Pre-Ambolu
F`dan ir-rapport se naghti harsa lejn fejn wasalna s`issa bhala Kamra tan-Negozji Zghar u Medji fix-xoghol taghna fl-2009. Nirraporta wkoll fuq l-issues l-aktar importanti li ghandna quddiemna hekk kif qed inkomplu bl-isforzi biex nintegraw aktar l-ekonomija ta` pajjizna ma`dik tal-Unjoni Ewropea li taghha ahna parti integrali. L-issues li qed nishaq fuqhom huma dawk li jolqtu lis-settur kummercjali u dak tal-intraprizi zghar u medji f`kuntest ekonomiku Malti u Ewropew.
L-2009
Din zgur li kienet wahda mill-aghar snin ghal ekonomija mondjali.
F`hafna pajjizi il-qaghad qabez l-ghoxrin fil-mija, s-salarji gew
imqaccta u l-bejgh mill-hwienet f’xi pajjizi bhal Latvia naqas aktar
minn 30%. F’ Malta skond l-istatistika tal-Eurostat il-bejgh
mill-hwienet naqas b’19.6% li hi r-raba l-aktar waqa fil-bejgh fost
il-pajjizi tal-EU fejn il-medja hi ta’ nuqqas ta’ 4%.
Il-prospetti ghas-sena 2010 ma tantx huma tajbin u ghalhekk hu
importanti hafna li ahna nkomplu nixprunaw il-Gvern biex jaghmel dak li
hu possibli sabiex in-negozji zghar ta`pajjizna ma jitkissrux u li
l-ekonomija fil-limitu tal-finanzi li ghandu l-pajjiz izzomm il-waqa`
l-isfel u terga tibda tikber.
Il-GRTU sa minn Gunju 2008 rat dan l-ghawg gej u kienet strumentali
biex timbotta l-Gvern sabiex johloq strategija ta` konteniment biex
il-mewg ekonomiku ma jkissirniex. Il-Gvern ha hafna mill-pariri
tal-GRTU matul l-ahhar erba’ xhur ta’ l-2008 u aktar u aktar matul
l-2009. Ghalkemm il-GRTU iddikjarat pubblikament wara il-Budget
tal-2009 li l-Gvern ma kienx kuragguz bizzejjed, xorta hadna bizzejjed
sabiex id-daqqa tal-ekonomija ma tolqotnix qawwija daqs kif laqtet
lill-pajjizi ohra. Illum nokorbu bli gara, izda hadd ma jobsor x`seta
gara kieku qaghadna b`idejna fuq zaqqna u ma konniex il-hin kollu nafsu
fuq il-Gvern.
Il-GRTU iccaqalqet mhux biss fil-livell
lokali imma wkoll fuq livell Ewropew. Ahna uzajna l-influwenza dejjem
tikber li llum ghandna bhala GRTU fil-EuroCommerce, fil-UEAPME, fl-EESC
u mall-Kummissjoni Ewropea biex nizguraw li l-Unjoni Ewropea jkollha
pakkett ta` stimulu ekonomiku li jipprijorizza l-intrapriza zghira u
medja. Id-Direttur General tal-GRTU f’isem l-GRTU u l-intraprizi ta`
Malta ghamel parti mit-Task Force tal-UEAPME li nnegozzjat
mall-Kummissjoni dwar dan il-pakkett ta’ stimolu.
Il-lobbying
ta` organizazzjonijiet bhal GRTU permezz tal-interventi diretti
mall-Kummissjoni Ewropea u mal-Gvernijiet kellhom l-effett taghhom u
jekk l-ekonomiji Ewropej ma nbarmux daqs dawk f`regjuni ohra, inkluzi
dawk Amerikani, hu sforz tal-mexxejja tal-SMEs Ewropej li fi zmien
verament hazin ghan-negozji hdimna biex ir-realtajiet ekonomici
tan-negozji zghar u medji jkunu maghrufa u jitfasslu skemi ta’ support.
Dawn l-affarijiet jiehdu z-zmien, pero’ illum ghandna numru ta’ skemi
li jekk jithaddmu tajjeb sid in-negozju ghandu bihom ghajnuna li
fir-ricessjonijiet ekonomici ta’ qabel ma kellux bhalhom. Il-pakkett
ta` stimulu li sfurzajna l-Unjoni Ewropea taddotta jiehu wkoll in
konsiderazzjoni l-problemi tal-ekonomiji zghar bhal Malta u wkoll
l-problemi tal-intraprizi zghar u medji f’kuntest ta’ ekonomija zghira
u miftuha bhal Malta. Dan kien l-ikbar kontribut li tghat il-GRTU ghal
Malta.
Ix-xoghol tal-GRTU bhala kelliema tan-negozji zghar
u medji kemm f`Malta kif ukoll fuq livell Ewropew qatt ma kien b`sahhtu
u rikonoxxut daqs illum ghax is-sistema li tuza l-GRTU hi winner: ahna
nippreparaw ruhna sew u nuzaw il-mezzi kollha possibbli biex il-fatti
inkunu nafuhom. Nuzaw il-Ministri Maltin, l-MEUSAC u l-kuntatti
diretti regolari li ghandna mall-Prim Ministru u mall-Ministru
tal-Finanzi biex nizguraw li l-pozizzjoni li tiehu Malta tkun
influwenzata minnha. Ahna mbaghad nahdmu fuq livell Ewropew biex
nizguraw li l-htigijiet ta’ Malta jiddahhlu fit-talbiet li l-ghaqdiet
Ewropej li minnhom nghamlu parti jikludu wkoll l-interessi ta’ pajjiz
zghir bhal Malta. Ahna kburin li dan hu servizz li ahna qed naghtu mhux
biss lill-membri taghna u lis-settur kummercjali Malti kollu, izda
lill-pajjizna.
Qasam li ahna issa sirna tajbin fih u li
jaghti sodisfazzjon kbir lil hafna membri li jippartecipaw maghna huwa
dak tar-ricerka, fejn ahna kontinwament insaqsu lil intraprizi li
nirraprezentaw kif jahsbuha, x`iridu u x`inhuma jesperjenzaw fuq
diversi kwistjonijiet. Ir-rizultat ta’ dan kollu jghinna biex infasslu
soluzzjonijiet u strategiji li jaghmlu sens ghal intraprizi Maltin u li
ahna nizguraw li l-veduti taghna jkunu nkluzi fil-proposti tal-ghaqdiet
Ewropej. Ahna qatt ma nitolbu t-twettiq tal-impossibbli, dejjem
fl-isfond ta` dak li hu possibbli u dak li jridu n-nies li
nirraprezentaw ahna. Li taghmel il-GRTU hu li tipproponi u tinnegozja,
mhux dejjem jigina kollox sew, imma l-influwenza taghna hi kbira u
rikonoxxuta. Reputazzjoni tajba ma tirbahiex b`xejn. Trid tahdem
ghaliha.
Fil-GRTU llum barra l-kapacita’ u l-esperjenza
tad-Direttur Generali, s-sostenn kontinwu tal-President u tal-membri
tal-Kunsill u tal-Kumitati tal-GRTU u l-hafna advisers li ghandna,
ghandna wkoll team ta` nies jahdmu fil-GRTU li hu bla dubju l-aqwa li
l-GRTU qatt kellha u lkoll jahdmu minn qalbhom u b`entuzjazmu. Il-GRTU
illum mhux biss ghandna Ufficcini li jghamluna kburin imma ghandna
ukoll team li jghamlilna gieh. Irnexxielna f’dawn l-ahhar ftit snin
nirriformaw, nirristrutturaw u niddicentralizzaw biex dahhalna aktar
rapidita’ fl-azzjoni u aktar rapport dirett mall-membri taghna. Hu
ghalhekk li din is-sena kellna hafna aktar kuntatti diretti mall-membri
taghna f’diversi oqsma u lokalitajiet u li din is-sena organizzajna
aktar laqghat generali ta’ sezzjonijiet, aktar laqghat fil-lokalitajiet
u aktar laqghat ta’ Kumitati u hdimna fuq aktar suggetti milli qatt
hdimna qabel.
Il-GRTU mhix organizazzjoni piramida fejn kollox irid
jghaddi minn fuq nett imma hi organizazzjoni catta bl-inqas burokrazija
possibli li taghti inizjattiva lil min irid jahdem biex jahdem u
jmexxi. Li ghamilna din is-sena huwa li fassalna fil-bidu tas-sena
programm ta’ hidma li jinkludi l-pilastri ta’ azzjoni li qed issemmi
hawn taht u l-membri ta l-istaff gew inkarigati minn oqsma differenti u
li jirrapurtaw direttament dwarhom lid-Direttur Generali. Barra dawn
il-pilastri il-GRTU hadmet ukoll fuq numru ta` kwistjonijiet li johrogu
minn programm ta` hidma tal-EuroCommerce u UEAPME u li jolqtu
lill-Kummercjanti u l-SMEs kemm f’Malta kif ukoll fil-kumplament
tal-Unjoni Ewropea. Dwar din l-issue importanti u l-hidma taghna
qieghed nirraporta aktar l-isfel. Il-pilastri tax-xoghol taghna kienu
dawn:
• L-ekonomija lokali
• Retailing u s-sistema ta`distribuzzjoni
• Kummerc lokali u internazzjonali
• Transport u logistika u portijiet
• Affarijiet tal-Konsumatur u ta Kompetizzjoni Gusta
• Agevolazzjonijiet fiskali u skemi ta`support lill-SMEs
• Zvilupp u Kostruzzjoni
• Energija u Ambjent
• Health and Safety u Food Hygiene
• Teknologija tal-informazzjoni
• Internazzjonalizazzjoni
• Attivita’ Ekonomika fil-Lokalitajiet
• L-Ekonomija Ghawdxija
• EU Funding u EU Support
• Affarijiet Rurali
• Affarijiet ta`sahha u s-settur tal-Farmacewtika
• Regolamenti u ligijiet tax-xoghol
• Taxxi u sistemi fiskali
• GRTU financing
Fil-GRTU
illum nimpjegaw tmienja min-nies u l-Kunsill jaqsam ix-xoghol bi
President u sitt Vici Presidenti. Illum ix-xoghol tal-GRTU kiber immens
u qed isir dejjem aktar difficli. Dejjem tikber il-problema ta` kif
nzommu lil kulhadd infurmat b`dak kollu li jigri. Fil-bicca l-kbira
tal-kazi l-membri jkunu jafu biss dak li jolqot lilhom direttament u ma
jobsru qatt li hemm elf haga ohra li fuqhom l-GRTU qed tahdem.
Il-fiducja hi ghalhekk importanti hafna ghax nohorgu kemm nohorgu GRTU
newSTRINGS, nibghatu kemm nibghatu emails u ittri, ncemplu kemm
incemplu u naghmlu kemm naghmlu laqghat, qatt mhu bizzejjed biex
kulhadd ikun infurmat u jkun sodisfatt. Infatti illum hi spiza enormi
ghal GRTU biex izzomm il-membri l-hin kollu infurmati. In-Newsletter
li naggornaw kwazi kuljum flimkien mal-website u l-emails ma jaqtghu
qatt, u t-telefonati jiswew il-flus. Anki l-laqghat, posta, printing u
dak kollu li hu mehtieg jghamlu parti mill-infieq taghna u ghalhekk hu
important li ahna nibqghu nishqu fuq il-hlas regolari tal-menswalita’
ta’ kulhadd, xorta wahda izda il-GRTU mhux kapaci tiffinanzja lilha
innifisha kieku mhux ghax b’hila ohra qed ingiebu fondi ohra u nbieghu
servizzi lill-membri li bihom nilhqu l-ghanijiet taghna.
Qed
nghamlu sforz kbir ukoll biex inzommu l-ispejjez taht kontrol, fejn qed
nuzaw l-elettronika li tghina nikkomunikaw b’mod aktar irhis, dan
minghajr ma innaqqsu l-livell professjonali li lllum is-sidien
tan-negozzji u l-awtoritajiet pubblici jippretendu minn ghaqda kbira
bhal ma hi l-GRTU. Illum l-ufficini tal-GRTU fil-Belt m`ghadhomx dawk
mudlama li kienu darba imma huma ufficini moderni li jilqghuk u s-sala
taghna illum hi attrajenti u l-organizazzjoni b’hekk tigbdek aktar.
Pero qed nahdmu wkoll hafna fil-lokalitajiet grazzi ghall-kooperazzjoni
shiha li ghandna ma hafna Kunsilli Lokali kif ukoll ma kazini
fil-lokalitajiet. Il-problemi fil-lokalitajiet kemm f`Malta kif ukoll
f`Ghawdex zdiedu hafna u ghalhekk li llum ghandna lil Carmen Borg
persuna dedikata ghal dan ix-xoghol. F’oqsma ohra ukoll ghandna nies li
qed jiddedikaw hafna mill-energija taghhom biex il-qasam fdat f’idejhom
jigi l-quddiem.
Qasam important li illum attivi hafna fih hu dak
tal-ambjent. Kwistjoni ohra importanti ghalina bhala organizazzjoni li
nirraprezentaw in-negozjanti hi dik tal-immaniggjar ta` skart u
problemi ta` energija u ta`riciklagg. Illum ghandna lil Joe Attard,
persuna li ddedikat ghal kollox fuq xoghol marbut ma dan il-qasam.
Il-GRTU illum thaddem skema ta`compliance u immaniggjar ta` skart
ricikabbli li hi l-aqwa fil-pajjiz. Illum Green MT, li hi kumpanija
100% owned mill-GRTU, hi responsabbli ghall-gbir ta` kwazi elf u tmien
mitt (1800) tunnellata ta` skart tal-ippakkeggjar u bil-kuntratti li
ghandna ma` numru kbir ta` Kunsilli Lokali qed nigbru 79% ta`dan
l-iskart. Dan hu qasam li kull ma jmur qed isir dejjem aktar importanti
u xogholna hu li nnaqsu l-piz ta’ dan kollu ghan-negozjant. Wara li
l-GRTU wahedha iggieldet lill-Gvern meta kien ser idahhal sistema
ta`depoziti fuq kull prodott u packaging, skema li kieku dahhlet
kienet iggennen lil konsumaturi u ssallab wahda nobis lir-retailers
kollha. Il-GRTU accettat l-obbligu li lil Gvern ittieh u thaddem hi
alternattiva li filwaqt li tiffavorixxi lir-retailers u lil importaturi
billi tnaqqsilhom l-piz enormi li ghandhom taht il-ligi, ukoll tghin
biex pajjizna jkun aktar nadif u nkunu kapaci nibzghu aktar ghal
sahhitna u nindukraw l-interessi tan-nies kollha li jaqalghu hobzhom
minn dan is-settur.
Illum Green MT, u maghha l-GRTU, hi
rispettata immens tax-xoghol li qed taghmel f`dan is-settur u bis-sahha
ta` dan hafna importaturi illum dahhlu fil-GRTU bhal ma dahhlu wkoll
il-bicca l-kbira tal-waste carriers u l-operaturi licenzjati fil-qasam
tal-immaniggjar tal-iskart. Ix-xoghol li l-GRTU ghamlet f`dan il-qasam
hu immens. Ir-rizultati bdew jidhru. Baqa hafna u hafna xi jsir u rridu
nahdmu aktar biex inkissru l-injoranza kbira li baqa` fuq dan
is-suggett fost hafna negozjanti, injoranza li mhux biss qed ggieghel
lil min jghaddihom biz-zmien imma wkoll li qed ittelfilhom
opportunitajiet godda.
Il-proposti li l-GRTU tressaq quddiem
il-Gvern huma ghal kull qasam. Il-qasam tal-izvilupp u tal-kostruzzjoni
hu wiehed fejn il-GRTU ma tieqafx tressaq f`isem dan is-settur
soluzzjonijiet prattici ghal problemi reali. Fl-ekonomija taghna
l-izvilupp fil-kostruzzjoni huwa mutur importanti li minnu jghixu
direttament u indirettament hafna negozji u hafna self employed.
Sandro Chetcuti li jmexxi l-Kumitat f`dan il-qasam, ghandu warajh
numru kbir ta` zviluppaturi u kuntratturi u l-Gvern jaghmel sewwa li
jaghti kaz hafna ta`dak li illum l-GRTU tghid f’isem dan is-settur.
Il-proposti
tal-GRTU ghar-riforma tal-MEPA kienu fost l-aktar dettaljati u precizi
u nflewenzaw bil-kbir dak li eventwalment il-Gvern ippropona.
Ikkonvincejna ukoll lill-Gvern li jwaqqaf Joint Working Committee, kif
fil-fatt gie mhabbar fil-Budget 2010, u dan il-Kumitat ser jahdem fuq
pakkett shih ta’ proposti illi zviluppaturi membri tal-GRTU ipprezentaw
lill-Gvern u li l-Gvern ma lahaqx inkorpora f’’Budget 2010. Il-Proposti
tal-GRTU huma immirati li jaghtu nifs gdid u futur ahjar lil dan
is-settur importanti. Mhux ta b’xejn li f’hafna okkazjonijiet il-Prim
Ministru ta’ Malta ifahhar lill-GRTU bhala l-organizazzjoni Nazzjonali
li l-aktar li tinfluwenza l-politika tal-Gvern u li l-aktar li
tipprezenta suggerimenti u proposti effettivi. Qatt il-GRTU bhala
organizzjoni ma kellha l-influwenza u l-livell ta’ stima li ghandha
illum. Budget 2010 juri bil-fatti kemm dan hu vera. Il mira taghna issa
hi li fl-2010 inkomplu fit-triq li qbadna u nizguraw li l-iskemi li
pproponejna jitwettqu.
Qasam iehor li llum il-GRTU hi
attiva hafna fih u tirraprezenta firxa wiesa hafna ta’ negozji li
jiddependi minnu hu dak tat-turizmu. Il-GRTU temmen li c-cifra ta’
miljun u mitejn elf turist fis-sena hija cifra baxxa wisq biex issostni
l-investimenti kbar li retailers, importers, restaurants, bars,
catering u service providers bhal rent-a-car, coaches, tour operators
ecc ghandhom f’dan is-settur. Dan is-settur fil-GRTU hi raprezentata
b’mod b’sahhtu minn Philip Fenech, li hu wkoll membru tal-Bord
tal-Awtorita’ Maltija tat-Turizmu u f’isem dan is-settur il-GRTU
ipprezentat pakkett shih ta’ proposti. Il-GRTU qed issostni li
t-turizmu jrid jinfirex ahjar ma’ Malta kollha u rridu noholqu aktar
postijiet ta’ akkomodazzjoni fil-lokalitajiet. Il-GRTU qed tahdem
fil-qrib mal-Kunsilli Lokali u mas-Segretarju Parlamentari ghat-Turizmu
u s-Segretarju Parlamentari ghall-Kunsilli Lokali biex il-pjan fil-GRTU
jitwettaq. F’dan il-qasam baqa’ hafna xi jsir biex dak li rridu
jitwettaq.
Qed nistennew wkoll li l-Gvern li jkompli jwettaq
il-proposti li l-GRTU resqet ghal qasam tal-farmacewtika u tas-sahha,
qasam li ghall-GRTU imexxi b`mod kapaci Mario Debono mghejjun minn
Alfred Barthet. Il-Pharmacy of Your Choice (POYC) hi holqien tal-GRTU
u l-GRTU mhux se tieqaf qabel tara skema nazzjonali li twassal ghand
kull pazjent medicina addattata, f`waqtha, bl-aktar mod efficjenti u
prezz effettiv u li tirrendi lil kull sid ta` spizerija fil-lokalita’ u
lil kull importatur il-qlieh dicenti tieghu. F`dan il-qasam qed nahdmu
wkoll mal-Gvern biex il-programm tar-riforma tas-sahha tal-poplu
tithaddem bl-involviment shih tal-privat, minghajr ma jiddahhal xkiel u
pizijiet zejda fuq s-settur privat u li jibni fuq l-inizjattiva
privata. Anke f’dan il-qasam il-GRTU illum hi leader u ghandha
inflewenza kbira fuq id-decizjonijiet tal-Gvern.
Il-GRTU
wkoll ghaddejja b’numru ta’ laqghat u inizzjattivi ta’ tahrig
lill-imsiebha biex dawn jifhmu aktar ir-ricessjoni li laqtitna u meta
tghaddi din il-mewga kerha hafna ditti li ma jkunux irristrutturaw,
bidlu l-istruttura ta l-ispejjez taghhom u ma jkunux investew
f’inizjattivi u f’innovazzjoni godda ser isibuha bi tqila biex jibqghu
jikkompetu. Dawk li dahlu ghal maltempata diga mifnija
bid-diffikultajjiet finanzjarji ser isibuha bi tqila biex jkomplu
jfendu ghax il-kompetizzjoni ser tkun hafna aktar akuta. Huwa ghalhekk
li f’dawn l-ahhar xhur kissirna mohhna u iddedikajna l-hin kollu taghna
biex ninbuttaw lill-Gvern u lill-banek kummercjali u lill-awtoritajiet
statali biex ipoggu fuq l-oghla post tal- prijoritajiet taghhom
il-problemi tan-negozji zghar u medji ta’ pajjizna. Hu ghalhekk li
l-GRTU hadmet biex l-iskemi ta’ appogg lin-negozji li jithaddmu
mill-Malta Enterprise jkunu miftuhin ghal kull tip ta` negozju u mhux
biss ghall-manifattura. Illum kummercjant, sole trader, u kull settur,
anke retailer u self employed, jista` japplika ghal ghajnuna.
Illum
il-GRTU ghandha postha fil-Bord tad-Diretturi tal-Malta Enterprise u hu
success kbir ghal GRTU li skemi bhal dawk tal-energy saving, bhal dik
tal-assistenza fuq safar biex jinstabu swieq u sorsi ta’ importazzjoni
godda, skemi ta` self ta` micro credits, skemi ta` agevolazzjonijiet
fiskali u tax credits u skemi ta` support fuq energy audits, marketing
innovation, restructuring, likwidita`, energy costs, irrangar ta`
hwienet u workshops, xiri ta` makkinarju u apparat gdid, investimenti
fuq health and safety u fuq access ahjar ghal min ghandu problemi
fizici u biex jinholoq impjieg gdid, huma kollha disponibbli
ghan-negozji z-zghar Maltin kollha.
L-istess l-iskemi mhaddma
mill-ETC. Illum dawn miftuha ghan-negozji zghar. Irnexxielna wkoll
inhajru l-Gvern johloq fond gdid biex jghin in-negozji tal-Crafts u
hdimna biex fl-ahhar se jkun hemm ligi wahda li tippromwovi u ssostni
n-negozji z-zghar. Is-Small Business Act hu progett li l-GRTU ilha
tahdem fuqu fuq livell Ewropew u livell Malti sa mill-1996. Il-GRTU ta’
Malta kienet arkitett ewlieni tac-Charter for Small Businesses li
iddahhal fis-sena 2000 u illum kienet ewlenija fil-proposti dwar
is-Small Business Act. L-istess fuq il-ligi dwar is-servizzi li
taghmilha veru possibbli li negozji zghar Maltin jiehdu xoghol
fil-pajjizi l-ohra Ewropej bla ma nkissru dak li ghandna f`Malta.
Il-GRTU wahedha ghal snin twal hadmet fuq suggetti bhal dawn u ohrajn
li huma ta` vantagg ghan-nies fin-negozji immexxijin minn sidhom stess.
Matul
din is-sena enfasizzajna hafna l-qasam internazzjonali. Abigail Mamo
bhala r-responsabbli ghal dan is-settur hadmet biex inkunu up to date
fuq l-issues li l-Kummissjoni Ewropea tressqilna u li dwarhom tkun trid
l-opinjoni tal-kummercjanti Maltin u hdimna wkoll biex inwettqu
l-programm ta` hidma miftiehem fuq livell Ewropew mal-EuroCommerce u
l-UEAPME, iz-zewg organizazzjonijiet li maghhom l-GRTU hi integrata.
Hdimna wkoll biex insibu swieq godda u opportunitajiet godda
ghan-negozji rapprezentati mill-GRTU u irnexxielna nilhqu ftehim ma`
numru ta` organizazzjonijiet u kmamar li jirraprezentaw lin-negozji
zghar u medji f’diversi pajjizi biex dawn joffru l-ghajnuniet kollha
taghhom lis-sidien tan-negozji Maltin li jfittxu kummerc u investiment
gdid u inizzjattivi godda ma` pajjizi ohra.
Mhux facli li
negozjant ifittex kuntatti godda jekk fil-pajjiz li mieghu jkun ser
jahdem m`hemmx organizazzjoni li lesta li tghinu. Malta zghira,
Ambaxxaturi ftit ghandha, ghalhekk il-GRTU trid bilfors tipprovdi
pjattaforma li tghin lin-negozjant Malti jiffaccja l-problemi li zgur
jiltaqa’ maghhom meta ikun qed jifrex lejn pajjizi godda. Dan hu qasam
gdid ghall-GRTU u hafna membri taghna u l-esperjenzi ta’ ghaqdiet ohra
bhal GRTU f’pajjizi ohra uriet illi n-negozji rapprezentati mill-GRTU
igawdu hafna minn din l-attivita gdida u din l-attivita’ tkun raguni
biex aktar sidien ta’ negozji jissiehbu u jkunu attivi fil-GRTU.
Din
is-sena ghamilna arrangamenti ma` organizazzjonijet f’ numru ta pajjizi
fosthom l-iZvezja, ir-Repubblika Ceka, il-Polonja, il-Qatar, l-India u
d-Danimarka. Dan hu qasam li rridu nahdmu aktar fih. Min ghadu jahseb
li hu s-suq lokali biss hu l-ghalqa li fih irridu nahdmu hu zbaljat bi
kbir. L-appogg li llum ghandha l-GRTU minn hafna imprendituri l-aktar
dawk zaghzagh u f’oqsma godda juri li qeghdin fi triq is-sewwa.
Pajjizna irid hafna minn barra u illum l-elettronika taghmilha possibli
biex inkunu aktar ambizzjuzi u nimmiraw li nbieghu l-hiliet taghna
f’pajjizi ohra. L-opportunitajiet huma kbar pero irridu nahdmu biex
insibuhom u nsahhuhom. Irridu tant u tant minn barra u hemm
opportunitajiet bla razan u irridu ngharfu nsibuhom.
Il-GRTU
se tkun tahdem aktar f`dan il-qasam. Bhal ma qed tahdem ukoll hafna
fil-qasam tal-innovazzjoni u tar-ricerka u tal-informatika. Irridu
inkunu kapaci u nkunu ta` gwida u ta` servizz lill-membri taghna.
Iz-zmien li l-GRTU tkun organizazzjoni li tinbah u tnewwah biss ilu li
ghadda. Illum l-GRTU hi ghaqda Nazzjonali li tanalizza, tipproponi u
torganizza attivita’ u servizzi li minnhom il-membri igawdu ghax
jitghallmu, jonqsulhom l-ispejjez u tghinhom jithargu u ifittxu
opportunitajiet godda. Il-futur tal-GRTU hu bhala organizazzjoni li
kapaci tkun ta` spalla u ta` support kontinwu lill-kummercjant u
investitur Malti biex fejn ma jasalx wahdu twasslu l-GRTU.
Il-possibilitajiet li ghandna quddiemna huma enormi. Ahna bhala
organizazzjoni lesti ghal din l-isfida.
Din is-sena l-GRTU
bdiet tahdem fuq progett biex flimkien mal-Gvern insahhu aktar
l-immagini tal-GRTU bhala l-lehen tal-kummercjanti u tal-inizjattiva
privata. Dwar dan tisimghu aktar fl-2010. Bdejna u se nkomplu fl-2010
b`laqghat fuq livell individwali ma` CEO`s u managers ta` kumpaniji
biex inkunu nafu l-problemi taghhom u nfasslu flimkien strategija ghal
quddiem. Irridu li anke dawk li mhux attivi fil-GRTU jsiru huma wkoll
ambaxxaturi tal-kummerc halli f`kull hin u opportunita’ mhux biss
inkabbru n-negozji imma ngibu aktar xoghol lejn Malta. Ghandna wkoll
programm ghaddej ta` laqghat ma` l-istituzzjonijiet kollha Maltin li
ghandhom influwenza fuq ix-xoghol tan-negozji Maltin u dawn il-laqghat
mhux biss qed jibnu relazzjonijiet ahjar ma` min jiddeciedi imma qed
jghinu lin-nies taghna jifhmu ahjar il-problemi li jkollu min irid
jiddeciedi. Illum il-GRTU m`ghadhiex biss tal-ufficjalita’ tal-GRTU
imma aktar u aktar tal-membri. Qatt daqs din is-sena ma ressqu nies,
hafna minnhom godda, lejn il-GRTU u attendew tant nies ghall-laqghat
taghna. Qed nahdmu hafna wkoll biex nibnu ko-alizjoni ma` hafna stake
holders ohra.
Permezz tal-MEUSAC u ta` hafna laqghat
bilaterali qed nahdmu mil qrib ma` ghaqdiet ohra biex fejn nistghu
nghinu lil xulxin. Sahhahna kif ghedna ir-relazzjonijiet mall-Malta
Enterprise u ma` hafna regolaturi li minnhom jiddependu n-negozji. Fuq
kollox bnejna hafna relazzjonijiet b`sahhithom u mill-qrib ma` numru
ta` istituzzjonijiet u operaturi fuq livell tal-EU.
L-ghan
taghna huwa li f`Malta jkollna qafas li fih in-negozju jahdem u jikber.
Bis-sahha tal-pressjoni taghna il-Gvern waqqaf Better Regulation u
Simplification Unit li maghha l-GRTU tahdem bla waqfien. Hafna minn dan
ix-xoghol ma jidhirx. Fil-fatt hemm hafna xoghol ta` kuljum tal-GRTU li
ma jidhirx. Imma hu dan il-hafna xoghol, xoghol tal-GRTU li jaghmel
il-hajja tan-negozji Maltin ahjar.
Illum ahna nippruvaw
nanticipaw il-policies tal-Gvern u ninfluwenzaw kull regolament u
legislazzjoni. Mhux dejjem jirnexxielna. Ezempju car hu l-ligi
tal-kera. Hdimna aktar minn kulhadd biex ikun hemm ligi fair ghal
kulhadd. Kif inhi mhix tajba. Ghadna nirsistu. Imma l-GRTU trid
tibqa`sejra. Kuljum hemm legal notice jew ligi gdida li rridu naraw.
Qabel ma kienu jghidulna xejn. Illum bilkemm nistghu nlahhqu bil-volum
li gej fuqna u b`dak li nipproponu qabel ma jwettaq jew johloq
il-Gvern. Qatt il-GRTU ma kienet involuta b`mod integrat u mifrux daqs
illum.
Il-programm taghna ghalhekk jinkludi hafna focus
events fejn il-membri taghna u stakeholders ohra ngibuhom konxji ta`
issues li huma ma jkunux jafu bihom. Ezempju car kif hdimna hu fuq
il-bank charges, fuq il-hall marking fil-kaz tal-gojjellerija, fuq
l-akkreditazzjoni tal-kwalifiki, fuq id-dokumentazzjoni dwar
l-energija, fuq ic-certifikazzjoni tal-imbejjed u c-certifikazzjoni
tal-istandards tal-prodotti u tat-tahrig, fuq it-thaddiem
tad-distribuzzjoni tal-medicini, fuq it-taxxi tar-registrazzjoni
tal-vetturi u fuq is-sistemi tat-trasport pubbliku u s-sistemi mhaddma
fil-portijiet u fuq l-akkreditazzjoni tal-Corporate Social
Responsibility .
Il-programm taghna ghax-xhur li gejjin jinkludi dawn l-oqsma li dwarhom it-tim tal-GRTU diga qed jahdem:
1. Ambjent u logistika
• WEEE directive
• Direttivi dwar l-ikel u xorb.
•
Sustainability: se jkun hawn pressjoni fuq prodotti sostenibbli u
limitazzjonijiet lir-retailers fuq bejgh ta` aktar prodotti mhux
dizerabbli.
• Logistika: pressjoni ma tieqaf qatt li se tkompli tgholli l-infieq fil-portijiet u fit-trasport
• Freight: kif se niddefendu n-negozjant mit-tariffi dejjem ghola u inqas disponibbli
• Trasport pubbliku: r-riforma u l-kummerc fil-lokalitajiet u r-regolamenti li qed timponi l-ADT
2. Kwistjonijiet fiskali TCU
• Is-sistema ta` Tax Compliance Unit li l-Gvern irid jimponi aktar fuq il-kummercjanti
•
VAT: kif se tonqos il-VAT fraud li qed tkun kawza ta`hafna trading
illicitu li qed tkisser hafna negozji u dan bla ma nsallbu lil min hu
diga msallab
• Excise duties: qed isir ezercizju mal-Gvern biex
ikunu mnaqqsa d-differenzi bejn il-pajjizi u kif dawn se jolqtu
l-membri taghna f`dan is-settur.
3. Politika dwar l-ikel u l-konsumaturi
• Dehlin numru ta` regolamenti li jinvolvu s-settur kollu u maghhom il-kwistjoni tal-enforcement fuq il-labelling
4. Sahha u lifestyle
•
Sfidi godda li qed jinvolvu regolamenti godda biex jnaqqsu l-obezita’ u
l-alcohol u dan jaffetwa l-bejgh ta`prodotti u servizzi
5. Animal by-products
•
Il-GRTU hi involuta fir-ricerka ghax din tolqot bil-kbir lil hafna
negozji u importaturi minhabba l-mod kif irid jigi dispost kull tip
ta`ikel li jifdal.
• Regolamenti godda dwar food hygiene, animal
health u agricultural u food quality: issa l-qafas tal-legislazzjoni
f`dan is-settur kwazi lest u l-membri taghna f`dan il-qasam se jsibu
ma`wicchom hafna riformi
• Il-kwistjonijiet kollha dwar food safety: il-GRTU bdiet tidhol f`dan il-qasam bil-kbir u hemm hafna xoghol xi jsir
6. Information and Communication Technologies
• RFID: irridu noholqu aktar awareness fis-settur kummercjali fuq l-applikazzjoni.
• Il-possibilitajiet li dan joffri e-commerce
•
Business to Business electronic markets: in-negozjant Malti jrid jiehu
l-vantaggi kollha. Il-GRTU irsistiet biex l-iskemi ta` support
mill-Malta Enterprise issa jkunu miftuhin ghar-retailers u x-xoghol
tal-GRTU f`dan il-qasam irid jitkompla biex il-membri jgawdu mix-xoghol
li qed naghmlu
7. Consumer Affairs
• Id-Direttiva dwar
id-drittijiet tal-kosumatur: l-EU trid harmonization, f`Malta ghandna
gold plating il-fuq milli timponi l-EU, pero`l-Ewropa ma jistax jkollha
25 set ta` legislazzjoni u pajjiz bhal Malta, zona turistika trid
tlahhaq ma` ta` kulhadd
8. Collective Redress
• Il-ligijiet
Ewropej qed jinbidlu biex il-collective redress tkun tista issir ukoll
fil-Qrati taghna. Din lilna tghinha bhala organizazzjoni imma negozju
li jkun milqut b’xi kawza bhal din jista jissallab. Il-GRTU qed issegwi
din il-kwistjoni.
• Consumer Competition: diehla direttiva dwar dan li ghas-size ta` negozji li ghandna f`Malta bilfors li irridu nikkumbattuha
9. Data and Privacy Protection
•
Issa li hafna qed juzaw l-ghodod elettronici importanti li l-GRTU
tizgura li l-membri taghha jkunu infurmati sewwa ghax il-ligi hemm
qeghda u l-kawzi malajr jibdew ghax hemm pressjoni
10. Market Information
•
F`Malta l-Gvern mhux qed joffri servizz adekwat dwar il-possibilitajiet
kollha ta` kummerc fl-EU u l-pajjizi mhux kollha qed johorgu
l-informazzjoni
11. International Trade
• TDI rules: il-kwistjoni tal-anti dumping rules
•
Rules of Origin: il-GRTU ma`msiehba ohra tal-EuroCommerce qed tahdem
biex ir-regolamenti jsiru anqas komplessi ghax dan jiftah bieb wiesgha
ghal Maltin biex jinnegozjaw man-North Afrika ghall-EU markets
•
Il-kwistjoni tal-made in label :Il-Kummissjoni trid li l-made in label
tkun mandatorja. Din ghandha hafna implikazzjonijiet ghas-suq zghir
Malti
• Tariff Classifications: qed nahdmu biex it-tariffi fuq
prodotti li jiddahhlu bl-EU jsoffru minn sistemi ta` tariffi aktar
ragonevoli
12. Electronic Customs
• Riforma fis-sistema
tad-dwana: se jiddahhlu sistemi godda bl-iskuza tas-security li fil-kaz
ta` Malta jkun ifisser aktar xkiel fuq l-importazzjoni
•
Is-sistema moderna ta`Custom Code: issa s-sistema wasslet fl-ahhar fazi
tal-implimentazzjoni bla ma ghad ghandna studju tajjeb tal-impatt fuq
is-setturi milqutin
13. Payment Systems
• Is-sistema
tal-Credit Cards u l-pizijiet zejda fuq in-negozji: ghalkemm dahlet
is-sistema tas-SEPA, is-sistema tal-credit cards baqghet
anti-kompetittiva u bi spejjez esagerati ghall-kummerc
• Mobile
payments: din sistema li qed toffri sfidi kbar lir-retailers u f`Malta
ghadna fil-bidu li niflu l-impatt. Il-GRTU qed tlesti.
• Fraud
Prevention: din theddida kbira ghan-negozji. Il-GRTU attiva mad-Dwana u
mad-Dipartiment tal-Kummerc u mal-Puluzija pero` irridu nsibu mezzi
ahjar biex naraw li r-retailer ma jehilx hu ghal dak li jwikkih bih
haddiehor
• E invoicing: Qed isiru tahdidiet mall-Gvern biex tidhol aktar sigurezza u dwar dan ukoll diehla direttiva gdida.
14. SME`s u l-Enterprise Policy
• Il-Late Payments Directive: GRTU trid tkun attenta ghal indhil zejjed fuq Business to Business transactions
•
Environment compliance and assistance programme: il-GRTU involuta
f`diskussjoni fuq livell ewropew u lokali biex in-negozji zghar
tizdidilhom l-ghajnuna
• Small Business Act: il-GRTU issa trid tara progress. Ghamilna wisq xoghol u ghandna ftit rizultati
•
Direttiva dwar l-Accounts tan-negozji zghar: il-GRTU ilha s-snin tahdem
biex n-negozji zghar ikollhom financial return semplici. Il-Gvern Malti
issimplifika imma fil-verita issimplifika ftit wisq
15. Social Affairs u Social Dialogue
•
Revizjoni dwar id-direttiva li tolqot haddiema pregnant: il-GRTU qed
tirsisti biex tissalvagwardja l-interessi tan-negozji z-zghar
•
Direttivi dwar trattament ugwali: din biex tithaddem f`Malta iggennen
lil hafna negozji zghar u l-GRTU qed titlob salvagwardja
• Posting of workers directive: din se tolqot lil hafna intraprizi Maltin hekk kif jibdew isibu xoghol f`pajjizi ohra
• Id-Direttiva dwar impjieg stagjonali: tolqot hafna hafna lil zona turistika bhal Malta
•
Il-Migrazzjoni: il-GRTU qed issegwi mill-qrib l-izviluppi f’dan
is-settur, kemm f’Malta kif ukoll barra ghax din il-problema hi sikkina
li taqta miz-zew