F'Laqgha msejha mill-GRTU mall-oghla Ufficjali tal-Ministeru tal-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni (MITC) nhar it-Tnejn 6 ta' Settembru, il-Gvern u l-GRTU iddiskutew il-program estensiv tal-Gvern biex jizviluppa u jmexxi l-quddiem il-progett ta' restawr, zvilupp u embellishment li l-Gvern ntrabat li jwettaq.
Id-Direttur General tal-GRTU, Vince Farrugia ghamilha cara li dan hu progett kbir li ghalih il-GRTU, f'isem dawk kollha li nvestew fi stabilimenti fil-Belt Valletta u li l-ghixien taghhom jiddependi mill-kwalita u l-livell ta' dak kollu li kapaci toffri il-Belt Valletta, ilha ghexiren ta' snin tinsisti li jsir program estensiv bhal dan u ghalhekk zgur mhux se tkun il-GRTU li ttellef biex il-progetti l-godda jitwettqu bl-aktar mod efikaci u fl-iqsar zmien possibli.
Il-GRTU ma qaditx lura li tikkumenta b'mod iebes meta l-konsultazzjonijiet bejn l-awtoritajiet u l-GRTU f'isem in-negozji tal-Belt ma sarux kif kellhom isiru. "Ma jistax il-Gvern waqt li jkunu ghaddejin x-xoghlijiet ma jahsibx fl-impatt li l-gheluq ta' toroq u problemi ohra li tohloq il-kostruzzjoni ma jaffetwawx drastikament id-dhul tal-hwienet li minnu jridu jithallsu l-pagi tal-haddiema u spejjez ohra tan-negozju. Il-Gvern ma jistax jippretendi li l-GRTU tiddedika lin-nies taghha, ghas spejjez tal-membri tal-GRTU, biex jispjegaw lin-nies tan-negozji xi jrid isir u nikkordinaw l-programmi individwali tan-negozji ma' dawk tal-Gvern jekk ahna l-ewwel nett lanqas biss inkunu aggornati u infurmati b'mod strutturat. Ma jistax ikun li l-entitajiet tal-Gvern jibqghu jikkomunikaw b'mod sparodiku, fuq sistema ta' ghidli u nghidlek. Il-GRTU ma tridx li x-xogholijiet jitkaxkru fuq perjodu twil ta' snin ghax jkun ahjar li dak li ghandu jsir jsir fi zmien kemm jista` jkun qasir basta ippjanat sew. Imma l-Gvern ma jistax ikun li ma jsahhahx il-process ta' konsultazzjoni strutturata mal-GRTU u mhux ma individwi li jirraprezentaw biss l-interessi taghhom personali ghaliex illum huma hafna n-negozji li qed ibatu" enfasizza Vince Farrugia.
Fil-laqgha gew diskussi l-progetti ewlenin li ghandhom x'jaqsmu mall-progetti tal-arkitett Renzo Piano ghal Pjazza Helsien u Bieb il-Belt, id-ditch, kif wkoll dawk marbuta mar-riforma tat-trasport pubbliku u l-pavimentar, u kif dawn ser jolqtu t-traffic management u l-problema akuta tal-parking. Il-GRTU izzomm wkoll laqgha simili ta' livell gholi mal-Ministeru tar-Rizorsi u l-Affarijiet Rurali li huma responsabbli mill-Progett estenziv tar-restawr tal-bini u swar tal-Belt Valletta
Gie miftiehem mal-oghla ufficjali tal-Ministeru tal-Infrastuttura, Trasport u Komunikazzjoni li ghandhom jibdew jsiru b'mod immedjat laqghat strutturati b'mod regolari bejn l-Ufficjali tal-Gvern inkarigati mill-Progetti fil-Belt u Kumitat elett mil-Laqgha Generali tas-sidien tan-negozji tal-Belt imsejha mill-GRTU u li jibda jinhareg Bulletin bid-dettalji tax-xogholijiet kif ippjanati sabiex l-GRTU tkun tista` tinforma u tiftiehem mas-sidien tan-negozji fiz-zoni milquta. Dan biex ikun assigurat l-ghola livell ta' kooperazzjoni u l-inqas impatt negattiv fuq in-negozji. Il-GRTU hi impenjata li twassal l-ilmenti u s-suggerimenti kollha dwar kif l-ahjar jitwettqu ix-xogholijiet u dwar l-arrangamenti temporanji li jkunu jridu jsiru biex tittaffa l-problema tat-traffiku u tal-parking waqt ix-xogholijiet.
Il-GRTU ser ukoll tikkonsulta mas-sidien tan-negozji tal-Belt biex twassal suggerimenti tan-nies tan-negozji dwar parking. Gie diga miftiehem mal-GRTU fejn il-Gvern behsiebu johloq postijiet godda ta' parking, biex jaghmel tajjeb ghal dak li se jintilef bil-progetti l-godda. Il-Gvern marbut li jibqa' jfittex alternattivi ohra li jistghu jintuzaw bla htiega ta' investimenti kbar u li jiehdu iz-zmien.
Il-President, Paul Abela flimkien mad-Direttur Generali, Vince Farrugia ftit wara din il-laqgha ndirizzaw laqgha gewwa il-Kwartieri Generali tal-GRTU, organizzata ghas-sidien tan-negozji tal-Belt, herqana li jkunu infurmati dwar x'hemm ippjanat. L-impatt ta' dak li qed isir fil-Belt fuq in-negozji tal-Belt hu hazin hafna. Dan hareg min studju li l-GRTU ghada kemm wetqet ma negozji ewlenin fil-Belt min kull settur u ghalhekk il-GRTU hi taht pressjoni mis-sidien tal-Belt biex l-affarijiet jsiru ahjar.
Wara li l-mexxejja tal-GRTU taw rapport ta dak li intqal fil-laqgha u tal-arrangamenti godda li dwarhom sar qbiel, gie elett Kumitat gdid tas-sidien tan-negozji tal-Belt biex jkun responsabbli mit-tahdidiet mal-Gvern. Gie decis wkoll li is-sidien jibqghu jitlaqqghu fuq bazi regolari mill-GRTU halli s-sidien mhux biss jkunu nfurmati izda wkoll ikunu f'posizzjoni li jwettqu dak li hu mehtieg biex hadd ma jbati.
Il-qofol se jkun li kulhadd jkun infurmat permezz ta` Bulletin li johrog b'mod regoli u jinghata lil kulhadd u b'laqghat regolari biex jinstema kulhadd. M'hiex se tithaddem sistema fejn wiehed u tnejn ikunu jafu kollox bil-biza li dawn jdabbru rashom izda li kulhadd jkun infurmat b'mod professjonali. Il-GRTU se tizgura wkoll li dak li kkometta li jaghmel il-Ministeru jaghmlu. La hemm qbiel fuq il-progetti m'ghandux ghalfejn ikun hemm tfixkiel fuq id-dettalji.
"Li jrid isir wkoll izda hu li kull negozju jfassal l-istrategija tieghu ghal quddiem ghalhiex dak li ser isir fil-Belt se jibdel bis-shih il-perception li in-nies Maltin u turisti ghandhom tal-Belt u filwaqt li se jkun hemm opportunitajiet godda ghal certi oqsma ta negozju se jkun hemm ohrajn li jista` jkun li ser ikollhom jibdlu radikalment il-mod kif tradizzjonalment iggestixxu n-negozji taghhom u wkol in-natura tan-negozju taghhom" spjega Vince Farrugia lis-sidien li attendew ghal-laqgha fil-GRTU.
"Dwar dan il-GRTU wkoll qed tohloq servizz gdid ta' assistenza ghal negozji li jsibu ruhhom f'diffikulta minhabba t-tibdil strutturali li qed isir fil-Belt u ser jintlaqat hazin in-negozju taghhom. Il-GRTU qeghda titkellem mal- Ministeru tal-Finanzi biex fejn hu possibbli jinholqu skemi godda ta' assistenza. Il-Gvern diga accetta l-principji li fejn ikun hemm telfien ta' negozju fit-tul ghandu jitfassal l-mekkanizmu ta' kumpens bhal ma gara diga u ghalhekk wiehed jistenna li b'kooperazzjoni shiha l-affarijiet jitmexxew sewwa biex fl-ahhar nilhqu l-ghan li l-Belt Valletta terga verament issir Belt ta' kwalita". ikkonkluda d-Direttur General tal-GRTU Vince Farrugia.
Il-Kumitat ser jibda jiltaqa` mill-Gimgha d-diehla.