L-esperti kollha mqabbda mill-GRTU u l-korpi kostitwiti kollha qabblu li l-ewwel sentejn tas-shubija fl-Unjoni Ewropeja ser ikunu ibsin ghal hafna intraprizi u negozji Maltin hekk kif l-ekonomija Maltija tirristruttura u tirrialloka ir-rizorsi taghha biex tikkompeti ahjar f’suq wiehed Ewropew. Li hadd mis-sidien tan-negozji u l-intraprizi Maltin ma kien stenna li l-Gvern u l-Awtoritajiet, flok li jkunu favur in-negozji u favur l-intrapriza halli dawn jerfghu l-piz kbir tar-ristrutturar bla tbaghtija zejda, bil-maqlub jkunu aktar mohhhom biex jimponu regolamenti u burokrazziji zejda bla kaz ta’ xejn tal-hsara li dawn il-pizijiet godda jkunu qed jaghmlu lill-intraprizi zghar ta’ pajjizna.

Ir-rizultat ta’ din il-politika zbaljata li haddmu b’entuzjazmu certi Ministri u Awtoritajiet, kien li llum ftit huma s-sidien tal-intraprizi u negozji li qed iharsu ‘l quddiem b’entuzjazmu. L-isfortuna hi li r-ristrutturar qed isir u r-riallokazzjoni tar-rizorsi qed issir u Malta ser tirnexxilha issir aktar kompetittiva, izda dan mhux grazzi ghal min xogholu kien li jtaffi l-pizijiet u jaghmilha facli ghall-intraprizi Maltin li jfendu u jikkompetu, izda grazzi ghall-isforzi u l-investimenti kbar tas-sidien tan-negozji u intraprizi Maltin li kontra kull kurrent baqghu jahdmu, jhaddmu u jinvestu.
Issa l-GRTU f’isem in-negozji u intraprizi Maltin tistenna li l-Gvern u l-Awtoritajiet fl-2006 jistembhu b’sabta u jpoggu l-intraprizi Maltin l-ewwel. L-ekonomijia Maltija ma tikbirx u l-budget deficit ma jitfejjaqx u l-impjieg gdid ma jinholoqx, jekk ghal Gvern u l-Awtoritajiet fl-2006 l-intrapriza ma tigix l-ewwel.
Dan hu l-messagg car tal-GRTU: l-ekonomija l-ewwel bl-intrapriza quddiem. Jekk l-2006 tkun sen’ ohra ta’ politika “regulation driven” u mhux “enterprise driven”, iz-zminijiet tajbin li issa bi dritt il-poplu Malti jistenna jergghu ghal darb’ ohra jintilfu. L-Awguri tal-GRTU hi li l-Prim Ministru jizgura li madwaru u f’kull Awtorita’, min imexxi jahseb b’sens ta’ intrapriza u mhux biss b’sens ta’ regolamentazzjoni u pizijiet. L-2006 trid tara l-bidla mill-paroli ghall-fatti.