Il-GRTU ghal darb'ohra kitbet lill-Hon Jason Azzopardi rigward il-kwistjoni tal-confectioners: Il-laqghat li saru qabel ma hareg l-ahhar Avviz Legali kienu apposta zvijati b'informazzjoni zbaljata. Meta l-GRTU indagat kemm ma' Awtoritajiet Pubblici kompetenti kif wkoll fuq il-post fejn hu allegat li qed isiru l-abbuzi u wkoll hadet il-pariri ta min verament jifhem u ghandu esperjenza tal-problema li t-tibdiliet fir-regolamenti kienu qed jimmiraw li jirrizolvu, hareg car li l-Gvern kien qed jipprova jizvija jew kien hu innifsu zvijat.
Dan hu l-punt li ahna ppruvajna naghmlu fl-ahhar laqgha maghkom. Sfortunatament kemm int u aktar u aktar l-Onorevoli Dr Demarco ridtuna bilfors nimxu fuq it-triq zbaljata li qbadtu intom: dik li tibqghu issostnu li l-problema hi wahda li tista' tigi rrangata bit-tbaghbis mal-Licenzji tan-negozji u mhux billi jithaddem pjan serju ta' sorveljanza biex jinqabad u jkun ikkastigat min jabbuza.
Dwar thaddim ta' Licenzji ahna nergghu nghidulek bil-kitba li dak li ssostnu intom hu zbaljat. Il-konsumaturi ta' Malta u Ghawdex kollu jghidu x'jghidu l-Ligijiet, kif kienu miktuba, draw jixtru bil-kumdita' kollha minn hwienet specjalizzati kull bzonn ta' kuljum li jridu bhala ikel u xorb anke wara d-disgha u hi hrafa li fl-2011 jigi xi hadd u din il-kumdita' jnehhija b'legizlazzjoni u lil tal-hanut li b'sagrificcju jibqa' jahdem tard wkoll b'Ligi taghmlu kriminal.
Ahna hsiebna li wara li smajtuna kontu se tirrevedu u meta tirrevedu turuna x'se taghmlu. Imma mhux hekk ghamiltu. Ahna ma niddeciedux ahna. Nitkellmu man-nies taghna niehdu parir u naddottaw il-pozizzjoni taghna skond dak li jkun jidher li hu fattibbli u li jaghmel sens fuq mhedda ta' snin. Hekk imxejna ghal hafna snin u b'hekk gibna tant bidliet. Ahna nsoffru hafna propaganda rhisa u negattiva imma nafu li llum ghandna Stat dejjem jirranga fejn il-konsumatur hu dejjem moqdi ahjar u fejn zammejna minimu ta' protezzjoni lin-nies taghna u l-impjegati taghhom biex jistrihu u wkoll b'rispett lejn it-tradizzjonijiet tal-Maltin.
Dawn l-Avvizi Legali li ivvintajtu issa imma huma pass serju lura. Daqq ghal-gallarija, tmeghiek lis-sidien tal-hwienet. Dan biex ma nghid xejn fuq l-gharukaza ta' multi u pieni. Kif setgha xi hadd jahseb li l-GRTU setghet xi darba toqghod ghal dan.
L-Avviz Legali 228/2011 jrid jitnehha. Hu anti-kompetizzjoni. M'ghandu x'jaqsam xejn mal-problema li tridu tindirizzaw. Hu jmur kontra prattici kummercjali ibbazati fuq il-principju tas-suq. Hu biss gharbiel biex il-Gvern jidher li qed jaghmel xi haga biex isolvi problema li issa dejqet lil kulhadd u li biex tissolva trid li xi hadd ixammar u jissorvelja bis-serjeta' z-zoni mifnija u jwarrab lil min qed jabbuza fit-toroq u jdejjaq lin-nies.
In-nies taghna ma kellhom qatt jintuzaw bhala scapegoats. Il-kwotazzjonijiet qisna tfal fil-klassi lilna ma jimpressjonawniex. In-nies azzjoni jridu. Jekk tmur tara b'ghajnejk tkun taf li ghandna ragun u li l-Avviz Legali 228/2011 ma solva xejn. Holoq biss problemi lil hafna nies li kienu jinqdew b'kumdita' ma' Malta u Ghawdex kollu u deffistu l-Pulizija fejn ma jesahhiex.
Uzajtu l-ghodod li ghandkom f'idejkom hazin hafna. Din problema ta' hadd'iehor mhux ta' min hu responsabbli mill-kummerc u mid-drittijiet tan-negozji.