Dan hu dak li ghandna f’Malta
llum. U hi sitwazzjoni li qed tkompli tagrava. Meta l-ekonomija Maltija kienet
tidher li qed tikber, fil-fatt hafna minn dak li kien jidher bhala tkattir kien
tkattir finta, ghaliex imhallas biss mid-dejn. Jigifieri meta d-dejn ma jkunx
qed jintuza biex ihallas attivita’ ekonomika li thalli warajha aktar holqien ta’
gid, id-dejn ma jkunx ghajr johloq dehra ta’ tkattir ekonomiku. Fil-fatt jkun
johloq biss nefha. Buzzieqa.
X’inhu jigri f’pajjizna
Ha naraw sewwa
x’inhu jigri f’pajjizna. L-esportazzjoni niezla. Il-qliegh mit-turizmu niezel.
Ix-xoghol fil-Freeport qed jonqos. Il-bini ta’ Malta bhala centru finanzjarju,
waqaf. L-intraprizi barranin stabbiliti’ f’Malta mhux izzommu il-profitti li
jaqghilu hawn, f’pajjizna. Il-Maltin baqghu johorgu flushom ‘il barra u
l-kampanja tal-gvern biex dan il-vojt jimtela’ minn flus ta’ Maltin li jgibu
flushom minn barra lura f’Malta, ghad iridu inkejluha. Investiment gdid minn
barra ma jidhirx li qed jigi. Il-Prodott Gross Nazzjonali ta’ pajjizna qed
jonqos. Ilna ma naraw il-Prodott Gross Nazzjonali jonqos is-snin il-kbar.
L-istess il-Prodott Nazzjonali. Mhux biss naqas ir-ritmu tat-tkattir, l-iskuza
li sab min semma’ s-slow down, le, ghad-dirittura l-GDP u l-GNP qed jonqsu;
niezla ‘l isfel, mixjin b’lura.
Ic-cifri statistici juru li dak li
l-aktar li jghodd biex f’qasir zmien il-GDP jerga’ jibda jikber b’mod regolari
mhux hemm: m’hemmx zieda fil-materja prima’, m’hemmx zieda fis-semi
manifatturat, m’hemmx zieda fil-makkinarju u l-kapitali ghall-industrija,
m’hemmx zieda fil-booking tat-tour operators f’Malta. Jigifieri c-cifri
ppublikati mill-Ufficcju Nazzjonali tal-Istatistika qed juru dak li ilhom juru,
tlett xhur wara tlett xhur ghal tmintax – il xahar shah, tnaqqis wara tnaqqis.
Il-figuri hziena tal-lum jindikaw ir-rizultati hziena ta’ tlett xhur ohra. Ilna
issa sejrin hekk.
Negozji Maltin
L-imprendituri, l-aktar dawk li
jemmnu lil min jghidilhom li kollox sewwa u li l-fejqan qieghed wara
l-kantuniera, jibqghu ghaddejjin. Kif? Jiddejnu. Jaqghu lura fil-hlas
lill-fornituri taghhom: jigifieri jiddejnu minn ghand min jixtru. Jgebbdu aktar
id-dejn li ghandhom mal-Banek Kummercjali. Kif qal il-boss tal-HSBC, Tom Robson,
hawn min ukoll jiddisinja accounts kuluriti biex ikun jista’ jkattar il-livell
ta’ dejn mal-Banek. Hawn min ukoll jaqa’ lura fil-hlas tal-pagi. Hawn negozji
kbar u zghar li m’ghandhom l-ebda cans li jhallsu d-djun li ghandhom. Hu mirkalu
kif jirnexxielhom itellghu tant djun ma’ bank wiehed, ma bank iehor, mal-gvern,
mal-kredituri taghhom u qiesu ma jigri xejn. Nindunaw biss meta tfaqqa’ xi wahda
bhal tal-Price Club. Qiesu kullhadd rieqed. Nies jiddejnu ma’ dan, jiddejnu
mal-iehor, jiddejnu mal-banek u qieshom mhux huma. U wkoll qiesu min iddejjinhom
stordut.
Kieku dawn kienu ftit u fuq zmien qasir, kieku forsi mhux tant
problema. Aktar u aktar jekk id-dejn kollu jista’ jinfeda hekk kif progett jew
transazzjoni, hi x’inhi, titlesta u jidhlu flus godda ghal kulhadd. Izda
n-negozji li qeghdin fil-buzzieqa tad-dejn huma hafna u hafna u l-bicca l-kbira
minn negozji li qeghdin f’dan l-istat m’ghandhomx cans li jinqalghu.
Sa
ftit ilu xi negozji inqalghu ftit ghax sabu flus li qalghu extra jew ghax marru
tajjeb bil-bejgh ta’ assi li kellhom fuq l-iStock Exchange jew ghax bieghu
proprejta’ li kienu xtraw bi prezz irhis snin qabel. Illum dawn is-safety values
qed jisparrixxu. Il-valur tal-art ma baqax tiela’ kif tela’ bejn il-1991 u
l-1998. Barra minn hekk il-pizzijiet u l-imghaxxijiet tal-banek illum jikluk.
Per ezempju, art li nxtrat mitt elf lira bid-dejn sena ilu, din is-sena trid
tinbiegh Lm110,000 biex tibqa’ bl-istess prezz. Ma dan trid izzid it-taxxi.
Il-prezz f’hafna kazi mhux jitla’ biex ikopri l-imghaxx u t-taxxi. Dan barra li
s-suq mifqugh. Ghax meta hafna negozji f’daqqa jkollhom problemi, kulhadd
jfittex l-istess soluzzjonijiet. Kollha jippruvaw jtajjru l-istock li jkollhom
bl-irhis. Kollha jippruvaw jbieghu xi bicca art jew jippruvaw jwillu xi hanut
jew xi post. Meta kapital x’issarraf ma jkollokx izda, r-rizultat hu aktar dejn.
Meta n-negozju jkun hazin, issodd it-toqba ghal ftit zmien biss u wara aktar
dejn. Tonfoh dejjem aktar il-buzzieqa.
Dejn tal-familji
Illum
sfortunatament din l-istorja tad-dejn rikbet bil-kbir ukoll lil hafna familji u
households Maltin. In-numru ta’ familji Maltin midjunin wahda sewwa huwa kbir
enormi. Hafna minn dak li kien jidher bhala “boom” fis-snin disghin kien
imhallas minn consumer credit ta’ livell li Malta qatt ma rat bhalhom qabel. U
hawn gara l-istess bhal tan-negozji. Hafna household kienu ghamlu capital gains
billi raw xi shares li kellhom fuq l-iStock Exchange joghlew jew ghax bieghu xi
bicca art, jew sempliciment ghax qalghuha tajjeb b’job extra jew b’xi negozju
barra il-main job. Bhan-negozji li kienet giethom wahda tajba u kabbru ghax
hasbu li l-gid ser jibqa’ gej regolari, hafna households ukoll hasbu li
l-bonanza ser tibqa’ gejja. Meta waqfet baqghu jghixu bl-istess ritmu ta’
spejjez billi bdew jiddejnu. Hafna giethom komda li jiehdu overdraft, jhallsu
bin-nifs ghal kollox, juzaw credit cards ghal wahda, tnejn u anke tlieta.
Il-livell ta’ dejn li ghandhom illum il-Maltin privati wkoll hu l-oghola li qatt
kellna. Il-generazzjoni zghazugha b’mod partikolari drat tuza l-credit cards u
tixtri llum b’li trid taqla’ ghada. Issa l-qliegh naqas kullimkien. Issa hawn
dan il-krib kollu. Kulhadd jittama li dalwaqt ir-rota ddur u din ir-rota ma
ddurx ghax l-ekonomija Maltija qeghda fi gwaj kbir. Irid l-ewwel jissewwa l-gwaj
biex il-gid jerga’ jibda gej. Jekk le, inkomplu nonfhu l-buzzieqa
tad-dejn.
Jekk tinfaqa’
Mela, l-ekonomija kollha kemm hi qed tiddejjen
dejjem aktar ma’ barra. Ir-riservi barranin li jaghmlu tajjeb ghal dan id-dejn
dejjem nizlin. Il-gvern tal-pajjiz jahdem b’deficit, bit-telf jigfieri, u
jaghlaq il-kotba billi jiddejjen aktar. Biex jlahhaq man-nefqa pubblika li
dejjem tikber, il-gvern mhux biss jiddejjen aktar izda jintaxxa lin-nies u
lin-negozji aktar. Dawn b’anqas flus fil-but jew jonfqu anqas jew jiddejnu
aktar. Il-korporazzjonijiet tal-istat – Tarznari, Water Corporation, Enemalta,
Freeport, AirMalta, Sea Malta, nista’ nsemmihom kollha, mobbighijin tilja dejn
nobis. Il-kumpaniji privati – servizzi, hotels, fabbriki, retailers, huma aktar
iva milli le, mghobbijin bid-dejn. Maghhom issa hawn eluf kbar ta’ familji
Maltin.
L-ekonomija mhux tikber. Qed taqa’ lura u m’hemmx dehra li
tirpilja. Buzzieqa kbira. Alla jilliberana li ma tisplodiex.
Qiesna
qeghdin fuq ajruplan b’time-bomb aboard.ma nafux meta ser tisplodi.
Izda
m’hemmx recession! Skond it-text books kollha tal-ekonomija Malta hi kaz car ta’
recession ekonomika. Izda ara ma tghidx!
Issa zdid iehor li jghid li hu
perikoluz li ssemmi recession. Tal-biki!