Is-Sur Vincent Farrugia, Direttur Generali tal-GRTU – Malta Chamber of Small and Medium Enterprises ha sehem fl-ewwel laqgha tal-Comitato di Sorveglianza tal-Program ta’ Koperazzjoni Transfrontaliera Italia – Malta. Dan hu program ta’ assistenza tal-Unjoni Ewropea taht l-iskema INTERREG iii A. Dan il-program ta’ assistenza kommunitarja kien approvat mill-Kummissjoni Ewropea fit-8 ta’ Dicembru 2004.

Il-Kumitat ta’ Sorveljanza ghandu l-funzjoni li japprova l-progetti u l-iskemi ta’ assistenza taht il-programm INTERREG iii A u li jistabilixxi l-kriterji ta’ kif u fejn ghandha tinghata l-assistenza u jiddeciedi dwar l-approvazzjoni, l-kundizzjonijiet ghat-twettieq u l-impatt tal-progetti maghzula.
Il-progetti maghzula taht dan il-programm ser ikunu immirati biex jizviluppa b’mod sostenibbli l-integrazzjoni ta’ azzjoni kulturali, ambjentali, socjali u ekonomika li jkun ta’ vantagg ghall-Malta u ghal Sqallija. Il-progetti jridu jkunu immirati biex isahhu l-koperazzjoni fl-azzjoni ta’ zvilupp ta’ dan ir-regjun bil-ghan li tkun zviluppata tmexxija tar-rizorsi disponibbli integrata.
Il-Kumitat hu kompost minn rapprezentanti tar-Repubblika Taljana u tar-Repubblika ta’ Malta li jirraprezentaw is-settur pubbliku b’responsabbilta ghall-oqsma ta Kummerc, Turizmu, Ambjent, Gid Kulturali, Agrikoltura u Sajd, Trasport, Finanzi u Ekonomija. Ghall-Kumitat jattendu wkoll rapprezentanti ohra non-governattivi li jirraprezentaw lis-settur ekonomiku u socjali.
Is-Sur Vincent Farrugia attenda ghall-laqgha li saret f’Catania f’isem l-Kunsill Malti Ghall-Izvilupp Socjali u Ekonomiku.