Il-Ministeru ghar-Risorzi u Affarijiet Rurali s-sena l-oħra beda x-xogħol fuq il-promenade ta' Marsaxlokk billi tkabbret u issebbħet il-bankina tan-naħa tal-bini. Ix-xogħol fuq il-promenade pero ma kienx għadu beda minħabba li l-Ministeru kien għadu għaddej f'diskussjonijiet ma' l-Assocjazzjoni Bejjiegħa tal-Monti sabiex jintlaħaq ftehim fuq kif għandu jarma l-monti wara li jitlesta il-proġett ta' tisbiħ.
Saru diversi laqgħat ma' din l-Assocjazzjoni, ma' l-Kunsill Lokali, kif ukoll mal-GRTU li tirrapprezenta` l-istabbilimenti kummerċjali ta' din iż-żona. Kulħadd fehem l-importanza li x-xogħol fuq il-promenade għandu jsir u kulħadd huwa konxju tal-fatt li minn dan il-proġett ser jibbenefika kulħadd; kemm ir-residenti, il-komunita kummerċjali, tal-monti u t-turiżmu nġenerali.
Minħabba t-tisbiħ tal-promenade u l-ħtieġa li wara li dan jitlesta vetturi ma jkunux jistgħu jitilgħu direttament fuq il-promenade. Il-Ministeru ddiskuta ma' l-Assocjazzjoni u l-Kunsill Lokali sabiex tinstab soluzzjoni vijabbli ta' kif il-monti jista' jarma ġaladarba l-proġett jitlesta. Saru diversi proposti u kontroproposti minn naħa tal-Gvern u tal-Assocjazzjoni, kollha intiżi sabiex jibqa' jsir il-monti, jitnaqqas l-impatt fuq il-komunita' tal-madwar u jassigura li l-investiment li qed isir mill-Gvern ikun protett. L-unika proposta fattibbli għal kulħadd hija dik li l-monti jibqa' jarma eżattament fejn qiegħed illum, f'żewġ ringieli tul il-promenade kollu, fil-ħinijiet kif stabbiliti skond l-Atti li jirregola l-monti u l-ftehim mall-Kunsilli Lokali. Id-differenza li ser ikun hemm hija li r-ringiela ta' stalls li jarmaw ma' n-naħa tal-baħar mhux ser tkun tista tarma bil-vettura wara l-istall. Minflok, ser jiġi pprovdut parkeġġ taħt il-bankina biex din il-vettura ma tkunx il-bogħod.
Dan l-arrangament iwassal biex:
il-vetturi ta' kull stall ikunu viċin ta' fejn jintrama l-istall;
l-bejjiegħa ikunu jistgħu jidħlu u joħorġu mill-parkeġġ fi x'ħin ikun hemm bżonn mingħajr ma joqgħodu jaqilgħu lil ta' ħdejhom jew jistennew lil xi bejjiegħa oħra jżarmaw;
ikun hemm dejjem u f'kull ħin passaġġ għall-vetturi ta' emerġenza tul ix-xatt kollu;
l-istalls kollha jkunu bejn wieħed u ieħor fl-istess pożizzjoni fejn huma indikati llum mingħajr ma jiċċaqalqu (jew kif jiġi miftiehem bejniethom u/jew ma' l-Assoċjazzjon tal-monti);
il-promenade ma jkunx hemm bżonn li tidjieq iżda tkun tista' tissebbaħ biex takkomoda l-istalls kollha tal-monti li llum jarmaw fuqha flimkien ma' l-ħafna Maltin u turisti li jżuru dan il-post pittoresk.
Il-Ministeru konvint li wara xhur ta' laqgħat u konsultazzjoni, u wara li semgha l-proposti kemm tal-bejjiegħa tal-monti, ta' l-Kunsill Lokali, kif ukoll tal-Komunita' Kummerċjali u s-Sajjieda, din is-soluzzjoni hija l-aħjar waħda fl-aħjar interess ta' kulħadd.
Dan l-arranġament ser ikun attwat wara li jitlesta il-proġett. Sakemm isir ix-xogħol fuq il-promenade u tinbena mill-ġdid it-triq, bi qbil ma' l-Assoċjazzjoni tal-Bejjiegha tal-Monti, bħala arranġament temporanju, l-monti se jiċċaqlaq għaż-żona tal-Magħluq sabiex b'hekk ikun akkomodat kulħadd, f'dan il-perijodu sakemm isiru x-xogħlijiet fuq il-promenade. ser isir kull sforz sabiex ix-xogħol meħtieġ isir fl-inqas żmien possibbli.

The visit of the business delegation to the Gulf States of Kuwait, Abu Dhabi, Bahrain and Qatar was a real success, even though it has been only seven months since the last trade mission lead by president George Abela to Dubai and Qatar.
We would like to draw your attention to the information campaign launched by Mattel concerning old 'Little People' toys manufactured by Fisher Price between 1965 and 1991.
The decision of the EU Commission to accept the long standing pressure of EuroCommerce, the EU federation of which GRTU is an active member of behalf of Maltese traders and retailers, to give a representation to Euro Commerce on the EU SEPA Council is a great victory for all enterprises in the commerce sector.
Green MT started an educational programme on RTK Radio last Wednesday. This Programme airs every Wednesday at 11.05am and it is indeed very interesting for all the public to learn more about the importance of Waste Separation.
During a meeting held last Tuesday between The Ministry of Resources and Rural Affairs, WasteServ Malta Limited, and GRTU Malta Chamber of Small and Medium Enterprises, no agreement was reached on the implementation date of the landfill fees as issued last October through a Government Legal Notice.
GRTU has this week written to Transport Malta saying that GRTU Malta Chamber of SMEs is the national organization that holds strong presence and an excellent working relationship in most of the Localities in Malta. Thanks to the Ministry for Investment Transport and Communication, this ongoing work is proving highly fruitful for business in the area, residents and the locality itself.
