Ä enerali tal-GRTU- l-AssoÄ‹jazzjoni tan-Negozji Å»għar u Medji- Vince FarruÄ¡ia
illum appella` lill-Kummissarju Ewropeja għall-protezzjoni tal-konsumatur
Megelena Kuneva biex il-Kummissjoni Ewropeja tfassal liġijiet ċari u skemi
apposta ta` kif għandha tkun mitigata l-mewġa kbira ta` żidiet fil-prezzijiet
fuq ħafna prodotti ta’ l-ikel.
Din
hija sitwazzjoni li qegħda tinħoloq minħabba ż-żidiet kbar li qegħdin jaqgħu fuq
is-swieqi nternazzjonali għal-prodotti essenzjali bħal qmugħ, ċerejali, laħam,
ħalib u prodotti oħra. Iż-żidiet fil-prezzijiet ta` dawn il-prodotti primarji
qed tikkawża żidiet fil-prezzijiet ta` prodotti bħal ħobż, laħam, ħalib, butir,
ġobon, għaġin u l-prodotti l-oħra kollha li jiddependu fuq l-agrikoltura.
Il-kawżiet ewlenin huma t-taħwid fil-klima, il-mard, kif wkoll l-enfasi kbira li
qegħda ssir biex ħafna art fiż-żoni ewlenin ta` produzzjoni fid-dinja qed ikunu
allokati għall-produzzjoni ta` biofuels
bil-konsegwenza li l-produzzjoni ta` prodotti primarji għall-ikel qegħda tonqos
u l-prezzijiet qegħdin jiżdiedu b’mod konsistenti. Din hi sitwazzjoni li
l-esperti qegħdin isostnu li ser tibqa’ għall-żmien twil hekk kif id-domanda ta`
l-ikel tkompli tiżdiet b’ritmu mgħaÄ¡Ä¡el.
F’Malta u
f’diversi pajjiżi oħra kemm fl-Unjoni Ewropeja kif ukoll barra qiegħed iqum
paniku fost il-konsumaturi meta qed jaraw li l-prezz tal-ħalib nej jgħola bil
15% f’perjodu ta` tlett xhur u prodotti bħall-ħalib skimmed
tat-trab jgħola b’20% min April l’hawn. Fl-UE l-ħażna tal-butir naqset b’50% fuq
dik tas-sena ta` qabel u fl-Italja l-prezz ta` l-għagin tela` b’20%. Å»idiet
fil-prezzijiet qegħdin jinħassu b’mod regolari u konsistenti, u l-prezz tal-ħobż
għola kullimkien mill-għanqas erbgħa ċenteżmi kull ħobża.
F’diversi
pajjiżi fl-Ewropa u fosthom f’Malta diÄ¡a bdew jinstemaw ilħna ta’paniku u xi
wħud li suppost jafu aħjar qegħdin jippretendu li l-gvernijiet jimponu sistemi
ta` kontroll tal-prezzijiet jew skemi kbar ta` sussidji. Kif spjegat
il-Kummissarju Kuneva l-bieraħ filgħodu waqt il-business
breakfast, l-UE ma għandha l-ebda ħsieb li tbiddel l-istruttura
tagħha, li hi bbażata fuq il-kompetizzjoni ġusta u ekonomija ħielsa, w lanqas ma
hi se tidhol għal sistemi ta` sussidji ta` ikel mill-gvern bi ksur
tar-regolamenti ewropej li jikkontrollaw is-sussidji mill-istat (state
aid).
Il-GRTU
qegħda tappella` pubblikament lill-gvern biex jirrezisti lil dawk li bl-għaġla u
għall-skopijiet tagħhom qegħdin jinstigaw lill-gvern biex idawwar l-arloġġ lura
xi għoxrin sena u jsallab lill-ħwienet u lin-negozji b’ħafna nkwiżizzjoni żejda
ta` kontrolli ta` prezzijiet li ma jwasslu mkien u minflok jistudja flimkien
mar-rappreżentanti tal-kummerċ kif jintnaqqas l-ixkiel żejjed u il-ħlasijiet u
l-ispejjeż żejda li jġegħlu li l-prezzijiet li huma diġa mposti għoljin min
barra ma jkollomx għalfejn jitgħabbew b’ħafna spejjeż żejda. Ħafna min dawn
l-ispejjeż żejda huma mposti mil-gvern jew awtoritajiet pubbliċi jew monopolji
ta` l-istat.
Il-GRTU
flimkien mall-membri tagħha qegħda twiegħed il-kooperazzjoni totali tagħha biex
bla paniku u bla inbix żejjed lill-kummerċjanti tinstab sistema sabiex id-daqqa
li Ä¡ejja min barra nilqgħu għalija b’mod intelliÄ¡enti biex ma nerÄ¡għux naqgħu
għal sistemi li fil-passat ma taw l-ebda riżultat posittiv.