Dan il-paragun ghal Malta ma
jghoddx. Malta ilha sa mill-1979 ma tkun b’xi mod fi stat ta’ neokolonjalizmu.
Malta rajha f’idejha marret tajjeb. Qatt fl-istorja ta’ Malta, l-Maltin ma kienu
tant komdi f’pajjizhom daqs kemm ilhom minn meta hadu rajhom f’idejhom. Dan hu
fatt li ma jista’ jinnegah hadd. Malta hlief ghas-sena l-ohra, prattikament
dejjem irnexxiela tkabbar il-prodott gross nazzjonali taghha u meta l-pajjiz
sofra rati ta’ qaghad qawwija, dan gara waqt li kien qed jinghalaq l-bazi
militari Ingliza f’Malta, u f’perjodu meta d-dinja ta’ madwarna kienet
f’ricessjoni u f’pajjizna infligna fi glied politiku intern li kien qed jiflina.
Bhala ekonomija izda Malta issa mill-Indipendenza ‘l hawn imdorrija b’perjodu
twil ta’ tkattir ekonomiku fejn il-gid kien qed jikber u jinhass u l-poplu Malti
kien qed ihossu.
Ristruttura
L-istramberija hi li Malta qiesu li bdiet
ghan-nizla hekk kif bdiet taqdef lejn l-Ewropa. Jien ma nghidx li hemm rabta ma
dan. Ghax effettivament li tipprepara ghal Ewropa jfisser li tirristruttura
l-ekonomija biex din tkun aktar libera li tikkompeti fi swieq mondjali. Ma
naqbel xejn ma dawk li jghidu li ghax tilliberaliza taqa’ lura. Ekonomikament
dan mhux veru. Izda l-verita’ hi li l-ekonomija f’dawn l-ahhar snin bdiet miexja
bir-reverse u r-ristruttura ekonomika ftit li xejn qed tirnexxi. Jidher
jigifieri li l-ekonomija mhux qed tkun amministrata sewwa u qed jehel il-process
tal-liberalizazzjoni ghall-istaggnar dovut ghall-amministrazzjoni hazina
tal-ekonomija.
Fejn ir-ristrutturar qed jahdem qed tahdem bl-isforz
tal-privat fejn il-proprjetarji raw l-opportunitajiet u investew bil-kbir bhal
ma ghamlu tal-ST Microelectronics, tad-Dowty u tan-Denim. Hemm numru iehor ta’
industriji li wkoll, bla daqq ta’ trombi, irristrutturaw u qed jaqdfu ‘il
quddiem. Sar ukoll hafna ristrutturar u ri-investment fis-settur tat-turizmu u
fis-setturi finanzjarji u kummercjali. Izda kwazi xejn min dan kollu ma sar
minhabba d-dhul ta’ xi regolamenti godda. Dawn huma settur fejn is-sidien ma
qaghdux jistennew lill-gvern jiccaqlaq. L-istandards ghollew bla htiega ta’
ligijiet ghax is-suq taghhom hekk instighom li jaghmlu. Fis-settur tat-turizmu
l-assistenzi governattivi ma jezistux u l-ligijiet huma prattikament li huma.
F’dan is-settur l-isforzi huma kwazi kollha tal-privat. Fis-settur kummercjali
l-istess. L-investimenti l-godda zgur li ma kienux instigati min xi IPSE jew xi
METCO jew xi MDC. L-istess ghal investiment il-gdid li sar f’dawn l-ahhar snin
fis-settur tal-kostruzzjoni u tas-servizzi. L-investiment hu kollu privat u sar
bla ghajnuna ta’ hadd. Jigifieri l-ekonomija Maltija zammet ritmu qawwi ta’
zvilupp bla ghajnuna. Dan waqt li kienu qed jiddahhlu hafna tibdiliet
fil-pajjiz. Is-settur privat zamm ir-ritmu tal-investiment ghal hafna snin u
baqa’ jzied l-impjiegi anke kontra t-tfixkiel.
Min waqqana lura
Li
waqqa’ l-ekonomija tal-pajjiz lura hu s-settur pubbliku. In-nefqa pubblika
baqghet tikber. Biex il-gvern ilahhaq man-nefqa beda dejjem jghabbi aktar
pizijiet u taxxi u jissikka fuq min m’ghandux inaffar – fuq l-investituri u fuq
is-settur privat. Ir-ristrutturar li hadmet fil-pajjiz hi r-ristrutturar
tas-settur privat. Mhux vera li r-ristrutturar f’Malta u “public sector led” kif
imorru jghidu fi Brussels. Il-privat mexxa wahdu “in spite of them”. Baqa’ hafna
u hafna xi jsir fil-privat, izda bidla saret u saret bidla li swiet il-miljuni
kbar ta’ liri.
Izda l-gvern x’ghamel? Kemm bis-serjeta’ irristruttura
s-settur pubbliku biex dan ikattar il-produttivita’, jsir anqas dipendenti fuq
is-sussidji u fuq id-deficit finanazjarju u jillibera r-rizorsi biex dawn
jithaddmu b’aktar profitabilita’ band’ohra? Dan hu settur li jekk Malta tidhol
fl-Unjoni Ewropea ser ikollu bilfors jirristruttura bil-kbir u b’pass mghaggel u
that id-direzzjoni tla-penalitajiet imposti minn Brussels.
Sar, mhux ma
sarx bdiel fis-settur pubbliku. Jekk wiehed ihares lejn ic-Civil illum zgur li
jara hafna tibdiel. Il-mistoqsija hi kemm minn dan it-tibdeil kien
cost-effective. Kemm mill-positjiet kollha li nholqu, l-Awtoritajiet kollha li
twaqqfu, l-istudji kollha li saru, u l-investimenti kollha li saru f’apparat,
kien fil-fatt ippjanat b’sens ta’ entrepreneurship? Kemm minnu sar b’fantasia u
mhux bi xjenza?
Il-Gwaj li jmarrad
Dan hu paragun li jrid isir ma
l-Irlanda. Il-bidla kbira li rat l-Irlanda ma kinitx meta dahhlet fl-Unjoni
Ewropea. Fl-ewwel 10 snin tas-shubija infatti l-Irlanda tkarkar baqghet.
L-Irlanda ingabret meta identifikat il-mard li kellha: dipendenza fuq suq
wiehed, tahrig tan-nies tax-xoghol fjakk; settur pubbliku kbir u ma jrendiex;
deficit pubblici li dejjem jikbru, nefqa pubblika iddettata minn nies li mohhhom
biex jibqghu komdi huma u ma jimpurtahhomx mill-impatt ekonomiku ta’ dan
il-pajjiz kollu; abbuzi mis-sistema tal-welfare; nuqqas kbir ta’ investiment;
qaghad mghola s-smewwiet li baqa’ wkoll f’livelli gholjin sa 20 sena wara li
l-Irlanda dahlet fl-Unjoni Erwopea; riservi nazzjonali dejjem nizlin;
inflazzjoni qawwija u lira Irlandiza b’valur dejjem jitmermer. Dan il-mard kollu
gab l-Irlanda fi gwaj kbir. Gwaj li waqghet fih l-Irlanda minhabba
amministrazzjoni hazina tal-ekonomija Irlandiza mill-gvernijiet Irlandizi li
aktar kien mohhhom f’li jithabbu milli jamministraw sewwa.
Kienu hawn li
t-Trade Unions u l-Employers Associations stembhu u ghamlu Patt Nazzjonali
mal-gvern biex flimkien ifejqu lill-pajjizhom. Meta ftehmu bejniethom, l-Unjoni
Ewropea sabuha warajhom. Mhux l-Ewropa qajmithom. L-Irlandizi stembhu b’tisbita.
Dawru r-rotta huma u s-sistemi tal-Unjoni Ewropea sabuhom ta’ ghajnuna kbira.
Is-sidien u l-haddiema flimkien zguraw li l-vantagg ta’ suq wiehed kbir ewropej
li fethilhom quddiemhom l-Kummissjoni Ewropea jitgawda. Jitgawda wara li
f’sagrificcji kbar u b’ristrutturar bis-serjeta’ l-Irlanda saret kompetittiva.
Meta saret kompetittiva, gawdiet bil-kbir mill-fondi tal-Unjoni Ewropea
ghat-tahrig, ghar-ristrutturar, ghall-izvilupp ta’ kull qasam industrijali,
agrikoltura, sajd u turizmu. Pat Cox u l-Irlandizi jaghmlu sew li llum jiftahru
u jkunu kburin bl-investiment li gabu lejn pajjizhom, l-aktar mill-Amerika u
wkoll mill-Asja biex ippenetraw bil-kbir fis-swieq ewropej u mondjali. Tajba
l-lezzjoni tal-Irlanda ghaliex il-Maltin mela le, izda mhux kif ikwadra Pat
Cox.
Pjan ta’ salvazzjoni nazzjonali
Il-paragun ma’ Malta jkun jista’
jsir biss meta Malta wkoll tirrikonoxxi l-mard li ghandha u l-partijiet socjali
kollha – gvern, sidien, haddiema u socjeta’ civili – jfasslu u jintrabbtu ma
Pjan ta’ Salvazzjoni Nazzjonali. Flimkien imbaghad niddeciedu xi jrid isir u hux
ahjar li l-pjan inhaddmuh bl-ghajnuna ta’ fondi li jistghu jigu wara shubija
fl-Unjoni Ewropea jew jekk hux mod iehor. L-ghazla dwar l-Ewropa ghandha tkun
l-ghazla ta’ liema hi l-ahjar ghodda biex il-Pjan ta’ Salvazzjoni jirnexxi. Izda
biex naqblu fuq Pjan u wara fuq l-ghodda biex twettqu, irridu l-ewwelnett naqblu
li Malta marida.
Ir-radd tas-salib hu li l-kbarat ta’ dan il-pajjiz
jammettu li Malta ghandha bzonn Pjan ta’ Salvazzjoni. Mhux Pjan ta’ Zvilupp biex
nidhlu fl-Unjoni Ewropea bhal ma qed ifassal il-gvern. Izda dokument serju
maqbul bejn kulhadd. Fuq dan haqqu qed jahdem il-President ta’ Malta la l-gvern
qiesu mhux konvint. Kemm hi marida Malta jixhduh il-figuri. Kemm ahna b’sahhitna
li bla bidliet serji nfiequ wahedna jixhduh ukoll il-fatti.
Produzzjoni
Nazzjonali
Il-fatti huma li Malta m’hiex tikkompeti bizzejjed fl-oqsma
l-aktar importanti li jsostnu l-ekonomija taghna llum – industrija, turizmu,
tarznari, freeport, settur finanzjarju, kummerc, biedja – u dan ghaliex? Ghaliex
hafna mir-rizorsi limitati li ghandna huma maqbuda f’xoghol li ma jrendiex. Biex
insostnu l-ineficenzi qed incahhdu l-efficenti milli jkollhom l-fondi u
r-rizorsi biex nespandu. Ghalhekk din il-krizi kollha ta’ eluf ta’ negozji xotti
mill-kapital. Qed nghabbu lill-pajjiz b’pizjiet li biex insostnuhom qed ikollna
niddejnu dejjem aktar. B’dejn u b’infieq mhux mahsub il-pjaga dejjem miftuha.
Ir-rizultat hu li fondi bizzejjed biex niehdu hsieb lill-pajjizna m’ghandniex.
Ghalhekk tant toroq imkissrin; problemi tal-maghtab u tal-ambjent ma nsolvuhomx;
ghalhekk il-problemi tal-isptarijiet; tal-iskejjel; tal-penzjonijiet u t-telqa
generali fil-pajjiz kollu. Ghax meta l-mutur ekonomiku mhux f’siktu m’hemmx
x’jaghmel tajjeb biex il-pajjiz jintrefa’.
Jekk pajjizna ma jintrefax
fid-dehra generali tieghu jkun inutli li nonfqu l-miljuni fi propoganda
turistika. U t-turizmu hu l-akbar industrija li ghandna – the goose that lays
the golden eggs – kif jghidu l-Inglizi. Malta biex tfieq trid bilfors issir
aktar kompetittiva u tgholli bil-kbir l-produttivita’ nazzjonali taghha. M’hemmx
triq ohra.
Malta marida? U kemm hi marida? Inharsu madwarna
ghar-risposta. Tista’ titfejjaq? Dan zgur li tista’. Min ser ifejjaqha?
Ahna u hadd aktar.
|