Il-GRTU nhar il-Gimgha 2 ta'
Novembru organizzat l-ahhar konferenza minn sensiela ta’ erba konferenzi, fejn
spjegat lin-negozjanti x’obbligi ghandhom taht id-Direttivi Ewropew dwar
il-gbir, riciklagg u rekupru ta’ skart bhall-kartun, gablo, metal li jaqaw taht
id-Direttiva fuq skart ta’ l-ippakketjar u skart iehor bhal fridges, kukers,
towsters, radji, televisjonijiet, u affarijiet ohra li jaqghu taht id-Direttiva
dwar l-iskart ta’ tamir elettriku u elettroniku
(WEEE: Waste of Electrical and Electronic
Equipment)
Il-Konferenzi kienu
indirizzati minn Dr. Joanna Drake – kap tar-rapprezentanza tal-Kummissjoni
Ewropeja f’Malta, Vincent Farrugia- Direttur generali tal-GRTU, Joe Attard u
Marcel Mizzi, zewg ufficjali tal-GRTU inkarigati li jiehdu hsieb hwejjeg
relatati ma' l-ambjent, kif ukoll min Kevin Mercieca, ufficjal mill-MEPA.
Barra prezentazzjoni
dettaljata dwar x’tghid il-ligi u x’ghandu jaghmel in-negozjant, waste-carrier, jew riciklatur biex ikunu
konformi mal-ligi, il-kelliema spjegaw wkoll xi skemi qed tintroduci l-GRTU biex
tnehhi minn fuq dahar in-negozjant ir-responsabilitajiet li huma iebsin wisq
biex jingarru minn kull negozju individwali. Il-GRTU qed tniedi fuq inizjattiva
taghha, skema biex tamministra l-obligazzjoniet li n-negozjanti ghandhom taht
id-Direttivi dwar l-WEEE. Il-GRTU infatti qeda tappella lil importaturi
tal-prodotti ta' l-EEE biex jirregistraw ma' l-iskema tal-GRTU. Il-GRTU waqfet
socjeta` kummercjali non-profit, jisimha GREEN.MT, biex thaddem din l-iskema.
L-imprendituri li jirregistraw ma' GREEN.MT jkollhom imbaghad ir-registrazzjoni
taghhom imdahhla fir-registri tal-MEPA.
Dwar l-ippakketjar il-GRTU
wkoll hadet l-inizjattiva li wara konsultazzjoni twila mal-membri u
mal-awtoritajiet kif ghamlet fil-kaz tal-WEEE, tfassal skema, li wkoll tiehu
minn fuq dahar n-negozjanti ir-responsabilitajiet ewlenin taht il-ligi. Dwar din
l-iskema l-GRTU lahqet ftehim mal-Kamra tal-Kummerc, mal-Federazzjoni ta’
l-Industrija u mal-Malta Hotel and Restaurants Association biex l-iskema
tal-ippakketjar ihaddmuha l-erba korpi li jirraprezentaw l-industrija, l-kummerc
u it-turizmu flimkien.
Il-laqghat li zammet il-GRTU
biex tispjega dwar l-iskema u l-obbligi taht id-Direttivi Ewropej saru fil-Fair
and Convention Centre ta’ Qali, ohra fil-Hilton, ohra go Dar il-Mediterran u
l-ahhar wahda fil-hotel ta’ Cenc gewwa Ghawdex. Dawn l-konferenzi kienu possibli
bil-kontribuzzjoni u l-assistenza ta’ l-ufficju tar-rapprezentazzjoni
tal-Kummissjoni Ewropeja f'Malta.