IL-GRTU, TAPPOGJA LILL- MEPA FUQ IL-HTIEGA LI S-SIDIEN TAL-NEGOZJI MALTIN JAQDU DMIERHOM FUQ IL-KWISTJONI TAL-IMMANIGJAR TA' SKART
Il-Kamra Maltija tan-Negozji Zghar u Medji tilqa l-istqarrija tal-MEPA, dwar l-obbligi ta'produttur ta'skart tal-ippakeggjar. Li nzommu il-pajjiz nadif u li nimxu mar- regoli u fl-interess ta' kullhadd iktar u iktar f'pajjiz zghir bhal Malta fejn id-distanza bejn il-post fejn nahdmu u l-post fejn nghixu hi tant zghira. L-Avviz Legali 277 ta' 2006 jpoggi obbligi fuq il-produttur jew importatur biex jiehu hsieb jirkupra u jirricikla ammont konsiderevoli ta' skart tal- ippakeggjar li jpoggi fis-suq. Importatur ghandu obbligu li jirregistra mall-MEPA u jidhol membru ta' skema awtorizzata tal-gbir ta'skart tal-ippakeggajr.
Bhala poplu li ghix fuq zewg gzejjer zghar ahna irridu lkoll nghamlu l-isforz taghna biex jirnexxielna ngawdu s-sbuhija u l-arja nadifa l-ewwel nett ghalina u ghal uliedna imma wkoll ghax ahna ghandna eluf ta' impjiegi jiddependu mit-turizmu. Li kulhadd jaqdi dmiru jaghmel ukoll sens ghax mhux sewwa li min jghati kaz u min le u wkoll ghax jekk kulhadd jaghti sehmu il-prezz li skond il-ligi jaqa' fuq in-negozjant li hu responsabbli li jdahhal il-Materjal f'Malta ma jaqax biss fuq dawk in-negozji li jaqdu dmirhom u jimxu mal-ligi u fuq dawk kollha li skond il-ligi huma obbligati li jirregistraw u ghalhekk in-nefqa ras ghal ras tonqos konsiderevolment ghax tinfirex u b'rizultat ikun inqas ukoll ghall-konsumatur. Il- Maltin u l-Ghawdxin igawdu doppjament ghax ikollhom pajjiz ahjar u jevitaw xi taxxi jew pizijiet godda biex l-awtoritajiet jaghmlu tajjeb ghal xi danni li jistghu jigu mposti fuq pajjizna bhala ‘infringement cost' dan barra li f'nuqqas ta' ko-operazzjoni l-konsumatur jkollu jgorr piz akbar f'pizijiet gholja fuq in-negozju li jispiccaw jghollu il-prezzijiet ta' prodotti l-aktar mixtrija mill-konsumaturi.
Kienet ghalhekk li l-GRTU f'isem il-kommunita kummercjali f'pajjizna dahlet b'kuragg kbir ghal din il-bicca xoghol kbira li tohloq Skema Nazzjonali Ghall-Immanigjar ta' Skart biex in- negozjanti Maltin u n-negozju taghhom jkollhom tarka u kenn fejn jistkennu waqt li jaqdu dmirhom lejn is-socjeta. Il-GRTU theggeg ghalhekk lin-negozji li huma obbligati taht il-ligi li jirregistraw li jfittxu li jidhlu fl-iskema Green Mt li l-GRTU waqfet ghalihom fuq bazi strettament not-for-profit li jfisser li din hi I-Iskema Nazzjonali tal-Irkupru ta' Skart tal-Ippakeggjar tghaddi kull qliegh li jibqa fl-ahhar tas-sena lill-istess imsiehba fl-iskema bhal tariffi mnaqqsa u wkoll lil-kommunitajiet lokali fejn il-Kunsill Lokali ikkuntrattja ma Green Mt f'sevizzi godda u estenzjoni tas-servizzi li toffri.
Green Mt bis-sahha tal-koperazzjoni shiha ta 41 Kunsill Lokali u hafna entitajiet ohra sa l-ahhar ta 'Settembru qabzet ferm il-miri stabbiliti skond il-Pjan li ipprezentat lill-Awtoritajiet u b'hekk in-negozji msiehba mall-Iskema huma assigurati b'mod zgur effettiv u mhux biss fuq il-karta li l-obbligi ambjentali taghhom skond li qed ikunu mwettqa. Importanti hafna ghalhekk li n-negozji li baqghu lura milli jirregistraw li jfittxu jirregistraw u jintrabbtu mall-Iskema taghhom qabel l-ahhar tas-sena biex ikunu zguri li jevitaw multi bla bzonn. Il-GRTU qed toffri servizz shih lin-negozji biex tispjegalhom x'inhuma l-obbligi taghhom u tghinhom jirregistraw. Dan il-GRTU qed taghmlu biex tisgura li n-negozjanti li ma jissallbux bla bzonn mill- burokratici tal-istat li xogholhom hu li jaraw li l-ligijiet jitwettqu ma kulhadd.