L-ekonomisti tal-gvern fl-Economic Policy Unit tal-Ministeru tal-Finanzi , li huma fil-fatt l-ekonomisti tal-gvern, kull sena jaghmlu l-analazi taghhom tal-ekonomija Maltija u din l-analazi jaggornawha il-hin kollu biex ikollhom indikazzjoni ta’ fejn iqiesu li miexi il-pajjiz matul is-sena u jfasslu il-perspettiva taghhom ghas-snin li gejjin. Ghas-sena 2007 dawn l-ekonomisti qed janticipaw tkattir ekonomiku ta’ 3.1%. Dan hu tkattir akbar milli qed janticipaw l-ekonomisti tal-Unjoni Ewropea li xogholhom wkoll hu li jivvalutaw l-prospetti tal-ekonomiji tal-istati membri tal-UE. Dawn l-ekonomisti Ewropej jghidu li l-ekonomija Maltija ma tikbirx fl-2007 aktar minn 2.2% f’termini reali.
Kemm 3.1%, u aktar u aktar, 2.2% ghall-ekonomija miftuha bhal ma hi ta’ Malta, dan hu ftit wisq. Dan ghaliex l-ekonomija Maltija tiddependi hafna u hi ferm influwenzata, b’dak li jigri barra, bhal ma gralna f’dawn l-ahhar sentejn biz-zidiet fil-prezz taz-zejt. Kull meta l-ekonomija ma tikbirx b’termini reali b’tal-anqas 4%, in-nies tan-negozji ftit li xejn ihossuha. Il-Bank Centrali minn naha tieghu qed izid ir-rati tal-interessi. Rega habbar zieda ohra il-gimgha l-ohra stess. Dan ifisser li l-Bank Centrali jemmen li l-ekonomija ser tikber u hekk kif l-ekonomija tmexxi ‘l quddiem tgholli l-inflazzjoni. Jkun ghalhekk jaqbel donnu qed jghid il-Bank li l-Bank Centrali ma jhallix l-ekonomija tikber hafna u jkun jaqbel li jghabbiha bil-piz ta’ spejjez fuq is-self u l-krediti biex irazzan it-tkabbir. Hawn fejn hafna jithawdu. Ahna rridu nikbru, noholqu l-incentivi biex nikbru, imma fl-istess hin haddiehor johloq l-instrumenti biex irazzan it-tkabbir.
Mhux facli tifhem x’inhu jsir. Min ibassar tnaqqis fit-ritmu ekonomiku hekk kif l-industrija tal-bini u tal-bejgh tal-proprjeta tnaqqas ir-ritmu ghax jghidu li hawn wisq proprjeta fuq is-suq. Min ibassar ukoll li ser joghlew il-prezzijiet tal-istess propjeta u ta’ prodotti ohra hekk kif nersqu lejn il-EuroChangeover u min ghandu il-flus mohbija jiftahhhom fil-propjeta, u allura toghla l-inflazzjoni, u din ukoll taffetwa hazin ir-rati ta’ tkattir ekonomiku. U hawn min, mill- banda l-ohra jghid, bhal ma jghidu l-ekonomisti tal-Gvern, nies li wara kollox l-aktar li ghandhom stampa dettaljata tas-sitwazzjoni, li l-ekonomija issa li regghet qabdet certu ritmu ta’ tkattir, ser tkompli tikber fl-2007 u b’rata akbar.
L-ekonomisti tal-gvern jaraw li r-rata ta’ inflazzjoni qed tonqos hekk kif il-prezz taz-zejt nizel bi 33% u l-Enemalta xtrat iz-zejt li tista’ tbiegh bla htiega ta’ surcharge qawwija. Hekk wkoll kif l-impatt tat-tnaqqis fir-rata ta’ taz-zidiet fil-prezzijiet tal-proprjeta fuq l-inflazzjoni jkollu wkoll effett posittiv fuq it-tkattir ekonomiku. L-ekonomisti tal-gvern, fuq kollox jaraw li l-impatt tal-finanzjamenti ta’ progetti mill-fondi tal-Unjoni Ewropea, li rnexxielu jinnegozja b’success il-gvern, ikollu impatt qawwi matul din is-sena fuq ir-rata ta’ investiment gdid fil-pajjiz. Dan ghandu jgholli il-livell ta’ infieq, kemm privat kif ukoll tal-gvern biex flimkien, infieq privat u infieq pubbliku, jsostnu rata ta’ tkattir tal-prodott gross nazzjonali adekwat ghaz-zminijiet tal-llum. L-ekonomisti tal-Gvern infatti qed jipprevedu li hekk kif l-ekonomija tassorbi dan l-infieq mil-fondi ewropej f’din is-sena li ghadna kemm bdejna, il-konsum privat joghla u jkompli jghola l-infieq fuq l-investiment kapitali, impjanti u apparat biex b’hekk l-ekonomija tiehu spinta il-quddiem. L-ekonomisti tal-EU huma aktar kawti dwar dan milli huma il-Maltin. Pero, nahseb li l-ekonomisti tal-Gvern ghandhom aktar kontroll fuq l-andament tal-ekonomija Maltija u ghalhekk jghamel aktar sens dak li qed jghidu dawn f’Malta milli tal-ME fi Brussels.
Jekk l-ekonomisti tal-gvern ghandhom ragun ma nifhimx ghaliex il-Bank Centrali qiesu qed jippanikja u jgholli l-interessi bankarji. Issa jidher li ghandna sitwazzjoni kontraditarja – rata ta’ inflazzjoni niezla u rata ta’ interessi bankarji tiela’.
Kif ser nikklasifikaw dak li qed isir fl-ekonomija Maltija u dak li hu previst ghall-2007? Ma nistghax niehu la l-lenti ta kif qed jarawha l-ekonomisti tal-Gvern u lanqas dak li qed jifhem il-Bank Centrali. Tajjeb nghid bhala ekonomista imma li l-ekonomisti ghandhom diversi metodi kif jikklasifikaw id-diversi fazi li tghaddi minnhom ekonomija. Tajjeb ghalhekk forsi li nispjega. Jien naqbel ma definizzjoni hekk kif qed nghid hawn, nghidhom bl-Ingliz ghax bil-Malti mhux zgur li niftiehem:
· Reflation: tkattir ekonomiku kajman u rata tal-inflazzjoni niezla
· Recovery: tkattir ekonomiku jizdied u r-rata tal-inflazzjoni niezla
· Overheating: tkattir ekonomiku jikber u jaccellera u l-inflazzjoni tiela’
· Stagflation: tkattir ekonomiku kajman u r-rata tal-inflazzjoni tiela’
Dawn huma definizzjonijiet li juzaw l-ekonomisti ta’ Fidelity l-akbar fund manager fl-Ingilterra. Skond dawn il-kriterji Malta ghalhekk tidher li qeghda f’fazi ta’ recovery.
Il-fatti minn barra minn Malta jistghu jiggustifikaw din l-analizi. Ahna niddependu hafna fuq dak li jigri fil-kumplament tad-dinja, l-aktar fl-ekonomiji ewlenin Ewropej bhal Ingilterra, Franza, u l-Germanja, kif ukoll l-Amerika. L-Inglizi donnhom li ghadhom jemmnu li l-ekonomija Ingliza ghadha f’fazi ta’ boom hekk kif matul l-2007 hu ttamat li tibqa’ tikber b’rata ta’ 2.9% skond dak li jghidu l-ekonomisti ta’ Ernst & Young. It-tezor Ingliz jghid li l-ekonomija Ingliza ser tikber u tmexxi b’rata sodisfacenti. Ghalina f’Malta importanti li l-ekonomija Ingliza tkun qed tikber.
L-International Monitory Fund mill-banda l-ohra qed isostni li l-ekonomija mondjali qed tgawdi perjodu ta’ tkattir ekonomiku b’sahhtu. L-indikazzjonijiet ghall-Franza u ghall-Germanja huma tajbin. Franza u l-Germanja wkoll importanti hafna ghall-Malta. L-ekonomisti tal-gvern Malti ghalhekk jaraw li m’ghandhomx ghalfejn ma jkunux konfidenti li l-qawmien ekonomiku jkompli s-sena l-gdida fuq ritmu tajjeb. Fil-qosor jigifieri kulhadd donnu qed jghid li l-2007 ghandha tkun sena tajba. Basta nghagglu ir-ristrutturar fis-setturi l-aktar li jinhtieguhom, basta nahtfu l-opportunitajiet l-godda, basta nghagglu r-riformi, basta nilqghu ghall-isfidi l-godda, basta haddiema u sidien ma nahsbux li l-gid jigi mis-sena u mhux nahdmu ghalih.
Il-Gvernatur tal-Bank Centrali fil-kumment pubbliku li ghamel dan l-ahhar qal li l-ekonomija Maltija hi “on target” biex tilhaq l-ghanijiet ta’ Maastricht u ghalhekk nikwolifikaw ghall-Euro. Dan ifisser, skond l-Bank Centrali, li fl-2007 id-deficit tal-Gvern bhala ratio tal-PGD jinzel 2.4%, id-dejn nazzjonali bhala ratio tal-PGD jinzel ghall 67.2%, l-inflazzjoni taqa’ taht it-2%. Barra li jwassluna ghall-Euro dawn huma kundizzjonijiet tajbin ghat-tkattir ekonomiku taghna.
Il-Gvernatur tal-Bank Centrali izda widdeb li ghalkemm il-Euro tajjeb ghalina ma jfissirx li wahdu ser igibilna xi tkattir ekonomiku akbar. Dan it-tkattir jasal biss, qalilna is-Sur Michael Bonello, jekk pajjizna jirnexxielu jahtaf l-opportunitajiet godda li l-Euro jiftahlu bhala ghodda importanti f’suq wiehed vast ewropew. Jasal wkoll jekk ngharfu nilqu ghall-isfida akbar ta’ ekonomija aktar miftuha minn qatt qabel. U fuq kollox jekk jirnexxielna ndahhlu dawk ir-riformi li jtajjru l-ineficjenzi kbar li ghandna u li jzommuna milli nikbru b’ritmu akbar.
Dawn huma kummenti lil’ hinn mill-kuluri politici li jhobbu jaghtu l-analisti tal-Partiti Politici li issa drajnihom , jew “paradise lost” jew “paradise gained”. Il-verita tidher li hi li matul l-2007 ghandna ngawdu perjodu ta’ tkattir ekonomiku relattivament sod u rata ta’ inflazzjoni manigabbli. Jekk dan isir ghalhekk l-2007 m’ghandhiex tkun sena hazina.