NOTTE MAGICA

Il-GRTU – L-Assocjazzjoni tal-Intraprizi Zghar u Medji f’isem l-istabbilimenti kummercjali, hwienet, bars u restoranti, clubs u postijiet tad-divertiment ohra gewwa l-Belt Valletta tifrah lill-organizzaturi tan-Notte Magica ghas-success kbir li kellha din l-attivita’.
Il-GRTU – L-Assocjazzjoni tal-Intraprizi Zghar u Medji f’isem l-istabbilimenti kummercjali, hwienet, bars u restoranti, clubs u postijiet tad-divertiment ohra gewwa l-Belt Valletta tifrah lill-organizzaturi tan-Notte Magica ghas-success kbir li kellha din l-attivita’.

Ghal darb’ohra ntwera li fejn iz-zona kummercjali tinghaqad u bis-support shih tal-Entitajiet Pubblici u tal-Kunsill Lokali torganizza attivitajiet li jigbdu l-pubbliku, jgawdi kulhadd.

It-Toroq ewlenin tal-Belt Kapitali ta’ Malta kellhom attivita kontinwa specjali f’din l-lejla u s-sidien tal-hwienet, bars u restoranti u stabilimenti ohra miftuha ghall-pubbliku ma waqfux jaqdu bl-ahjar mod lill-Maltin l-Ghawdxin u lit-Turist prezenti ghal din l-attivita’ memorabbli.

Dawn huma ftit mill-kummenti li l-GRTU irnexxielha tigbor minghand sidien tan-negozji fid-diversi Toroq.

· Merchant Street: il-partecipazzjoni f’din it-Triq kienet wahda record. Ftit kienu l-hwienet li ma fethux u dawk li fethu rrapurtaw li l-bejgh kien tajjeb hafna. Dawk li ma fethux hadu hsieb ihallu l-vetrini tal-hwienet taghhom mixghula bhala support lejn din l-attivita. It-talba taghhom ghall-festi simili fil-futur hi li ikollhom xi forma ta’ entertainment bhal ma kien hemm f’Republic Street.
· Zachary Street: il-hwienet f’din it-Triq irrapurtaw fil-pozittiv wkoll. Kien hemm min irraporta li l-bejgh kien ahjar minn dak tal-Milied. Hafna mill-hwienet damu miftuha anke sa wara l-ghaxra ta’ filghaxija.
· Melita Street: Is-sidien tal-hwienet f’din it-Triq kellhom kliem ta tifhir ghal mod ta’ kif kienet organizzata l-event u talbu ghal aktar events simili fil-futur fejn jirrizulta success ghal business taghhom.
· St John Street: F’din it-Triq ukoll il-hwienet marru tajjeb. Sidien ta’ hwienet irraportaw li din it-Triq qatt ma rat daqshekk nies anqas fil-perjodu tal-Milied.
· Freedom Square: Is-sidien tal-hwienet f’din l-pjazza fil-maggorparti kbira taghhom kollha qablu li din kienet attivita’ pozittiva hafna u wrew is-support taghhom ghall attivitajiet simili fil-futur. Dawn il-hwienet baqghu miftuhin sa wara d-disa ta’ filghaxija filwaqt li l-kafetteriji baqghu ghaddejjien sas-sieghat bikrin ta’ filghodu.
· South Street: Il-hwienet f’din it-Triq marru tajjeb hafna anke l-fatt li f’din it-Triq wiehed isib hafna bars u restoranti li bla dubju ta’ xejn kienu ippakjati bin-nies. Kienu varji il-hinijiet ta’ kemm damu miftuhin il-hwienet f’din it-Triq
· Republic Street: Din it-Triq bla dubju ta’ xejn kienet l-aktar wahda mpenjata mit-toroq kollha b’attivitajiet l-hin kollu ghaddejjien u fejn f’certu hinijiet ghamluha difficli hafna sabiex wiehed jikkoncentra fuq ix-xiri. Xorta wahda s-sidien f’din t-Triq irrapurtaw li marru tajjeb fil-bejgh taghhom. Hafna sidien irraportaw li l-bejgh f’dak il-lejl kien wiehed eccellenti. Sidien ohra qalu li ghalqu l-hwienet taghhom wara nofs il-lejl b’rizultat ta’ bejgh aktar mis-soltu.

Ghalkemm l-attivitajiet kienu ta’ livell gholi hafna u wiehed ma setax jaffordja li jitlef l-opportunita’ li jsegwi l-attivitajiet pubblici li saru, xorta wahda s-sidien tal-hwienet, bars u restoranti gewwa l-Belt Valletta waqt In-Notte Magica irregistraw bejgh qawwi.