SME Chamber

L-Gholi tal-Hajja

M'hemm l-ebda dubju li Malta qed tiffacja problema tal-gholi tal-hajja. Il-prezzijiet ta' hafna prodotti essenzjali qed joghlew kwazi minn gimgha ghall-gimgha u r-rata tal-inflazzjoni, sena fuq sena, f'Novembru telghet ghall-3.29% u f'Dicembru tkompli toghla. Din ghall-Malta hi rata gholja hafna.

 

M'hemm l-ebda dubju li Malta qed tiffacja problema tal-gholi tal-hajja. Il-prezzijiet ta' hafna prodotti essenzjali qed joghlew kwazi minn gimgha ghall-gimgha u r-rata tal-inflazzjoni, sena fuq sena, f'Novembru telghet ghall-3.29% u f'Dicembru tkompli toghla. Din ghall-Malta hi rata gholja hafna.

l-mistoqsijiet li l-GRTU qed issaqsi huma tlieta:

 

  • Dawn iz-zidiet huma kawza tal-Eurochangeover?
  • Dawn iz-zidiet huma kawza ta' fatturi ohra li l-pajjiz mhux qed jghati kashom?
  • Is-soluzzjonijiet li qed joffru l-Gvern u l-Oppozizzjoni jaghmlu sens? Iwasslu ghas-soluzzjoni tal-problemi?

 

 

 

 

L-analazi tal-GRTU turi li m'hemm l-ebda ndikazzjoni statistikament korretta li turi li l-Eurochangeover qed tgholli l-hajja. Anzi l-GRTU issostni li l-mod kif l-istess GRTU, bix-xoghol bla waqfien tan-NECC, immobilizzat lis-sidien tan-negozji biex jikkomettu ruhhom ghas-sistema Fair u jikkoperaw bis-shih mal-instructors u l-inspectors u wkoll mal-konsumaturi biex mill-ewwel jum il-konsumatur jkollu fiducja li l-prezzijiet bl-Ewro huma l-istess bhal ma ma kienu bil-Lira Maltija, wasslet biex f'Malta ghandna llum sitwazzjoni fejn mhux vera li tal-hwienet u s-sidien tan-negozji ohra fil-maggoranza assoluta taghhom qed jabbuzaw jew japprofittaw ruhhom mic-Changeover. Anzi l-hajja kienet toghla aktar kieku n-negozjanti mhux qed jassorbu huma hafna mil-ispejjez bhal zidiet fil-pagi u zidiet fis-surcharge u diesel u zidiet ohra li  jaqghu kull Jannar kull sena. Mhux qed jghaddu wkoll l-ispejjez zejda li kkawzatielhom il-bidla ghall-Ewro.

Ma jfissirx li m'hemmx abbuzi imma dawn huma ftit u mhux qed jaffettwaw ir-rata tal-inflazzjoni.

Imma l-gholi tal-hajja allura minn fejn gej?

Il-GRTU ilha ssostni li kawza taz-zieda fl-inflazzjoni trid tinstab mhux ghand tal-hanut imma qabel il-prodott jew servizz jinbiegh  lil tal-hwienet ghax l-prezzijiet li  jiffacja l-konsumatur ghand tal-hwienet huma mera ta' problemi li jezistu fl-ekonomija Maltija. M'hemm l-ebda ndikazzjoni statistika li turi li l-profitti tas-sidien tan-negozji kibru fl-ahhar snin. Anzi ras ghall-ras l-figuri juru li l-profitti naqsu.

Ma din l-istqarrija l-GRTU qed tippublika lista ta' erba' u tletin kawza li l-analazi taghha turi li huma influenti  fl-gholi tar-rata tal-inflazzjoni.

L-aktar kawzi mportanti li jghollu l-inflazzjoni huma dawn:

 

    • L-gholi tal-prezzijiet kwazi fuq kull konsennja li tasal Malta ghad-distribuzzjoni tal-prodotti essenzjali bhal halib, tqiq, ghagin, cereali, hobz, gobon, haxix, frott, hut, lahmijiet, baby foods u kull xorta ta' prodotti ohra li fihom element qawwi ta' produzzjoni agrikola jew li jridu hafna energija biex jinhaddmu.
    • L-gholi tal-prezzijiet ta' diesel u fuels f'Malta kawza tas-sistema ta' kif l-Gvern permezz tal-Enemalta jimponi  z-zidiet li Malta qed issoffri kawza tal-gholi bla qies taz-zejt minn barra. Il-Gvern  mank taffa d-daqqa billi naqqas it-taxxa li hemm fuq id-diesel u fuels ohra.

 

    •  Kawza wkoll tas-sistema zbaljata ta' Surcharge fuq l-ilma u l-elettriku imhaddma f'Malta. Bis-sistema li qed ihaddem il-Gvern ma ta' kaz xejn tal-impatt hazin ferm fuq il-produtturi u l-bejjiegha ta' prodotti tal-ikel bhal supermarkets, grocers u mini-markets, butchers, fish shops, fran, confectioners, restoranti, u kafetirji u hafna u hafna servizzi fejn l-prodott irid spejjez kbar fl-elettriku u ilma. Dawn in-negozji qed jitkissru ghax il-Gvern haseb biss biex jipprotegi l-industrija l-kbira li tesporta u ma ta kaz xejn tan-negozji li jbieghu lil Maltin is-servizzi u l-prodotti essenzjali

 

  • Il-GRTU ukoll issemmi l-prattici restrittivi li qed ihallsu ghalihom is-sidien tal-hwienet u tan-negozji z-zghar u l-konsumaturi.
  • Min, isaqsi l-GRTU ta kaz bis-serjeta tal-ispejjes esagerati tal-Portijiet Maltin (ir-riforma mhux vera hadmet),
  • Min ta kaz ta' x'inhu jsir fil-Pitkalija u l-Pixkerija?
  • Min ta kaz biex bis-serjeta biex jkunu studjati l-inefficjenzi fis-settur kollu tad-distribuzzjoni biex il-prezz tal-prodott u servizz li jasal ghand l-konsumatur ma jkunx mghobbi b'zidiet ta' spejjez kawza ta' inefficjenzi kbar li jistghu jitwarrbu jekk l-Gvern ikun lest li jghin flok ifixkel?
  • Min qed jifli l-mod kif il-monopolji statali u privati u d-ditti dominanti privati jimponu l-prezzijiet taghhom. F'Malta dan kif jista isir meta b'disinn l-Gvern halla l-Ufficju tal-Fair Trading jitkisser u hallieh snin shah rieqed kontra l-politika mhaddma f'pajjizni ohra Ewropew fejn l-Office of Fair Trading hu b'sahhtu u ndipendenti u jagixxi anke kontra l-istess Gvern.
  • Min qed jikkontrolla c-charges esagerati mposti mill-Banek Kummercjali (u tad-ditti ta' l-Assigurazzjonijiet) biex dawn ma jibqghux jhaxxnu l-profitti taghhom ghas-spejjez tal-industrija u l-kummerc u finalment ghall-konsumatur meta l-anqas d-decizjonijiet tal-Kummissjoni Ewropeja favur n-negozji z-zghar u l-konsumaturi mhu qed ikunu mplimentati f'Malta

 

  • Min qed jistudja s-sistema kollha burokratika u fiskali tal-Gvern u tal- Awtoritajiet kollha tal-Gvern li jimponu, bla kontrol ta' hadd, spejjez li bilfors il-kummercjant ikollu jghaddi lill-konsumatur?
  • Fejn hu l-kontroll fuq l-burokrazija statali u nfieq bla razan tas-settur pubbilku? L-Burokrazija f'Malta flok tonqos dejjem tizdied u l-Gvern dejjem idahhal aktar taxxi u jghabbi aktar pizijiet

 

 

Dawn hu ohrajn huma l-kawza tal-inflazzjoni, issostni l-GRTU.

Meta l-Oppozizzjoni titkaza bl-gholi tal-prezzijiet mhux taghmel ghajr iggennen lin-nies kontra in-negozji u s-sidien tal-hwienet u tinsa li s-settur kummercjali illum hu l-akbar employer  f'Malta u hu l-akbar settur ekonomiku. Tinsa' li s-sidien tan-negozji, is-self-employed,  l-impjegati taghhom u l-familji taghhom kollha flimkien illum jghamlu terz tal-elettorat Malti. L-argument imressaq ghandu jkun dwar soluzzjonijiet u mhux sempliciment kritika u esagerazzjoni.

Il-Gvern meta jispara soluzzjonijiet bl-addocc, bhal dik li jzomm in-NECC fuq bazi permanenti jew li johloq Awtorita' li hadd ma jaf x'inhi u x'ser taghmel u bla ebda konsultazzjoni ma hadd, juri wkoll li ghalih is-soluzzjoni hi li l-Gvern isallab lil tal-hwienet u lis-sidien tan-negozji. Diskussjoni serja dwar x'jikkawza l-inflazzjoni l-Gvern ghadu lanqas biss bdiha. Jidher li dwar l-inflazzjoni l-Gvern ma jafx x'hini s-soluzzjoni.

Is-sidien tan-negozji Maltin ftit ghandhom fiducja li z-zewg partiti politici ewlenin jafu x'inhuma jghidu fuq din il-kwistjoni.

Il-GRTU taghmilha cara: mhux ser thalli lil-Partiti Politici ewlenin jghamlu lill-kummercjanti, l-bejjiegha u s-self employed Maltin ballun li ser jilghabu bih l-loghba politika fl-Elezzjoni li gejja.

Il-kwistjoni tal-inflazzjoni hi kwistjoni serja hafna. Trid soluzzjonijiet serji.

Il-GRTU tappella direttament lill-pubbliku biex ma jhallux lil politici jghadduhom passata. Il-Pubbliku ghandu jesigi soluzzjonijiet mahsuba li verament jaghtu rizultati.

Pajjizna jixraqlu hafna ahjar.

Il-GRTU lesta tikkopera ma kull min bis-serjeta jrid jindirizza l-problema serja tal-inflazzjoni.

L-appell tal-GRTU hu ghas-serjeta u mhux ghall-propoganda rhisa li issa pajjizna xebgha minnha.

                                               

 

 

What we can do for you

EMPLOYMENT & CONSUMER LAW

INDIVIDUAL ASSISTANCE

PRIORITY ACCESS

LOCAL ISSUES & LEGISLATION

NETWORKING EVENTS

LEGAL ADVICE

EU FUNDS AND SCHEMES

INFORMATION SESSIONS, MASTERCLASSES AND CONFERENCES

BECOME A MEMBER

The Malta Chamber of SMEs represents over 7,000 members from over 90 different sectors which in their majority are either small or medium sized companies, and such issues like the one we're experiencing right now, it's important to be united. Malta Chamber of SMEs offers a number of different services tailored to its members' individual requirements' and necessities. These range from general services offered to all members to more individual & bespoke services catered for specific requirements.

A membership with Malta Chamber of SMEs will guarantee that you are constantly updated and informed with different opportunities which will directly benefit your business and help you grow. It also entails you to a number of services which in their majority are free of charge and offered exclusively to its members (in their majority all free of charge).