d-Distributuri tal-Gas jinfurmaw lill
pubbliku li minn nhar it-Tnejn 20 ta’ Dicembru, 2004 ser tibda sensiela ta’
protesti mid-Distributuri tal-Gas kontra l-atitudni tal-Bord tal-Enemalta
Corporation li injora ghall-kollox it-talbiet taghhom ghat-tigdid tal-Kuntratt
taghhom mall-Enemalta.
Id-Distributuri tal-Gas jinfurmaw lill
pubbliku li minn nhar it-Tnejn 20 ta’ Dicembru, 2004 ser tibda sensiela ta’
protesti mid-Distributuri tal-Gas kontra l-atitudni tal-Bord tal-Enemalta
Corporation li injora ghall-kollox it-talbiet taghhom ghat-tigdid tal-Kuntratt
taghhom mall-Enemalta.
Id-Distributuri tal-Gas kull tlett snin
jinnegozjaw u jiftehmu fuq ftehim ghall-tlett snin ohra li jirrevedi l-hlasijiet
dovuti lilhom skond l-gholi tal-hajja, l-gholi tal-indici tal-pagi tal-haddiema
fis-settur taghhom, z-zieda fi prezzijiet fis-servizz taghhom bhal ma huma zieda
fit-taxxi (Eco Tax u Mobile Telephony Excise Tax), zieda fil-prezz tad-diesel u
zidiet ta’ hlasijiet ta’ servizzi bhal tiswijiet u bdiel ta’ ingenji,
assigurazzjoni u spejjez ohra. Din id-darba wkoll dahhlu spejjez godda wara li
f’Malta gew introdotti pizijiet godda ta’ compliance wara d-dhul ta’ Malta
fl-Unjoni Ewropeja.
L-Enemalta minflok ghamlet bhas soltu bdiet
tinnegozzja t-tigdid ta’ Kuntratt li ghalaq fl-ahhar ta’ Frar li ghadda, hadet
ghaxar xhur li fihom baqghet l-anqas biss bdiet
tinnegozja.
Is-sitwazzjoni kompliet tihzien wara li l-Enemalta
Corporation minhabba zbalji taghha, irtirat mic-cirkulazzjoni eluf ta’ cilindri
bla ma hazbet biex iggib ohrajn minflokhom bil-konsegwenza li kull distributur
beda jiehu hafna anqas cilindri mis-soltu. Dan irrizulta b’nuqqas serju ta’
bejgh u telf kbir ghal kull distributur li mhux qed ikollu dhul bizzejjed biex
ikopri l-ispejjez u hlas ta’ pagi ghalih u l-impjegati tieghu. Id-distributur hu
self-employed li jhallas lilu innifsu biss wara li jkun hallas l-ispejjez kollha
u l-pagi tan-nies tieghu u ma jistax jibqa ghaddej jissussidja s-servizz minn
butu.
Is-sitwazzjoni issa hzienet aktar ghax wara z-zieda qawwija
fil-prezz tal-pitrolju hafna qed jaqilbu ghall-gas meta d-distributur m’ghandux
cilindri bizzejjed, l-impjant ta’ Birzebbuga qed jahdem biss nofs ta’ nhar
fil-bicca l-kbira tal-granet. Iz-zieda fid-domanda tfisser aktar inkwiet ghad
distributur mal-klijenti tieghu u aktar telf fuq kull cilindru li
jbiegh.
Hu ghalhekk li d-distributuri nhar it-Tnejn 20 ta’ Dicembru 2004,
mhux ser johorgu jqassmu l-gas bhas soltu. Dan qed isir bhala bidu ta’ kampanja
ta’ protesti mid-Distributuri. Id-Distributuri jiskuzaw ruhhom mall-klijenti
taghhom li gew sfurzati mill-awtoritajiet li jiehdu din l-azzjoni.
It-tama tad-Distributuri hi li l-Gvern jirrejalizza l-mod ingust kif qed
ikunu ittrattati d-Distributuri u jsib soluzzjoni bla htiega ta’ aktar
azzjonijiet. Jekk l-Enemalta qed titlef mill-bejgh tal-Gas dan zgur mhux tort
tad-distributuri tal-gas u din m’ghandhiex tintuza bhala skuza biex l-gvern
jippretendi li d-distributuri jissussidjaw huma minn buthom l-bejgh tac-cilindri
tal-gas.
Il-GRTU, li tirraprezentha lid-Distributuri kollha tal-Gas qed
taghmel kull sforz biex tinstghab soluzzjoni gusta ghall-kulhadd.