Il-GRTU qed issostni li ma ghandux jkun hemm bidla fis-sistema tal-pensjonijiet qabel ma jsir studju serju tal-impatt ekonomiku u socjali ta’ kull bidla li tkun qed tigi proposta. Il-GRTU trid aktar dettal b’mod partikulari li studju dwar l-impatt fuq is-suq tax-xoghol b’zieda fl-eta tal-pensjoni. L-GRTU titkellem b’mod partikulari ghas-settur fejn is-sid tan-negozju jahdem hu nnifsu bhala self-employed u l-istudju ghandu juri l-impatt ta’ zieda obbligatorja fl-eta tal-irtirar fuq in-nies self employed li huma suggetti ghal sforzi fizici kbar fl-ezercizzju tas-sengha taghhom.
Il-Pozizzjoni tal-GRTU dwar il-Pensjonijiet
1. Il-GRTU qed issostni li ma ghandux jkun hemm bidla fis-sistema tal-pensjonijiet qabel ma jsir studju serju tal-impatt ekonomiku u socjali ta’ kull bidla li tkun qed tigi proposta. Il-GRTU trid aktar dettal b’mod partikulari li studju dwar l-impatt fuq is-suq tax-xoghol b’zieda fl-eta tal-pensjoni. L-GRTU titkellem b’mod partikulari ghas-settur fejn is-sid tan-negozju jahdem hu nnifsu bhala self-employed u l-istudju ghandu juri l-impatt ta’ zieda obbligatorja fl-eta tal-irtirar fuq in-nies self employed li huma suggetti ghal sforzi fizici kbar fl-ezercizzju tas-sengha taghhom.
2. Hafna fis-settur tas-self employed, u ohrajn mill-intrapriza tal-manifattura, kostruzzjoni, trasport u telekomunikazzjoni, ma jkunux jistghu jzommu l-livell ta’ produzzjoni taghhom b’impjegati ta’ eta’ kbira. Il-GDP ta’ Malta ghadu jiddependi hafna fuq il-kapacita produttiva tal-kapital uman u jekk l-output nazzjoanali jonqos ghax tonqos il-produttivita f’setturi importanti tal-ekonomija, l-piz tal-penzjoni fuq min jahdem jkompli jizdied. Is-sistema m’ghandha qatt tohloq xkiel ghat-tkattir ekonomiku u ghall-incentiva biex jinholqu postijiet tax-xoghol godda ghaz-zaghzagh. Min ifassal skema ta’ pensjonijiet bla ma jqies sew l-impatt fuq il-produzzjoni nazzjonali w jara biss l-impatt fuq il-finanzjament tal-iskema u l-finanzi tal-gvern, jkun qed jaghmel zball kbir. Il-GRTU trid ghalhekk tara wkoll aktar analizi tal-impatt tad-dizincentiva liz-zghazagh li jsibu postijiet tax-xoghol imblokkati f’Malta jekk iz-zieda fl-eta tal-irtirar tkun obligatorja. L-alternattiva tkun ta’ impjieg fil-kumplament tal-Unjoni Ewropea bil-konsegwenza li Malta titlef il-kontribuzzjoni ekonomika u l-kontribuzzjoni socjali taghhom.
3. Il-GRTU tistenna wkoll li ghandu jkun imkejjel l-impatt ekonomiku fuq aspetti ohra tal-ekonomija. Projezzjonijiet tal-accountants u studji statistici mhux bizzejjed. Dan hu zball kbir li ghamel haddiehor. Dan ghaliex ir-rapporti li saru s’issa huma bbazati wisq fuq teoriji u kalkoli li mhux dejjem huma korretti. Il-figuri demografici wkoll mhux qed jiehdu nkonsiderazzjoni adekwata tal-impatt tal-immigrazzjoni. Il-paragun dwar imigrazzjoni ghandu jsir ma dak fl-ibliet u mhux f’pajjizi kbar. L-iskema m’ghandiex tghabbi hafna fuq min jahdem ghax min ifassal l-iskema l-gdida jibbaza wisq fuq stampa pessimista ta’ kif ser tizviluppa l-ekonomija Maltija fl-20 sena li gejjien. Ghall-GRTU hu importanti hafna li minn jahdem ma jixxekkilx izzejjed u li min jirtira jkun kapaci jzomm livell ta’ infieq adekwat biex izomm lilu nnifsu sewwa u biex jghin bil-konsum tieghu iz-zamma ta’ ritmu ta’ tkattir fis-settur kummercjali. Il-White Paper hi fjakka hafna dwar analizi ekonomika.
4. Il-GRTU ghalhekk ma taqbilx li tizzarma s-sistema tal-lum qabel ma tkun assigurata dwar alternattiva ahjar ghaliex is-sistema tal-lum ssostni eluf kbar ta’ Maltin li d-dhul taghhom huwa essenzjali ghas-sostenn tal-kummerc f’pajjizna. Wkoll il-GRTU ma tarax htiega ta’ ghagla bla bzonn ghax mhux ser ikun hemm zbilanc fil-pensjoni sas-sena 2011 u mhux previsti problemi kbar qabel is-sena 2025. Il-GRTU ghalhekk ghandha tara li ma jiddahhlux mizuri parzjali bil-ghagla u m’ghandniex nibqghu ngennu n-nies izzejjed dwar l-pensjonijiet qabel ikun hemm ftehim fuq l-iskema kollha mall-partijiet kollha nvoluti, nkluza l-GRTU, f’isem is-self employed. Il-GRTU tfakkar li l-pajjizi li ghagglu u dahhlu sistemi mhux tant differenti minn dawk proposti fil-white paper, illum qed jirreveduhom ghax sabu li ma hadmux kif hasbu.
5. Il-GRTU trid li s-sistema l-gdida tellimina l-ingustizzji li jeziztu illum fejn nies, ghal skuza jew ohra, jinghataw pensjoni f’eta zghira, li kapijiet tal-gvern, ministri u kbarat ohra jinghataw pensjoni aktar minn haddiehor ghal l-istess livell ta’ kontribuzzjonijiet, u fuq kollox qabel ma jinbidel il-mod kif tinhadem l-income tal-ahhar li fuqu tkun bbazata l-pensjoni. Is-sistema li tinhadem illum tiddiskrimina kontra is-self employed. Barra minn hekk fis-sistema ta’ illum min ghandu l-pensjoni riveduta kull sena skond dak li jigri fis-salarji kurrenti u min (self-employed) il-pensjoni taghhom ma tkun riveduta qatt biex b’hekk fuq perjodu ta’ snin jiftaqru. Il-GRTU ma taghti kunsens ghall-ebda bidla jekk ma tkunx assigurata li r-riforma ser issewwi dawn l-anomaliji. Il-GRTU topponi kull proposta bhal dik li issemmiet fir-Rapport dwar is-sistema tal-pensjoni maghmul mill-esperti migjuba mill-World Bank biex s-self employed toghllilhom aktar l-proporzjon ta’ hlas fuq l-income taghhom bhala kontribuzzjoni socjali. Is-self employed m’ghandhom qatt jitpoggew fil-kategorija li jhallsu kontribuzzjonijiet kemm bhala haddiema kif ukoll bhala employers kif inhu propost fir-Rapport tal-World Bank. Din tmur kontra t-trend fl-Ewropa fejn is-self employed qed ikun rikonnoxxut bhala haddiem awtonomu u jinghata l-istess attenzjoni u beneficcji bhalma jinghataw haddiema li jahdmu ghall-paga.
6. Il-GRTU trid li s-sistema tkun cara u li ghal kull livell ta’ hlas ta’ kontribuzzjoni l-pensjoni ghandha tkun ugwali jekk l-ammont ta’ snin ta’ hlas ta’ kontribuzzjoni jkun skond in-numru miftiehem ta’ snin (per ezemplu 40 sena kontribuzzjonijiet jew numru ta’ snin ohra miftehma). Kull diskriminazzjoni ghandha titlaq. Il-kontribuzzjonijiet jithallsu minn kullhadd skond l-istess kriterji u l-hlasijiet ukoll isiru ghal kull kontributur bl-istess kriterji rrispettivament minn fejn kien jahdem. Hadd ma jiehu pensjoni shiha qabel l-eta ta’ 61 sena. L-option ta’ early retirement b’pensjoni shiha tghodd biss ghal min ikun hallas 40 sena kontribuzzjoni. Il-GRTU trid wkoll li titnehha r-restrizzjoni li tezizti illum li min, wara li jsir intitolat ghall-pensjoni wara li jkun hallas in-numru preskritt ta’ kontribuzzjonijiet, ikun imcahhad milli jibqa jzomm licenzji tan-negozju fuq ismu
jew li jibqa f’attivita kummercjali u produttiva. Meta individwu jkun hallas ghas-snin kollha u jkollu dritt ghall-pensjoni ghandu/ha jibqa’ jzomm id-dritt li jibqa attiv ekonomikament.
7. Dwar is-sistema proposta fil-White Paper ta’ First, Second u Third Pillar ta’ pensjoni l-fehma tal-GRTU hi li ghandu jkun hemm Fond ta’ Pensjoni wahda amministrata minn nies professjonali u accountable lejn il-kontributuri li jmexxu skond kriterji approvati mill-Parlament u skond strutturi u regolamenti approvati mill-MFSA. Il-kontributuri jkunu obbligati kif inhuma illum li jhallsu kontribuzzjoni minima fuq l-istess livelli li tithallas illum u li tintitulhom wara 40 sena kontribuzzjoni ghall pensjoni li tkun two thirds ta’ dhul annwali li jkun ekwivalenti ghas-salarju l-aktar li jinghata skond l-istatistika tax-xoghol u salarji – median income. Dan il-livell ta’ dhul jghola kull sena mhux kif tghid il-White Paper skond l-indici tal-prezzijiet, izda skond l-indici tal-pagi industrijali. Dan ghandu jsir biex il-livell ta’ pensjonijiet ma jiddistakkax ruhu mill-livell ta’ pagi imhallsa fil-pajjiz minn zmien ghal zmien. Din l-iskema tkun tifforma l-ewwel pillar tas-sistema tal-pensjoni u tkun obbligatorja bla ebda eccezzjoni u kull kontributur jiehu l-istess pensjoni, jahdem fejn jahdem u hu x’inhu l-grad tieghu.
8. Is-Second Pillar tal-pensjoni jkun ghall-dawk li jew permezz ta’ ftehim kollettiv jew minhabba n-natura tal-kuntratt tax-xoghol jew ghax b’ghazla volontarja taghhom jaccettaw li jhallsu livell ta’ kontribuzzjoni ghola mill-minimu rikjest ghal-First Pillar. It-Tieni Pillar tal-Iskema tal Pensjoni jkun joffri zewg terzi ta’ livell ta’ dhul skond il-paga jew salarju jew dhul dikjarat tal-kontributur qabel ma jirtira mahdum bhala medja tal-ahhar ghaxar snin ta’ dhul tal-kontributur. Dan il-livell ta’ dhul ikun aggustat kull sena skond l-indici tal-pagi industrijali mahdum mill-NSO. Din l-iskema tkun wkoll taghmel parti integrali mill-iskemi tal-Fond Centrali tal-Pensjonijiet u min jaccetta din l-iskema din tidhol flok l-obligu tal-Ewwel Pillar.
9. It-Tielet Pillar tkun offruta wkoll mill-Fond Centrali tal-Pensjonijiet Din l-iskema tkun toffri pensjonijiet addizjonali skond hlasijiet partikulari li l-kontributur jghazel li jhallas. Kontributuri li jghazlu li jhallsu ghall-pensjoni addizjonali taht l-iskema Centrali ma jkollomx l-obligu li jippartecipaw wkoll fl-iskemi minuri. Il-kontributur izda jista jghazel wkoll li ma jkollux it-tielet skema, jew li din it-tielet skema jghamilha mall-privat. Jekk l-kontributur jghazel izda li ghal din l-iskema addizjonali jorbotha ma skemi privati, ta’ assigurazzjoni dwar pensjoni, huwa/hija ma jkunx tista/jista’ jehles mill-obligu li jhallas taht l-iskema tal-pensjoni tal-Ewwel Pillar. L-GRTU trid li jinghataw incentivi fikali ghal min ikun irid ihallas aktar mill-kontribuzzjoni minima. L-inkorraggiment ta’ partecipazzjoni fl-iskemi tat-Tieni u tat-Tielet Pillar hu importanti biex il-livell tal-ghixien tal-pensjonant jibqa’ gholi bizzejjed mhux biss biex issostni lilu innifsu sewwa izda wkoll minhabba l-effett ekonomiku ta’ livell adekwat ta’ infieq mill-pensjonant. Partecipazzjoni qawwija fit-Tieni u t-Tielet skema tal-Fond Centrali tal-Pensjonijiet taghmel l-amministrazzjoni tal-Fond Centrali aktar profitabbli.
10. L-inkoraggiment ghandu jkun li l-kontribuzzjonijiet isiru fl-Iskemi Nazzjonali u mhux fuq Skemi Privati. Il-GRTU hi xettika dwar l-enfasi li qed tinghata fuq skemi ta’ pensjonijiet privati ghax dawn jistghu joholqu riperkuzzjonijiet ekonomici hziena hafna fuq ekonomija zghira bhal Malta jekk dawn il-fondi jghaddu minn perjodu ta’ diffikulta minhabba problemi finanzjarji mondjali. Li jigri hu li meta l-iskemi l-privati jfallu jew jghalqu l-problema taqa’ dejjem fuq l-iskema nazzjonali. Malta hi zghira wisq biex fi zminijiet ta’ diffikultajiet finanzjarji tista terfa wkoll lil min jsib ruhu f’diffikultajiet ghax ghamel ghazliet hziena. Ghalhekk li l-iskema centrali ghandha tkun prioritarja.
11. Il-GRTU ma taqbilx li l-eta tal-pensjoni ghandha titla’ ghal kulhadd b’obligu legali, izda taqbel li ghandhom jinghataw incentivi fiskali lil haddiema li jkunu jixtiequ jibqghu jahdmu u lil employers li jkunu jixtiequ jhaddmu nies ta’ eta’ akbar minn 61 sena. Dan l-incentiv ikun ekwivalenti ghal hlas tal-kontribuzzjoni socjali u aktar biex ikopri l-infieq zejjed ta’ sick leave li nies ta’ certu eta’ jkollhom aktar tendenza li jiehdu. Jinghata wkoll incentiv fiskali lil min joffri li jibqa’ jahdem wara l-61 sena. Dan l-incentiv jkun ekwivalenti ghal hlas tal-kontribuzzjoni socjali u additional tax credit ta’ 10%. Il-gvern xorta jmur tajjeb ghax l-individwu ma jiehux il-pensjoni u jekk ikun ta’ income gholi jhallas ukoll l-income tax. Dan barra li l-ekonomija tgawdi mill-produzzjoni tieghu. Zieda fl-eta ta’ l-irtirar obligatorja anke lil min ikun hallas 40sena kontribuzzjoni, barra li tkun ta’ hsara ekonomika, b’effett negattiv fuq il-produttivita, l-kompetittivita u l-GDP hi wkoll ta’ hsara socjali ghax tisforza numru konsiderevoli ta’ nies li jibqghu jahdmu bilfors fejn kienu meta jistghu jinholqu skemi u incentivi biex persuni ta l-fuq min 61 sena jibqghu attivi ekonomikament mod iehor. Dwar dan wkoll l-GRTU tistenna li jsir studju ahjar.
12. .Il-GRTU temmen li il-Fond Centrali tal-Pensjonijiet ikun f’pozizzjoni finanzjarjament tajba li joffri l-iskemi kollha jekk il-fond jibda fuq bazi soda. Il-GRTU ghalhekk qed tipproponi li bi ftehim mall-Knisja ghandha titpogga parti miftehma mill-proprjetajiet li jaqghu taht il-joint office taht l-kostodju tal-Fond Centrali biex dawn jinbieghu fuq mhedda ta’ zmien jew jinkrew skond kriterji kummercjali u l-introjtu kollu jmur f’dan il-Fond Centrali tal-Pensjonijiet. Il-knisja ghandha tirrikonoxxi li l-bejgh isir skond kriterji kummercjali. L-ghan izda hu socjali u ghalhekk m’ghandhiex tippretendi xi sehem mid-dhul. Il-GRTU temmen li biex tithaddem skema tajba minghajr ma tghabbi wisq fuq min jahdem, l-iskema irid ikollu fond li jibda jiffunzjona b’”dota” ta’ forma jew ohra. Jekk ma jsirx uzu mill-art li kienet tal-Knisja ghall dan l-ghan l-Gvern ghandu jwarrab parti minn dak li jdahhal mill-privatizazzjoni tal-assi pubblici. Il-Fond wkoll jibqa jkun irid ikollu l-
impenn tat-tielet hlas min naha tal-gvern ghall-Ewwel Pillar bhala sostenn tal-komunita’ lil min irtiera wara omor jahdem.
13. Il-GRTU taqbel li qabel ma jsir ftehim dwar kif ser tithaddem u tkun amministrata sistema bbazata fuq Fond Centrali (wahda li ma taghtix lok ghal spalpaljar f’hafna fondi), il-gvern ghandu jzomm is-sistema tal-PAYG (pay as you go) ghax din tirrikonoxxi fatt li ma jistax ikun innegat, il-pensjoni mhiex sempliciment li tiehu lura dak li hallast, izda d-dover tas-socjeta li tipprovdi biex l-anzjani jkollhom livell ta’ ghixien li jikkorrespondi ghall-livell ta’ gid nazzjonali ekonomiku.
14. Il-GRTU mhix kontra fil-principju li l-hlas tal-kontribuzzjoni tinqasam bejn l-iskema tal-pensjoni u l-iskema tas-sahha, izda tkun trid tkun sodisfatta x’infieq ikun ser jidhol taht l-iskemi tas-sahha u li r-rapprezentati nominati mis-settur privat – sidien u haddiema – jkollom kontrol fuq il-budget kemm tas-sahha kif ukoll tal-pensjonijiet.
Ilum ghad m’ghandniex l-istrutturi biex tinhadem riforma bhal din fl-amministrazzjoni tal-finanzi pubblika. Il-GRTU trid tara li l-ewwel issir u tithaddem din ir-riforma. Il-GRTU ma taqbel mal-ebda bidla jekk il-Kont tal-Penzjoni ma jkunx accountable ghall-kontributuri u ma jkunx amministrat bil-partecipazzjoni shiha tas-settur privat.
15. Ir-responsabbilta’ ahharija ghal Fond Centrali tal-Pensjonijiet tkun tal- gvern elett u ta’ l-ebda istituzzjoni ohra bla kontrol demokratiku parlamentari. Mhux lok li dawn il-kontijiet ikunu sparpaljati b’inkoraggiment tal-“opting out” u ta’ fondi zghar privati. Kulhadd ghandu jikkontribwixxi f’kont wiehed. Ghandu wkoll ikun hemm kuntratt socjali bejn l-imsiehba socjali u l-Parlament li jizgura li gvern ma’ jistax jaqbad u jbiddel qabel avviz ta’ 20 sena. Il-GRTU trid tnehhi d-dritt li l-gvern tal-gurnata jiddeciedi indipendentament mill-managers tal-fondi nazzjonali. Il-Fund Managers imexxu skond il-kriterji stabbiliti mill-Parlament u taht is-sorveljanza tal-MFSA u tal-Bord participattiv. Il-pajjiz jixraqlu skema tal-pensjonijiet ahjar u l-Maltin kapaci jfasslu skema ghalihom li tghodd ghac-cirkostanzi ta’ pajjizna. Il-White Paper ma pprovdietx mudell tajjeb bizzejjed ghalkemm indikat linji lil fejn ghandna immexxu. Hu ghalhekk li l-iskema finali ghandha tinkludi bidliet kif rakkomandati mill-GRTU.