Mandat
Ir-referendum dwar
is-shubija ta’ Malta fl-Unjoni Ewropea jrid isir. Il-Partit fil-gvern wieghed
dan ir-referendum fil-programm elettorali tal-elezzjonijiet tal-1998 u ghalkemm
ic-censura hi wahda ta’ natura politika, partit politiku jkun jissogra ferm
politikament f’dik li hi kredibilita’ jew weghda bhal din ma tinzammx. Ukoll
il-programm tal-gvern matul dawn is-snin mill-elezzjoni tal-1998 ‘l hawn kien
kwazi ghal kollox iffukat fuq il-mandat li akkwista b’maggoranza qawwija ta’
hames deputati fil-Parlament li jinnegozja l-ahjar kundizzjonijiet possibbli u
jersaq ghall-verdett tal-poplu f’referendum qabel jorbot. Dan il-plegg mhux biss
jafuh il-Maltin izda tafu wkoll il-Kummissjoni Ewropea li maghhom jinnegozja
l-gvern Malti u li zgur jesigu li qabel jiffirmaw is-shubija ta’ Malta jkunu
jridu jaraw il-verdett tar-referendum.
Il-makkinarju politiku tal-partit
fil-gvern ukoll huwa iggerjat sewwa ghar-referendum. Mela ma narax kif il-gvern
jista’ jevita ir-referendum gala darba n-negozjati jkunu tlestew. Jekk ma
jitlestewx mill-banda l-ohra l-gvern Malti jkun tilef battalja kbira li fiha
investa hafna. Il-programm kollu tal-gvern kien li jwassal n-negozjati
ghall-eghluq sa l-ahhar tas-sena 2002 biex matul l-2003 igib ir-ratifiki kollha
tal-gvernijiet tal-pajjizi imsiehba u jaqghad kollox biex Malta tkun tista
tiddahhal fl-Unjoni Ewropea fil-bidu tas-sena 2004.
L-2003
Dan
il-perjodu jahbat ezatt mat-tmiem tal-mandat tal-gvern li ma ninsewx beda
f’Settembru 1998 u jaghlaq mat-tmiem is-sena 2003. Dawk fl-Ewropa li jridu jaraw
lil Malta fl-Unjoni dan jafuh ukoll. Dawn qed jghinu lill-gvern Malti biex
jaqghad kollox qabel l-Elezzjoni li jmiss. Minn naha tal-Kummissjoni Ewropea
wkoll qed isiru spejjez kbar u hafna xoghol biex l-applikazzjoni ta’ Malta tkun
tista’ titmexxa ‘il quddiem skond il-programm tal-gvern Malti. Din xi haga li
wkoll issa qed tipprejokuppa lil ta’ Brussels ghaliex ma jridux li l-isforz li
hlew fuq Malta ma jtirx mar-rih.
X’inhu l-argument
Teknikament jekk
ser issir elezzjoni fejn partit wiehed jghid li jrid jissieheb skond
il-kundizzjonijiet miksuba u l-partit l-iehor jghid li ma jridx jissieheb u
jippreferi rabta mod iehor allura r-referendum jista’ ma jsirx. Izda hawn hu
l-argument li wiehed illum qed jiddiskuti. Imma ezattament x’jaqbel ghal
pajjizna? Jaqbel li partit jorbot kollox fuq is-shubija jew mhux fuq shubija?
Min jaqbel jghid li partit politku li jemmen fis-shubija fl-Unjoni Ewropea bhala
l-ahjar triq ghandu l-politika kollha tieghu marbuta ma din it-triq.
Effettivament jigifieri partit li jemmen fis-shubija bhala soluzzjoni ta’ kollox
ma tantx ikun jista’ jigverna jekk programm alternattiv ma jkollux. Ghalhekk
jekk referendum jghidlu li t-triq tas-shubija shiha mhux accettata mill-poplu
Malti, allura, ma jkunx jista’ jibqa’ jigverna ghaliex jkun qieghed ikun
imgieghel ihaddem politika li mhux biss mhux programmata ghaliha izda lanqas ma
jemmen fiha. Ghax ikun jemmen anzi li jekk l-ghazla li jkun ghamel il-poplu
Malti ma jwettaqiex u jimminha, ikun qed jaghmel sewwa skond l-ideali tieghu.
F’tahwida bhal din, partit li jemmen fl-Unjoni Ewropea skond kundizzjonijiet li
jkun innegozzja huwa stess, bilfors li jkollu jirrofta li jigverna. Ghal
darb’ohra jekk jemmen fil-kredibilita’ politika.
L-istorja, sa certu
punt, hi l-istess ghall-partit l-iehor. Jekk partit jemmen li shubija shiha
mhiex tajba, u li s-sovranita’ m’ghandiex tkun issagrifikata bl-ebda mod, u li
l-alternattiva ta’ arrangamenti specjali hi ahjar mill-kundizzjonijiet li jkun
ftiehem gvern li jemmen fis-shubija ma jemminx li hi l-ahjar ghall-pajjizna, ma
jistax b’mod kredibbli jmexxi. Dan ghaliex effettivament jkun irid jhaddem
politika li huwa jkun cahad u kkampanja
kontriha.
Elezzjoni/Referendum
Hawn insaqsi izda, l-poplu xi jrid?
Vera li l-poplu Malti jara d-dinja u r-realta’ politika mill-lenti taz-zewg
partiti politici Maltin biss? Nahseb li l-maggoranza hekk jarawha. Izda naf
ukoll mill-esperjenza ta’ hafna u hafna li niltaqa’ maghhom li numru dejjem
jikber ma jarawhiex hekk. Jezistu numru ta’ votanti li fl-opinjoni tieghu
jistghu jkunu determinanti kemm fl-elezzjoni generali kif ukoll f’referendum li
ma jemmnux li partit b’nies ta’ esperjenza u ta’ hila ghandhom isibuha bi tqila
biex imexxu l-pajjiz ghall-mandat ta’ hames snin jekk referendum jaghti verdett
li ma jkunx jaqbel mal-linja taghom dwar l-Ewropa. Kull manager ta’ esperjenza
jaf li minn zmien ghal zmien ikollu jaqdef u jmexxi skond policies approvati
mid-diretturi tieghu anke jekk dawn jbidlu hafna minn dak li jkun imdorri u li
jkun jippreferi jaghmel. Manager tajjeb iwettaq. F’kuntest politiku modern
il-politiku fi gvern hu wkoll manager. Huwa wkoll policy maker, izda l-policies
li jfassal huma skond il-mandat li jtih l-elettorat. Nara ghalhekk li hu
possibbli li partit kapaci jhaddem mandat ta’ shubija meta bhala partit kien
jippreferi triq ohra. Possibbli wkoll li partit fil-gvern imexxi f’forma ohra
ta’ partnership ma l-ewropa jekk il-mandat tal-poplu hekk ikun jghid.
Decizjoni ghaqlija
Jien nahseb li l-partiti politici jridu jistenbhu
ghal din ir-realta’. Wara kollox Malta fl-ahhar tas-sena 2003 ser tkun Malta
tal-acquis communautaire. S’issa hadd mhu qed izomm lill-gvern milli jibqa’
ghaddej bit-twettiq tal-acquis f’pajjizna b’mod programmat. Il-konsegwenzi qed
jinhassu. Decizjoni fin-negozju l-aktar dawk importanti: niftahx negozju,
nghalaqx, inkabbarx, inbieghx – kollha qed jittiehdu skond kif jiddeciedi dak li
jkun jaqbilx jew le ma dak li qed isir it-twettiq tal-acquis. Dak li qed isir
illum, kemm it-tajjeb kif ukoll il-hazin, ma tantx ser ikun jista’ jitregga
lura. Mhux biss ghax ikun jinvolvi xoghol kbir, kitba ta’ ligijiet mill-gdid,
holqien ta’ instituzzjonijiet u hafna u hafna xoghol li kull min imiss
bis-serjeta’ ma’ dak li qed jigri f’pajjizna illum jaf x’jinvolvi. Ma narax li
jkun possibbli li ndawru dak li qed isir illum. Ma narax l-anqas kif min ikun
ghalaq ghax ma qabillux tkun ser iggibu lura. Ma narax kif min ikun tilef
l-impjieg tkun ser ittiehulu lura. Ma narax kif min mill-banda l-ohra jkun
sejjer tajjeb kif ser tghidlu li ser nibdillek. Ukoll ma narax li tkun gusta li
wara li jkunu intefqu tant miljuni u nhlit tant energija, li nigu mbaghad biex
indawru kollox b’infieq ta’ miljuni ohra ta’ flus il-poplu Malti. Barra minn
hekk id-differenza bejn partnership kif irid il-partit tal-opozzizzjoni u
shubija shiha kif iridha l-partit fil-gvern mhiex tant differenti fit-thaddim
taghha internament. Id-differenza l-kbira tkun fir-relazzjonijiet ta’ Malta ma’
Brussels. Izda internament l-istrutturi u l-ligijiet ma jkunux jinhtiegu wisq
bidliet fil-verita’.
Ghalhekk jien nahseb li partit b’mandat ta’ le jkun
jista’, jekk jghid hekk minn qabel, jmexxi anke jekk ikun jemmen fl-iva u
l-istess li partit li jippreferi le jkun jista’ jahdem b’mandat ta’
iva.
Hafna jahsadhom dan kollu. Ma jahsadhomx izda jekk jahsbu ftit kemm
hawn Maltin li akkost ta’ kollox ma jivvutawx Labour qatt u Maltin ohra li ma
jivvutaw Nazzjonalisti qatt u kemm mill-banda l-ohra qed jizdied in-numru ta’
nies, li l-ewwelnett jemmnu fil-htiega tal-bidla fil-gvern ghas-sahha
tad-demokrazija f’pajjizna, u kemm hawn nies li generalment iridu jaraw nies
godda fil-gvern b’idejat friski u b’anqas intricci.
Jiena nahseb li
tal-Ewropa hi kwistjoni li taqsam liz-zewg partiti ewlenin u jista’ jkun li jkun
ahjar li niddeciduha separatament mill-ghazla ta’ min irridu u ma rridux li jkun
fil-gvern. M’ghandniex inharsu lejn din il-kwisjtoni bhala dogma. Ghandna nahsbu
dwara b’mod intelligenti. Jista’ jkun, iva, li taghmel sens li fuq karta tal-vot
wahda fl-istess jum il-poplu Malti jiddeciedi liema partit jrid li jmexxi lil
Malta fil-hames snin li jkunu gejjin u fl-istess okkazzjoni jivvota wkoll iva
jew le fuq is-shubija fl-Unjoni Ewropea. Partit fil-gvern jkun obligat imbaghad
li ghal hames snin jwettaq mandat. Jien nahseb li qabel wiehed jghaggel jghid
le, ghandu jahseb aktar li jiddeciedi fuq x’inhu l-ahjar interess tal-pajjiz.
Il-poplu jitlob decizjoni ghaqlija.
|