirett amerikan kienu
jkunu skoraggati. Kellna wkoll il-miljuni li nefqu f’Malta mill-kumpaniji kbar
bhal Texaco li hadu licenzja ghat-thaffir taz-zejt u hafna xoghol kummercjali
importanti ta` tiswijiet fit-tarzna. Intrebhu kuntratti kbar u fit-tul ghal
industrija tal-esportazzjoni li gawdew mill-pakket specjali ta` helsien
mid-dazji fis-swieq Amerikani.
Accettazjoni
Hekk kif beda ghaddej
iz-zmien, l-Amerikani accettaw ir-rwol ta` Malta bhala pajjiz newtrali
fil-Mediterran li nehha l-entuzjazmu lejn in-Nato, l-Amerikani u Izrael li kienu
jezistu fiz-zmien ta` Dr Borg Olivier. Dahal minflok realizmu gdid li kien
accettat mill-Amerikani, izda mhux b’entuzjazmu. Ghall-Amerikani Malta
effettivament kienet mitlufa. In-nuqqas ta` entuzjazmu mill-Amerikani lejn Malta
deher kontinwament, kien min kien fil-Gvern. Kien hemm arrangament dwar ghajnuna
teknika u provediment ta` apparat lill-forzi armati u lill-Ministeru
tal-Kostruzzjoni. F’certu zmien kien hemm anke assisstenza ta` ikel. Izda
verament, jekk tiehu l-perjodu kollu minn Mintoff sa Dr Fenech Adami,
l-Amerikani ftit ghamlu f’Malta aktar mill-minimu necessarju. Il-Gvern ta` Dr
Fenech Adami biddel ftit l-orjentament u dan kien apprezzat. Izda, rizultati
ftit rajna. Regghu bdew jigu l-vapuri Amerikani, saru xi nvestimenti zghar, bdew
dehlin aktar cruiseliners, zdiedu bi ftit it-turisti, izda bidla verament kbira
li wiehed seta` jiftahar biha, xejn. Ghall-Amerikani, Malta newtrali ma kinitx
ta` interess.
Il-Vapuri Amerikani
F’dawn l-ahhar snin l-Amerikani
qishom ippruvaw jaghmlu aktar. Il-wasla tal-vapuri navali Amerikani ghat-tiswija
fit-tarzna kien pass importanti. L-Amerikani izda qishom hassew li wara li
l-Gvern Malti intefa` b’ruhu u b’ gismu biex jirbah is-shubija fl-Unjoni
Ewropeja billi joghgob lill-Unjoni Ewropeja f’kollox, lill-Amerikani il-Gvern
Malti tilef l-interessi fihom u ma tantx tahom importanza. Wara l-hafna storbju
u daqq tat-trombi meta dahal il-vapur navali USS La Salle ghat-tiswija
fit-tarzna, dahal it-tieni wiehed. Izda dan zammewh tista tghid sotto-voce. Din
ma tantx nizlet tajjeb ma` l-Amerikani ghax qisu ta` haddiehor ifuh u taghhom
le. Fuq kollox izda l-Amerikani wkoll inhassdu mhux ftit meta nbiegh il-Mid Med
Bank. Kien bank Amerikan ewlieni c-Chase Manhattan Bank li fassal l-istrategija
ghal Malta ghal liberalizazzjoni finanzjarja f’Malta u ghat-twaqqif tac-Centru
Finanzjarju. Izda meta l-Gvern Malti gie biex jipprivatizza l-akbar bank
kummercjali f’Malta, l-Amerikani thallew barra. Il-bejgh lill-HSBC sar baxx baxx
u minn wara dahar kullhadd qisu li ma jmurx johrog xi bank Amerikan joffri aktar
u jehodulhom. Din halliet toghma qarsa hafna fic-Centri Finanzjarji Amerikani
ghax hi mgieba li tixbah aktar lil dik ta` gvern tat-tielet dinja milli ta`
pajjiz b’reputazzjoni bankarja gholja bhal ma hi dik ta` Malta.
L-Amerikani illum jibzghu li l-Bank of Valletta jispicca l-istess.
Jinbiegh jigifieri baxx baxx u mhux lill-Amerikani. Il-kustjoni tal-Posta
taghthom gewwa wkoll . X’jigifieri l-Posta Nazzjonali ta` Malta tinbieh bla
avviz internazzjonali? L-Amerikani qed jithassbu wkoll dwar il-Free Port. Qed
jinghad hafna dwar il-Free Port izda jidher li l-Amerikani m’humiex ippreferuti.
Jidher l-istess ghal Maltacom u ghall-Go Mobile. Ta` l-ahhar ma tistghax tkampa
bla strategic partner izda l-ghazla m’hiex immirata lejn l-USA.
L-aktar
li taghthom gewwa izda kienet l-kwistjoni tal-Malta International Airport. F’dan
il-kaz mhux biss sar diskors ma ditti Amerikani; izda saru n-negozzjati u
l-Amerikani intaghzlu. Wara sabu li tintghazel f’Malta ma jfisser xejn. Xorta
wahda l-Gvern Malti jista jaqlibilek. Titkellem ma min titkellem mill-Amerika u
li gej mill-qasam tan-negozju jew tal-finanzi, kollha jghidulek li
r-reputazzjoni ta` malta hadet diskata nobis. Isemmu wkoll lin-nies li f’Malta
jikkmandaw u jqisuhom responsabbli ta` dan kollu.
Ciao Boeing
Izda dak
li jitfa` r-relazzjonijiet ta` Malta fil-friza hu dak li gara fl-Air Malta.
L-Air Malta sa mill-bidu nett kienet meqjusa bhala Boeing Company. Air Malta
speccjalizzat fil-Boeing sa mill-bidu tat-twaqqif taghha u kienet storja ta`
success. Il-Gvern Malti beda jdawwar ir-rotta izda hekk kif in-namur ma`
Brussels kien qed jizdied. Kien jidher car it-thaddim ta` pjan li jizloga l-Air
Malta b’xiri ta` ajruplani Ewropej meta kull parir li kellha kien jghid li
strategikament ma kienx jaghmel sens li kumpanija zghira bhall-Air Malta jkollha
tahlita ta` ajruplani ghax l-ispejjez jitilghu mmens.
L-istrategija
kienet cara izda li l-ewwel inaqqru ftit ftit u fl-ahhar jaqilbu mill-Amerikani
ghal Ewropej. L-Amerikani hassewha gejja din.
Ghall-Amerikani
specjalment ghall-Gvern tal-President George W Bush, l-Boeing mhux sempliciment
kumpanija ohra Amerikana, izda qisha bicca mill-patrimonju nazzjonali Amerikan.
Kienet miktuba u grat. Wara li l-Gvern Malti inkiena quddiem Brussels u xtara
numru ta` ajruplani mill-Ewropa u pprefera li jghati l-Ajruport Internazzjonali
lill-Ewropej kien jidher car li issa kien imiss li tinqala ‘l barra d-ditta
Boeing. Dan meta mill-Unjoni Ewropeja ghadna ma hadna xejn. L-Air malta issa
habbret li ser tabbanduna lil Boeing. Din bla dubju hi l-akbar daqqa li l-USA
laqtet f’Malta minn Mintoff ‘l hawn.
Reazzjoni
Il-mistoqsija hi meta
qed jitkellmu fuq globalizazzjoni, investiment dirett barrani u rwol
internazzjonali ghal pajjizna, nistghu minn issa nibdew nisfnu b’mod daqshekk
car ghad-daqq ta` Brussels? Jezistu l-argumenti sodi ekonomici u politici li
jiggustifikaw il-mod kif pajjizna qed jitratta lill Amerikani? Il-Gvern Malti hu
zgur li l-gvern tal-President George W Bush ma jirritaljax bhal ma ghamel
kullimkien kull fejn l-interessi tad-ditti l-kbar Amerikani intrifsu.
Jew jezisti disinn iehor, ndahhlu lil Malta fl-Unjoni Ewropeja l-ewwel u
mbaghad lura ghal zmien Borg Olivier? U l-Amerikani jitilfu llum u jgawdu
ghada?
|