Il-GRTU – Kamra Maltija tan-Negozji z-Zghar u Medji, illum tirraprezzenta l-akbar firxa ta’ negozji fl-inhawi kollha li jridu mit-turisti li jigu Malta. Ghall-GRTU in-numru ta’ turisti li jigu Malta hu ferm importanti. Importanti li t-turizmu jinfirex ma’ Malta kollha u li l-Maltin kollha japprezzaw li t-turizmu mhux tal-ftit izda hu ta’ kulhadd. Minghajr turizmu u turizmu li dejjem jikber, il-Maltin m’ghandhomx cans li jalqghu d-distanza li illum tezisti bejn dak li jaqilghu huma u dak li jaqla’ cittadin iehor tal-Unjoni Ewropea fil-pajjizi li ilhom fl-Unjoni aktar minna.

Il-GRTU ghalhekk qed tinsisti mal-gvern biex ifittex jasal li ftiehem mal-low cost airlines ghax bis-sahha ta’ dawn biss Malta tista’ tkabbar sostanzjalment u fiz-zmien qasir in-numru ta’ turisti li jigu Malta. Il-GRTU ukoll qed tappella lill-gvern biex jara li ma jinholoqux aktar problemi lil min irid jinvesti biex johloq progetti godda u jhaddem progetti li jghollu l-kwalita’ ta’ servizzi li Malta toffri lit-turisti. Hawn hafna stabilimenti fil-lokalitajiet mifruxa ma’ Malta kollha li jixtieq jkunu ta’ servizz ahjar lit-turisti u li qed isibu diffikultajiet kbar biex jahdmu. Il-GRTU wkoll tappella lill-gvern biex ikompli fuq progetti bhal Golf Course f’Malta u Ghawdex u progetti ohra ta’ bhar-rihabilitation tac-centri storici biex il-prodott turistiku Malti jkompli jitjieb. Il-GRTU finalment tappella lis-sidien tan-negozj li jservu lit-turisti biex jaghrfu dejjem aktar li s-servizz taghhom irid ikun tal-ghola kwalita’ ghaliex kull wiehed u wahda minnhom hu ambaxxatur ta’ Malta mal-visitaturi li huma tant importanti ghall-pajjizna.