SME Chamber

Il-Messagg tal-GRTU lil Dr. Lawrence Gonzi

 Il-Messagg tal-GRTU lil Dr. Lawrence Gonzi fil-Bidu tat-tieni Gvern Gonzi.

Ghaziz Prim Ministru,

Hu l-pjacir kbir taghna li f'isem il-Kunsill Ezekuttiv Nazzjonali u l-eluf tas-sidien tan-negozji u self-employed imsiehba fil-GRTU nifirhulek ghall-hatra mill-gdid tieghek bhala Prim Ministru ta' Malta. Nifirhulek ukoll bhala Kap tal-Partit Nazzjonalista ghar-rebha Elettorali fl-Elezzjoni Generali 2008.

 

 

Hon. Dr. Lawrenece Gonzi, K.U.O.M.,LL.D.,M.P

Prim Ministru

Auberge de Castille,

Valletta

12 ta' Marzu 2008

Ghaziz Prim Ministru,

Hu l-pjacir kbir taghna li f'isem il-Kunsill Ezekuttiv Nazzjonali u l-eluf tas-sidien tan-negozji u self-employed imsiehba fil-GRTU nifirhulek ghall-hatra mill-gdid tieghek bhala Prim Ministru ta' Malta. Nifirhulek ukoll bhala Kap tal-Partit Nazzjonalista ghar-rebha Elettorali fl-Elezzjoni Generali 2008.

Ahna qed inharsu l-quddiem biex fl-iqsar zmien possibli inti twettaq l-bidliet mehtiega biex it-tieni Gvern tieghek ikun aktar efficjenti u  jkun f'pozizzjoni li jkompli jsahhah aktar l-process ta' partecipazzjoni ta' l-imsiehba socjali fit-tfassil u t-twettiq tal-politika ekonomika, socjali u edukattiva, u ambjentali ta' pajjizna. Innutajna b'sodisfazzjon l-ewwel stqarrijiet tieghek fejn inti ndikajt bic-car li dan ser ikun Gvern aktar miftuh u trasparenti, aktar frisk u aktar deciz li jsahhah l-istrutturi li jwassluna biex bl-aktar mod efikaci Malta tottjeni l-massimu mill-opportunitajiet kbar li s-shubija taghna fl-Unjoni Ewropeja qed toffrilna.

Ir-rieda qawwija tieghek li tghati prijorita lir-rikonciljazzjoni nazzjonali hu awgurju tajjeb hafna ghax nemmnu li din illum hi priorita assoluta. Ma jistax ikun li f'pajjiz zghir bhal taghna nibqghu nkattru l-firda u nhaddmu xi forma ta' eskluzzjoni fuq kriterji politici jew fuq xi kriterju iehor. Il-GRTU hi konfidenti illi f'Malta hawn talenti u hilijiet bizzejjed biex nirbhu l-isfidi li ghandna quddiemna. Ghandna tama qawwija li inti tgharaf tmexxi biex insibu soluzzjonijiet ottimali biex l-energija u t-talenti kollha tal-Maltin ikunu uzati kollha fl-ahjar interess ta' pajjizna. F'dan il-kuntest ninnutaw ukoll l-hegga tieghek li tkabbar l-ivestiment u zzid is-servizzi fl-edukazzjoni u t-tahrig. Is-setturi kollha li tirraprezenta l-GRTU jridu nifs gdid u hu mportanti hafna li int kunfidenti li twettaq dak kollu li hu possibli biex l-investiment tan-nies taghna jrendilhom aktar.

Il-GRTU tistenna li fl-iqsar zmien jibda l-process biex jissahhah l-Kunsill Malti ghall-izvilupp Ekonomiku u Socjali (MCESD). Kif inhu illum dan il-Kunsill mhux qed jahdem sewwa. Nistennew ukoll li tinbidel u tissahhah l-istruttura li hadet post l-MEUSAC.

Hu important li l-imsiehba socjali jkunu nvoluti bis-serjeta fil-process tat-tfassil tal-pjanijiet tal-Gvern. Hu importanti wkoll illi l-konsultazzjonijiet u d-diskussjonijiet strutturati dwar l-Unjoni Ewropeja jergu jilhqu il-livell li kien stabbilit fi zmien l-MEUSAC. Hu importanti li l-Unjoni Ewropeja ssir realta' wkoll ghas-settur privat kollu u li c-cittadini Maltin jhossuhom involuti f'dak li jolqothom. Ir-realta Ewropeja trid tohrog il-barra mil-konfini tal-politici u l-burokratici statali u titwassal aktar lill-poplu.

Ahna b'entuzjazmu nestendulek l-kapacitajiet kollha li llum ghandha l-GRTU biex nghinu lilek u l-Ministri tieghek iwettqu l-proposti kollha ta' fejda li huma nkorporati fil-Programm Elettorali li fuqu inti u shabek irbahtu l-Mandat Elettorali.

Nawguraw lilek u l-Kabinet l-gdid tieghek l-akbar success.

Insellu ghalik,

Paul Abela                                                                                       Vincent Farrugia

President                                                                                          Direttur Generali

 

What we can do for you

EMPLOYMENT & CONSUMER LAW

INDIVIDUAL ASSISTANCE

PRIORITY ACCESS

LOCAL ISSUES & LEGISLATION

NETWORKING EVENTS

LEGAL ADVICE

EU FUNDS AND SCHEMES

INFORMATION SESSIONS, MASTERCLASSES AND CONFERENCES

BECOME A MEMBER

The Malta Chamber of SMEs represents over 7,000 members from over 90 different sectors which in their majority are either small or medium sized companies, and such issues like the one we're experiencing right now, it's important to be united. Malta Chamber of SMEs offers a number of different services tailored to its members' individual requirements' and necessities. These range from general services offered to all members to more individual & bespoke services catered for specific requirements.

A membership with Malta Chamber of SMEs will guarantee that you are constantly updated and informed with different opportunities which will directly benefit your business and help you grow. It also entails you to a number of services which in their majority are free of charge and offered exclusively to its members (in their majority all free of charge).