Is-sitwazzjoni ekonomika ta’ pajjizna kif spjegat fl-ahhar statistika dwar il-GDP, turi sitwazzjoni hazina hafna. L-ewwelnett ghax turi dak li ilhom jghidu s-sidien kollha tan-negozji, li l-ekonomija mhux talli m’hiex tikber izda fil-fatt miexja b’lura. It-tieni ghaliex ic-cifri ippubblikati mill-NSO juru li r-ritmu ta’ tkattir ekonomiku waqaf ghal kollox u li dan il-waqfien issa ilu ghaddej ghal zmien twil wisq tant li issa s-sitwazzjoni saret allarmanti.
· IL-GRTU TIKKUMMENTA FUQ L-AHHAR ANALISI TAL-GDP IPPUBBLIKAT MILL-NSO
· IL-GRTU TITLOB BIDLA FL-ISTRATEGIJA EKONOMIKA U FL-ISTRATEGIJA LEJN L-UNJONI EWROPEJA
Is-sitwazzjoni ekonomika ta’ pajjizna kif spjegat fl-ahhar statistika dwar il-GDP, turi sitwazzjoni hazina hafna. L-ewwelnett ghax turi dak li ilhom jghidu s-sidien kollha tan-negozji, li l-ekonomija mhux talli m’hiex tikber izda fil-fatt miexja b’lura. It-tieni ghaliex ic-cifri ippubblikati mill-NSO juru li r-ritmu ta’ tkattir ekonomiku waqaf ghal kollox u li dan il-waqfien issa ilu ghaddej ghal zmien twil wisq tant li issa s-sitwazzjoni saret allarmanti.
Il-GRTU tinnota li r-ritmu ta’ tkattir waqaf fis-setturi kollha produttivi u baqa’ biss f’dawk is-setturi li, jew ghall-ragunijiet ta’ spekulazzjoni, jew bhal tar-retailing, ghax ma jistghux jaghmlu iehor fi zmien qasir, qed izidu l-output anke meta qed jizdiedilhom id-dejn u sparixxa l-profit. Iz-ziedu fuq pizijiet imposti mill-gvern u l-aktar iz-zieda fl-ispejjes fuq pagi, qed tisboq liz-zidiet fl-output bil-konsegwenza li l-profitti necessarji ghall-investimenti godda mhux qed jinholqu. Fl-istess waqt il-gvern u l-istituzzjonijiet pubblici flok li jghinu qed ikomplu jafsu b’aktar pizijiet u talbiet ghal hlasijiet b’lura fi zmien meta hafna u hafna intraprizi zghar u kbar huma maqbudin f’morsa ta’ tnaqqis fil-bejgh, dewmin aktar biex jithallsu u diffikultajiet dejjem jizdiedu biex jisselfu u jfendu.
Il-GRTU ghalhekk qed terga’ tenfazizza li jekk mhiex ser timbidel il-mixja b’lura li qabdet l-ekonomija, u li issa qed tidher li qed tingrana, ser jizdiedu bil-kbir il-problemi ghal hafna intraprizi u ghal eluf kbar ta’ impjiegi li ghandhom maghhom l-intraprizi privati. Ma jistax ikun, issostni l-GRTU li l-Gvern jibqa jghoddos rasu, mohhu biss f’dak li jghidulu il-burokratici tieghu, mohhu biss fli qed jigri fis-settur pubbliku u jinjora l-indikaturi ekonomici li kollha qed juru li l-ekonomija ghandha problemi serjissima u li s-settur privat ma jiflahx aktar.
Ic-cifri tal-GDP juru waqa’ ta’ 14% f’terminu reali fl-esportazzjoni ta’ prodotti u servizzi. Dan fi zmien meta suppost li qed nghamlu sforzi kbar biex nahtfu l-opportunitajiet li fethitilna l-Unjoni Ewropea. Jidher ghalhekk li l-istrategija kollha tal-Gvern lejn l-Unjoni Ewropeja mhiex tahdem. F’affari ta’ sena hareg bic-car dak li l-GRTU kienet ilha tishaq fuqu, li l-Gvern ma kellux strategija serja ta’ x’ser jaghmel wara li Malta tissieheb fl-Unjoni Ewropeja. Ir-rizultat hu li dan il-falliment ta’ l-istrategiji lejn l-Unjoni Ewropa aktar milli fiducja akbar fir-relazzjonijiet godda ta’ Malta mal-Unjoni Ewropeja holoq minn flok dizilluzjoni kbira.
Il-GRTU qed tappella lill-Gvern biex jirrevedi ghall-kollox il-metodi u strategiji li qed ihaddem fir-relazzjonijiet tieghu mall-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea u jibdel kull fejn hemm bzonn nies li illum jidher bic-car li wara li issehibna ma kellhom l-ebda pjan kif issa ser niehdu dak kollu li ghandna bzonn biex inkabbru l-ekonomija taghna. Mill-ghaxar pajjizi li dahhlu fl-Unjoni Ewropea, sena ilu, Malta biss waqghet f’dan l-abbiss. Ilum il-gvern jaqbillu jammetti li zbalja u jibdel illum qabel ghada. Is-settur privat irid jghin izda ma jista jekk kollox jibqa’ iddominat minn min falla u minn nies li m’ghandhomx hjiel ta’ entrepreneurship u ta’ x’inhu importanti biex ekonomija tikber billi tara li opportunitajiet godda ma jintilfux.
Il-GRTU twiddeb li l-ekonomija Maltija ma tistax tibqa ghaddejha bir-ritmu li qed juru l-ahhar cifri tal-GDP ippublikati. Dawn juru li l-uniku tkabbir sinjifikanti qed isir fil-qasam tal-proprjeta u tal-kostruzzjoni u fil-qasam finanzjarju li jirrifletti c-caqlieqa tal-investituri lil’ hinn mill-intrapriza li tohloq opportunitajiet godda ta’ negozju u xoghol u lejn qliegh bl-anqas impenn. Ic-cifri juru wkoll il t-tkattir li qed isir fis-settur pubbliku gej kawza taz-zieda allarmanti fid-dejn nazzjonali u fl-infieq mibni fuq it-tkattir tad-dejn u infieq iehor li qed ikollu jaghmel tajjeb ghalih is-settur privat produttiv u l-klassi medja, dik il-faxxa fis-socjeta’ li l-ekonomija taghna l-aktar li ghandha bzonn biex tistimola inizjattivi godda. Ma jistax ikun li min hu rersponsabbli ghall-ekonomija li dawn is-sinjali, li issa ilhom jidhru, ma jarahomx u jibqa ghaddej qiesu xejn mhu xejn.
Il-GRTU tara mis-sinjali kollha li qed jasluha b’aktar enfazi minghand is-setturi kollha li tirraprezentha li l-problema kbira hi l-inkoraggiment lil businessmen Malti biex jinvesti, jhaddem u jkabbar m’hemmx u xhin jintghasru l-weghdi jibqa’ ftit li xejn. Il-GRTU temmen li jekk l-gvern mhux ser jibdel l-istrategija ekonomika li ghandu, s-sitwazzjoni tibqa ma timbidilx. Timbidel biss meta s-sid tal-intrapriza u kull min irid jinvesti f’xoghol produttiv gdid jhoss li verament hu sostnut mis-sistema burokratika u amministrattiva ta’ pajjizna. Tinbidel meta min hu responsabbli ghall-istrategija nazzjonali lejn l-Unjoni Ewropeja juri bic- car li jaf x’inhu jaghmel, jaf xi jrid u jaf fejn hu sejjer u li fuq kollox ghandu nies b’sens ta’ inizjattiva u entrepreunership li kapaci jaghmlu verament id-differenza. Jrid fuq kollox juri li ghandu strategija li ghandha is-support tas-settur privat kollu u mhux biss ta’ ftit individwi tal-qalba.
Il-GRTU qed tappella biex jieqaf l-imbiex lis-sidien tan-negozji li issa qed idejjaq lil kulhadd u tinghata fiducja gdida lil min irid jinvesti fix-xoghol. Jekk ma jsirx hekk l-GDP jiebqa ma jikbirx.
Il-GRTU hi kommessa li tibqa’ tghafas biex tinbidel l-istrategija ekonomika zbaljata li l-gvern miexi biha illum. Dan hu il-messagg li qed jghaddu s-sidien tan-negozji minn kull qasam rapprezentat mill-GRTU.