ll-Pompi tal-Petrol jikkonfermaw l-arranġament li għamlet l-GRTU mall-Gvern

Illum waqt il-laqgħa li l-GRTU ħejjiet għall-membri tagħha, l-uffiċċjali tal-GRTU u l-membri tal-Kumitat tal-Pompi tal-Petrol spjegaw l-andament tal-laqgħa mall-Ministru Mizzi u r-riżultati li wasslu f’arranġament, pendenti I-konferma mill-membri.

Il-GRTU għamlet enfasi li issa l-importanza qiegħda li ż-żmien qasir li fadal jintuża b’mod għaqli. Se naħdmu flimkien sabiex ma jintilifx żmien ħalli kemm huma b’mod individwali, kif ukoll Malta bħala pajjiż ma jkollomx inkwiet għaliex d-Direttiva ma tiġix osservata fiż-żminijiet stipulati.

Is-Sidien tal-Pompi urew l-apprezzament tagħhom għax-xogħol li għamlet il-GRTU u għal kull min kien strumemtali biex intlaħaq l-arranġament.

Stazzjonijiet tal-Pompi tal-Petrol jissospendu l-Azzjonijiet illejla b’sinjal ta’ rieda tajba

Il-GRTU tikkomunika li l-istazzjonijiet tal-Pompi tal-Petrol iddeċidew li l-azzjonijiet ser ikunu qegħdin jiġu temporanjament sospiżi, pendenti l-laqgħa li ser ssir għada bejn Uffiċċjali tal-GRTU u l-Ministru Joe Mizzi.

Il-GRTU tirrimarka li l-Pompi tal-Petrol jixtiequ ikunu ta’ l-inqas inkonvenjent għall-konsumatur u fl-istess ħin juru rieda tajba biex jaslu fid-diskussjonijiet li ser isiru għada.

L-Azzjonjiet qed jiġu sospiżi għalissa u mhux eskluż li jekk id-diskussjonijiet ma jwasslux fi ftehim, l-pompi tal-petrol jiddeċiedu li l-azzjonijiet ikomplu.

Pompi tal-Petrol mhedda biex ma jiħdux azzjonijiet

Bosta pompi tal-Petrol li issieħbu fil-franchising tal-Enemed irrappurtaw li ġew ikkuntatjati minn uffiċċjali tal-Enemed biex jaraw dawn hux se jkunu qed jieħdu azzjonijiet mil-lejla u jekk u hekk se jkun hemm riperkussjonijiet fuqhom.

Il-GRTU tikkundanna dan l-għaġir minn kumpanija li suppost hi ndipendenti u li qiegħda tintuża ghal skopijiet ulterjuri.

Il-GRTU tikkonferma li l-kuntratt tal-Enemed ma jistax iwaqqaf l-ebda pompa tal-Petrol milli tissalvagwardja l-interessi tagħha u twettaq d-deċizjonijiet li għandha bżonn għan-negozju tagħha.

Il-GRTU se tkun qiegħda tieħu il-passi kollha neċessarji biex tipproteġi l-membri tagħha.

Il-GRTU tħabbar azzjonijiet minn għada u ser jinżammu wkoll ħlasijiet ta’ liċenzji

fuel220119finalWara li d-diskussjonijiet mal-Gvern ma waslux għal-qbil, il-GRTU laqqgħet il-membri sidien ta’ pompi tal-petrol li ħadu żewġ deċiżjonijiet:

  1. Min għada, t-Tlieta 22 ta’ Jannar 2019, il-Pompi tal-Petrol se jkunu qeghdin jagħtu servizz fil-ħinijiet li tkun miftuha l-pompa biss. Wara s-6.00pm mhux se jkun possibli li wieħed jieħu fuel.
  1. Il-Ħlas tal-licenzji tal-Pompi tal-Petrol lir-REWS ser ikunu qed jinżamm.

Dawn l-azzjonijiet se jibqgħu fis-seħħ sakemm jinstab ftehim u mhux eskluż li jiżdiedu fil-jiem li ġejjien.

Il-GRTU għal darba oħra tirrimarka li ppreżentat soluzzjonijiet li bihom ma jiġix affetwat il-konsumatur.

Il-GRTU tagħti sal-aħħar ta’ din il-ġimgħa biex jinstab ftehim

Wara l-laqgħa li saret illum mal-Ministru Joe Mizzi fuq is-suġġett taż-żidiet għall-petrol stations, il-GRTU rat xi ineżattezzi fil-media. Il-GRTU pero mhix ser tiżvela dettalji waqt li d-diskussjonijiet għadhom għaddejjin.

Il-GRTU se tagħti sal-aħħar ta’ din il-ġimgħa biex jinagħlqu d-diskussjonijiet.

Jekk ma tkunx għadha nstabet soluzzjoni ser tingħajjat laqgħa ġenerali għall-membri nhar it-Tnejn li ġej.

Il-GRTU f’tilwima mall-Gvern fuq il-Pompi tal-Petrol

Il-GRTU tinnota b’dispjaċir in-nuqqas min-naħa tal-Gvern fejn mhux talli d-diskussjonijiet li ilhom għaddejjin mill-2014 ma waslu mkien, iżda anke il-gvern mar lura fuq dak li kien diġa’ ġie miftiehem.

Fl-2014 il-GRTU ippreżentat lill-Gvern studju dettaljat li sar minn kumpanija serja u indipendenti li wera l-ħtiġijiet ċari ta’ dawn l-operaturi fi sfond tal-avvanzi kontinwi li jiġu meħtieġa u rikjesti mill-liġijiet tal-ERA u r-REWS, li jinkludi r-ristrutturar kbir li jrid isir sa mhux aktar tard mill-2020.

Il-GRTU għamlet bosta laqgħat mall-Ministru Joe Mizzi biex jinstab ftehim sabiex il-Pompi tal-Petrol ikollhom is-sostenn neċessarju biex ikunu jistgħu jagħmlu dak li qed jintalab minnhom pero l-Ministru Mizzi jidher li qed jilgħab biz-zmien u jmur lura fuq progress li diġa’ kien sar.

Għadlaqstant il-GRTU ma teskludix li l-Pompi tal-Petrol ser ikunu qed jieħdu azzjonijiet fil-ġranet li gejjin.

GRTU Survey confirms that Black Friday was the best day for Retail Shops – A record day for sales

Black Friday Sign FeaturefinalEnglish Version

GRTU Survey confirms that Black Friday was the best day for Retail Shops – A record day for sales

A survey conducted by GRTU with Retail shop and outlet owners, businesses has confirmed what a big success this year’s Black Friday was with 85% saying sales were stronger over Black Friday of last year and any other shopping day. The survey was conducted represents the feedback recieved from over 150 shops and outlets.

From the survey conducted, 17% of the respondents to participate in the Black Friday activity for the fist time this year. The survey also notes that 25% of those that did not participate are either seriously considering or surely participating next year.

GRTU CEO Abigail Mamo notes “From our survey results we can confirm that there was an increase in sales of around 25% on average over last year’s Black Friday”

GRTU’s survey shows that their offers varied between 15% and 70% off with some even included special gifts and buy-one-get-one free offers. Furthermore, 76% of respondents also extended their offers to Saturday.

GRTU CEO Abigial Mamo notes that “58% of respondents have extended their normal shopping hours by opening early, closing later and staying open throughout the day, in order to offer a better service for customers” 

 

GRTU will continue to closely monitor this years’ responses in detail in order to ensure that next years’ Black Friday will be better in order to further benefit Maltese consumers” – concludes Abigail Mamo.

This is a result of good preparation and a greater interest from consumers. Survey results can be viewed by accessing the following link: http://www.grtu.eu/images/newstring/2008/Black-Friday—Pie-Charts.pdf

For further information and details kindly contact GRTU CEO Ms Abigail Mamo directly on 99874922.

Maltese Version

L-ISTĦARRIĠ TAL-GRTU JIKKONFERMA LI BLACK FRIDAY KIENET L-AQWA ĠURNATA GĦAN NEGOZJU – ĠURNATA TA’ BEJGĦ REKORD

Fl-istħarriġ mill-GRTU mas-sidien tal-ħwienet, 85% tas-sidien jgħidu li l-Black Friday ta’ din is-sena kienet aħjar minn tas-sena l-oħra. L-istħarriġ jirrappreżenta l-veduti ta’ l fuq minn 150 negozju u ħanut.

Mill-istħarriġ joħroġ wkoll li l-ħwienet li pparteċipaw fi Black Friday żdiedu bi 17%. Fl-istħarriġ joħroġ li 25% ta’ dawk li ma pparteċipawx din is-sena qed jikkunsidraw li jipparteċipaw is-sena d-dieħla.

Is-‘survey’ tal-GRTU juri li l-offerti jvarjaw bejn 15% u 70% b’xi wħud jinkludu offerti speċjali oħra. 76% tal-bejjiegħa wkoll ikkonfermaw li estendew l-offerti tagħhom għa matul il-jum tas-Sibt.  

Is-CEO tal-GRTU tinnota li “58% ta’ min irrisponda wkoll ikkonferma li estenda l-ħinijet tal-ftuħ billi fetħu aktar kmieni, għalqu tard u baqgħu miftuħin matul il-ġurnata kollha. Dan biex ikomplu jkunu ta’ servizz għal konsumaturi.”

Dwar dan l-istħarriġ Abigail Mamo tgħid, “Minn dan l-istħarriġ huwa ċar li n-neogzju żdied b’25% fuq is-sena l-oħra.”

“IL-GRTU beħsiebha tkompli tevalwa l-andament ta’ din is-sena fid-dettall u tassigura li Black Friday tas-sena d-dieħla jkun aħjar għall-klijenti Maltin,” itemm tgħid is-CEO Abigail Mamo.

Dan hu r-riżultat ta’ preparazzjoni tajba kif ukoll aktar interess min- naħa tal-konsumatur. Ir-Rizultat ta’ dan is-survey jista’ jigi accessat minn dan il-link: http://www.grtu.eu/images/newstring/2008/Black-Friday—Pie-Charts.pdf

Għal aktar informazzjoni u dettalji kkuntattjaw lil Ms. Abigail Mamo fuq 99874922.

BEST DAY OF THE YEAR WHEN IT COMES TO SALES

Black Friday shopping survivalfinalENGLISH:

Updates from Ms. Abigial Mamo – GRTU CEO

BEST DAY OF THE YEAR WHEN IT COMES TO SALES

“Even though the day is not over yet, from the feedback received we can safely say that today will probably be the best day of the year when it comes to sales.”

“We estimate that this years’ Black Fridays event will surpass that of previous years”

Sales have been good everywhere. This feedback was received from businesses of all sorts and spread amongst a number of localities around Malta and Gozo.

In the coming days, GRTU will be publishing results of a survey conducted amongst its members and would be able to give more detailed data on this years’ Black Fridays event. 

 

 

MALTI:

UPDATE MINN ABIGAIL MAMO- CEO GRTU

L-IKTAR ĠURNATA LI FIHA INBIEGĦU AFFARIJIET MATUL IS-SENA KOLLHA

Għalkemm għad fadal aktar sigħat ta’ bejgħ, mill-‘feedback’ li għandna nistgħu ngħidu li din se tkun l-iktar ġurnata li fiha se jkun sar bejgħ matul is-sena kollha.”

Nistgħu nikkonfermaw ukoll li l-bejgħ fi Black Friday jisboħ dak tas-snin oħra.

Minn dak li qed naraw sa issa l-bejgħ kien tajjeb kullimkien. Dan ġie rrapportat minn ħwienet f’bosta setturi differenti f’numru ta’ lokalitajiet f’Malta u Għawdex.

Fil-jiem li gejjin il-GRTU ser tippubblika ‘survey’ li jsir fost il-membri tagħha u b’mod xjentifiku tagħti rendikont dettaljat ta’ dak li ġara llum fi Black Friday.

“Jagħmel 10 sigħat jistenna l-ħanut jiftaħ” – Kummenti ta’ CEO tal GRTU Abigail Mamo

Black Friday 1English Version

‘Ques for 10 hours, waiting for the shop to open’

adds comments from GRTU CEO Ms Abigail Mamo

“Black Friday starts with a Bang!”

“We are receiving positive feedback from all over Malta and Gozo. People started queuing very early with one individual queuing since 11:00PM yesterday evening.

“Although customers are numerous with some shops experiences ques, businesses have redeployed employees from the office to assist customers and this is easing flow.”

“Although it is too early to compare this Black Friday with last years’, it is already very evident that there is a positive trend” 

 

Maltese Version

“Jagħmel 10 sigħat jistenna l-ħanut jiftaħ”

Kummenti ta’ CEO tal GRTU Abigail Mamo

“Black Friday tibda b’suċċess kif mistenni.”

“Qed ikollna feedback pożittiv ħafna mill-inħawi kollha f’Malta u Għawdex. In-nies bdew jistennew minn kmieni. L-iżjed persuna kmieni kienet wara l-ħanut fil-11:00Black Friday 2 tal-bieraħ filgħaxija.”

“Għalkemm uħud mill-ħwienet fihom il-kjus xorta l-flow tan-nies miexi u mhux qed ikollhom jistennew ħinijiet twal. Dan għaliex ħafna ħaddiema li s-soltu jaħdmu fl-uffiċċini ta’ dawn in-negozji, illum qegħdin fil-ħwienet biex jaqdu l-klijenti.”

“Għalkemm għadu kmieni biex tikkompara mas-sena l-oħra, jidher biċ-ċar li t-trend ta’ Black Friday sa issa hija pożittiva.”

Updates jaslulkom kif jaslulna.

Black Friday 3

Malta Chamber of SMEs
Privacy Overview

This website uses cookies so that we can provide you with the best user experience possible. Cookie information is stored in your browser and performs functions such as recognising you when you return to our website and helping our team to understand which sections of the website you find most interesting and useful.