Din zgur li kienet sena iebsa mhux biss fuq livell lokali imma aktar u aktar fuq livell ewropew, l-aktar fiz-zona Ewro. Dak li gara fid-dinja mill-bidu ta' l-2008 l'hawn qatt qabel ma rajna bhalu. L-Unjoni Ewropeja li ahna llum parti mportanti minnha tirraprezenta regjun b'sahhtu fid-dinja u meta inqalghet il-krizi mondjali fis-sistema finanzjarja bl-effetti koroh taghha fuq l-ekonomiji kollha, l-Unjoni Ewropeja sabet li ma kelliex is-sistemi mehtiega biex tilqa' ghall-krizi ta' dak il-livell meta l-Unjoni Ewropeja bdiet titkellem fuq cifra ta' eluf u biljuni jigifieri miljuni ta' miljuni ta' ewro bhala programm ta' Investiment biex tkun salvata s-sistema finanzjarja u ekonomika. Dawn kienu cifri li qatt qabel hadd fl-Unjoni Ewropeja ma kien holom li jsemmihom.
Malta giet milquta hazin ukoll b'din il-mewga enormi ta' inkwiet finanzjarju u ekonomiku ghax hekk kif bdew ifallu l-banek u istituzzjonijiet finanzjarji kbar u jisparixxu u jintghasru r-riservi ta' hafna negozji kbar mad-dinja kollha, beda wkoll mal-ewwel jonqos ir-ritmu ekonomiku fil-pajjizi li ahna ninnegozjaw maghhom u n-negozju mondjali ha tizbita enormi li qaleb ta' taht fuq hafna u hafna ekonomiji li sa ftit qabel hasbu li kienu b'sahhithom. Din mewga kiefra li r-riperkussjonijiet taghha baqghu jidwu ghal aktar minn sentejn u l-impatt issa matul l-2010 inhass fuq l-ekonomiji ewropej li kellhom djun Nazzjonali enormi bhala proporzjon ta' dak li kapaci jipproducu kull sena. Pajjizi enormi qrib taghna sabu ruhhom f'diffikultajiet kbar. Dawn huma l-pajjizi li ahna rridu nbighulhom u minnhom irridu t-turisti u l-kummerc taghna ghall-portijiet u ghal hafna mix-xoghol li Malta trid minn barra biex issahhah u zzomm il-pilastri li fuqhom hi msejsa l-ekonomija taghna u li minnhom jiddependu direttament l-ghixien ta' eluf kbar ta' haddiema Maltin u ta' hafna intraprizi zghar li jghixu minn fuq ix-xoghol u l-infiq ta' dawn l-intraprizi u l-infiq tal-impjegati taghhom.
Bhal kull ekonomija fl-Ewropa, bejn l-2008 u l-2010, Malta kellha tiehu mizuri li qatt qabel ma hadet bhalhom. Il-GRTU hi kburija li matul dawn is-snin iebsin ahna tajna il-kontribuzzjoni shiha taghna biex aktar milli nimlew l-irjus u ngergru biss, qisna nghixu f'dinja ghalina, ahna konna minn ta' quddiem nett bi programmi li jirrifflettu l-attwalita' ekonomika u bbazati fuq il-prijoritajiet li l-pajjiz irid jaffaccja. Ghalkemm sikwit inkunu mizinterpretati minn nies li suppost jafu aktar, ahna qatt ma nsostnu skemi jew tberbiq tal-Gvern fuq progetti, sussidji, jew spalpaljar li m'huwiex sostenibbli u li ma jwassalx biex l-infiq u d-dhul tal-Gvern ikun fuq bazi strutturata sewwa. Ahna dejjem ipproponejna skemi li jinkoraggixxu l-produttivita', innaqsu t-taxxi fuq min irid jahdem u jistinka ha jkabbar il-prodott Nazzjonali u jintaxxa l-aktar fejn m'hemmx tant inizjattiva u fejn l-infiq jew l-investiment mhux tant produttiv imma aktar ta' kapricc jew ta' spekulazzjoni. Il-programm taghna kien u ghadu li l-ewwel u qabel kollox tissahhah is-sinsla ekonomika ta' pajjizna, jigifieri jitnaqqas id-deficit tal-Gvern, jitrazzan id-dejn Nazzjonali u jitnaqqas l-izbilanc kbir li Malta ghandha ma' barra. Dan kollu f'kuntest li n-negozji Maltin, l-aktar dawk imsejjha micro u small li llum jirraprezentaw 98% tal-intraprizi kollha Maltin ikunu jistghu jikbru billi jinvestu, jhaddmu, jirriformaw u jirrinnovaw biex inkomplu dejjem insahhu l-gid Nazzjonali.
Il-GRTU ma ddejqitx li mill-bidu nett tal-krizi taghti pariri lill-Prim Ministru biex jaghmel dak kollu possibli biex l-ewwel u qabel kollox isalva lill-intraprizi li jesportaw u li jara li fl-anqas zmien possibli l-haddiema kollha li tilfu l-impjieg u li kienu fuq short working week jergghu jiddahlu ghax-xoghol fl-inqas zmien possibli. Il-GRTU kienet ukoll minn ta' quddiem nett li nsistiet li l-Gvern jaghmel dak kollu li hu possibli biex insahhu t-turizmu anke fi zminijiet difficli. Hu mportanti ghalina li ghan-negozji kollha Maltin il-qligh li jigi minn barra ma jitnaqqasx ghaliex mhux biss dan huwa s-sostenn ewlieni ta' eluf ta' intraprizi imma wkoll ghaliex it-twessigh tal-bilanc tal-pagamenti ma' barra jiddebolixxi l-ekonomija Maltija u jaghmilha hafna aktar difficli biex il-Gvern isostni s-suq intern Malti. Il-GRTU dejjem fehmet li jkun inutli li l-Gvern isostni s-suq intern u jiddebolixxi l-bilanc ekonomiku ma' barra ghax is-sahha tal-ekonomija domestika tkun b'sahhitha meta l-qligh mhux ikun artificjali ghax imsejjes fuq id-djun tal-Gvern imma ghax gej minn qligh li l-intraprizi kapaci jigbdu minn barra. Kien ghalhekk li anke fiz-zmien ta' krizi li l-GRTU nsistiet bl-aktar mod preciz u bi proposti mahduma sew li l-enfazi tkun fuq skemi ta' assistenza lill-intraprizi Maltin kemm kbar, kemm zghar, kemm micro u mill-oqsma kollha biex matul il-perjodu ta' nuqqas ta' attivita' ekonomika kkawzata mill-krizi, huma jkunu jistghu jikkoncentraw fuq progetti ta' investimenti godda, bdil ta' sistemi u riformi ohra li setghu jwettqu sakemm tghaddi l-krizi u jergghu jkunu f'pozizzjoni li jikkompetu.
Ghall-Grazzja t'Alla Malta bl-isforzi ta' hafna ma ntlaqtitx hazin bhal ma ntlaqtu pajjizi ohra pero' l-GRTU jiddispjaciha ferm li ghalkemm il-Gvern accetta hafna mill-proposti taghha hafna ohrajn baqghu ma gewx imwettqa' jew gew imwettqa' b'hafna dewmien u b'hafna taqtigh ta' qalb. Ahna hdimna hafna u m'ghandnix dubju li kieku llum il-Gvern semgha iktar minnha llum Malta qeda f'pozizzjoni ahjar. Hu ghalhekk hafna minn nies taghna m'humiex qeghdin f'pozizzjoni biex jaffacjaw l-impatt tal-krizi kif xtaqna u ppjanajna ahna u li issa ahna qed nirsistu li din is-sena l-Gvern ikollu aktar pjan komprensiv ta' kif ser jiffaccja l-perjodu iebes ta' wara l-krizi, perjodu li issa dehlin fih. Il-GRTU hadmet hafna u qed tahdem bla waqfien. Kellna laqghat mall-Prim Ministru kemm bhala mexxejja tal-GRTU kif ukoll bhala Kunsill Ezekuttiv shih, ippartecipajna bis-shih f'kull forum u attivita' ta' konsultazzjoni u tajna r-reazzjoni dettaljata taghna ghal kull skema u proposta. Hadna sehem attiv fl-MCESD u fuq il-Bord tal-Malta Enterprise u hdimna fuq livell settorali settur b'settur b'laqghat kontinwi mall-Ministri individwali u mas-Segretarji Permanenti specjalment mas-Segretarju Permanenti responsabbli mill-Finanzi u l-Ekonomija u l-Investiment. Zgur li hadd mill-Ministri, mis-Segretarji Parlamentari, Segretarji Permanenti tal-Ministeri, Chairmen u Chief Officers ta' l-Awtoritajiet ma jista' jghid illi l-GRTU ma kinitx l-organizazzjoni li matul dan il-perjodu iebes ma kinitx fuq ta' quddiem nett bhala numru ta' laqghat, proposti u prezentazzjoni ta' soluzzjonijiet ghall-problemi mqajjma. Il-GRTU dan ghamlitu bis-sahha tad-diskussjonijiet interni fuq livell ta' Kunsill Ezekuttiv, fuq livell ta' Kumitat tas-Sezzjonijiet, bis-sahha tal-questionaires u l-komunikazzjoni diretta tal-membri u fuq kollox bis-sahha ta' numru kbir ta' laqghat li l-GRTU zzomm kemm il-Belt kif ukoll fil-Lokalitajiet.
Illum il-GRTU hi organizzazzjoni tassew partecipattiva fejn aktar u aktar qed nikkoncentraw fuq dak li jridu l-membri u fuq informazzjoni jew li gejja dirett minn barra jew mghotija lilna mill-MEUSAC jew mill-konsultazzjonijiet mall-Ministri. Illum m'ghadux iz-zmien li titkellem fil-vojt u tgerger biss. Illum ghandna l-mezzi biex l-informazzjoni ngibuha, nanalizzawha u fejn m'ghandnix il-kapacitajiet bizzejjed nuzaw l-expertise tal-ghaqdiet Ewropej li maghhom ahna affiljati.
Fil-Laqghat mall-membri taghna u permezz tas-sistema ta' komunikazzjoni interattiva' li llum ghandna mall-membri ahna nghaddu l-informazzjoni u niehdu r-reazzjonijiet biex jghinuna nfasslu proposti ta' sustanza. F'dan il-kuntest qed naghmlu uzu tajjeb hafna ta' l-informazzjoni u l-analizi professjonali li kontinwament nircievu mill-Kumitati diversi li jannalizzaw probemi partikolari fi hdan il-EuroCommerce u l-UEAPME, iz-zewg organizzazzjonijiet Ewropej li fihom ahna attivi. Ma jkunx possibli ghalina bhala organizzazzjoni f'pajjiz zghir b'rizorsi limitati kemm ta' flus kif ukoll ta' man power li kieku ma tkunx il-partecipazzjoni taghna f'dawn l-organizazzjonijiet. Sfortunatament ahna ma nistghux nattendu hafna mill-laqghat pero nahdmu hafna fuq id-dokumentazzjoni li nircievu u ninvolvu l-membri skond l-expertise li jkollna bzonn u skond is-setturi.
In-Numru ta' membri ta' kwalita' fil-GRTU li llum japprezzaw ix-xoghol professjonali li taghmel il-GRTU qieghed dejjem jikber. Il-gazzetta elettronika taghna, l-GRTU NewSTRING, illum lahqet kwalita' li hija apprezzata minn hafna u tinqara mhux biss mill-membri taghna imma ukoll mill-ufficjali ta' pozizzjoni gholja f'kull Dipartiment u Awtorita' u minn hafna ohrajn li m'humiex imsiehba. Hija hasra li ghadna mhux qed naghmlu bizzejjed back up work biex nigbdu lejna aktar membri billi nies ohra ikunu aktar infurmati bix-xoghol siwi u professjonali li llum aktar minn qatt qabel dahlet ghalih il-GRTU. Dan ma jfissirx li membri godda mhux qed jidhlu fil-GRTU anzi bi pjacir nghidu li dahlu 199 membri godda li l-bicca l-kbira minnhom dahlu precizament bil-laqghat ta' informazzjoni u konsultazzjoni li l-GRTU qed twettaq fost il-membri u wkoll ghaliex aktar intraprizi qed japprezzaw illi llum il-GRTU m'hijiex organizazzjoni li tgerger biss imma aktar u aktar li tahdem, tipproponi u toffri servizzi lill-membri bi prezz u bi specjalizzazzjoni li mhux kapaci isibuhom bnadi ohra. Dan fil-fatt hu l-bazi tal-GRTU tal-lum. Dan hu li qed igieghel lill-ghaqdiet l-ohra li jirraprezentaw lill-intrapriza u l-kummerc li bl-aktar mod sfaccat jattakkaw u jfixxklu l-hidma tal-GRTU. Pero' dan lilna ma jaqtalniex qalbna, anzi meta l-kompetizzjoni qed tinkwieta bina u tiftah ghalina hu sinjal car li ahna qeghdin fit-triq it-tajba.
Illum il-problemi mhux biss trid tkun tafhom, izda trid tkun kapaci tifimhom, trid tkun kapaci tannalizzhom u tkun kapaci tipproponi bidliet u alternattivi li jkunu aktar ta' fejda ghas-setturi ta' negozji li nirraprezentaw. Ahna barra fuq livell Nazzjonali u settorali dan ix-xoghol il-GRTU qed isir ukoll fuq livell lokali. Illum il-GRTU sahhet bi kbir ix-xoghol taghha fil-lokalita'; qed insegwu aktar mill-qrib dak li jsehh fil-Kunsilli Lokali u fuq proposti originati kemm fuq livell Lokali kif ukoll minn Awtoritajiet bhal Transport Malta u l-MEPA. F'dan il-kuntest nitkellmu ma' l-awtoritajiet, mal-Kunsilli Lokali u mall-membri taghna direttament biex l-interessi tal-membri taghna jkunu imharrsa f'kull lokalita'. Il-lista ta' lokalitajiet illi ahna konna nvoluti fihom b'mod dirett fejn ir-raprezentanza taghna kienet mehtiega jinkludi:
Il-Belt: l-GRTU kontinwament involuta f'laqghat ma' l-Awtoritajiet ikkoncernati fejn jidhol xoghol ta' restawr ta' swar, xoghol ta' tisbih fit-toroq, il-progett ta' bieb il-Belt li bi hsiebu jiehu madwar tlett snin u diversi issues ohra fejn jidhlu sidien li l-business taghhom ser jintlaqat minhabba dawn ix-xoghlijiet. Bhalissa l-GRTU qieghda f'laqghat ma' l-Awtoritajiet ikkoncernati sabiex tilhaq l-ahjar ftehim ghas-sidien tal-gabbani f'bieb il-Belt li ser jintlaqtu direttament bil-progett ta' Bieb il-Belt. Issues ohra li qeghdin jigu diskussi bhalissa huma l-parking u l-hinijiet u l-granet ghal distribution of goods fil-Belt.
Naxxar: Il-GRTU ltaqghet mas-sidien tal-hwienet sabiex tiddiskuti maghhom proposta mill-Kunsill Lokali tan-Naxxar ghal tisbih f'toroq madwar il-Parrocca, b'parti mill-Pjazza issir pedonali u tibdil fid-direzzjoni tat-traffiku. Il-GRTU wriet l-pre-okkupazzjoni taghha dwar kif dan il-progett ser jolqot l-Kommunita' Kummercjali u ghaliex l-Kunsill ma kkonsultax maghha bhal ma jaghmlu Kunsilli Lokali ohra.
Wara diversi laqghat li l-GRTU zammet mall-membri taghha gie deciz li tigi mibghuta ittra ta' oggezzjoni lill-MEPA u ittra ohra lill-Planning and Priorities Coordination Division (PPCD) ghan-nom tas-sidien tal-hwienet membri tal-GRTU gewwa n-Naxxar.
L-GRTU m'hijiex kontra progetti bhal dawn sakemm ma jkunux ta' detriment ghall-Kommunita' Kummercjali. Fil-fehma tal-GRTU din il-proposta ser tkun ta' detriment kbir ghall-Kommunita' Kummercjali fiz-zona tal-parrocca tan-Naxxar. Il-GRTU hi nfurmata li jekk il-progett jibqa' ghaddej; bosta stabbilimenti ser jispiccaw sabiex jaghlqu l-hwienet taghhom ghaliex l-operat mhux ser jibqa' vijabbli ghalihom minhabba l-problema ta' nuqqas ta' parking u n-nuqqas ta' access ghall-klijenti u konsumaturi bil-vetturi taghhom.
Il-GRTU hi nfurmata li l-MEPA ser tinvolvi lill-GRTU b'kull process dwar din l-applikazzjoni. Il-Planning and Priorities Coordination Division (PPCD) infurmat lill-GRTU li l-korrispondenza kienet ser tigi pprezentata lill-bord li hu nkarigat minn dawn il-progetti sabiex tingibed l-attenzjoni qabel ma jsiru aktar zviluppi dwar din l-applikazzjoni.
L-GRTU ltaqghet ma' l-Onorevoli Dr. Chris Said u l-Onorevoli Dr. Jason Azzopardi sabiex izzommhom aggornati dwar dak li qieghed jigri. Dwar din l-issue l-GRTU ghandha s-support ta' 357 resident li huma kontra dan il-progett.
M'Xlokk: Il-GRTU kienet minn ta' quddiem sabiex ix-xoghol fuq il-promenade jimmaterjalizza. Issa wara hafna snin ta' diskussjoni mall-partijiet kollha kkoncernati dan il-progett tlesta. L-GRTU issa qieghda tahdem fuq l-ahjar ftehim fejn il-promenade jkun jista' jitgawda kemm mis-sidien tar-restoranti, il-bejjiegha tal-monti, is-sajjieda kif ukoll ir-residenti.
Sliema: Il-GRTU kontinwament izzomm diversi laqghat mall-Kunsill Lokali, Kuntratturi, OHSA, Transport Malta, Wardens u l-Pulizija ta' dan il-lokal rigward xoghol ta' kostruzzjoni sabiex tilhaq l-ahjar arrangement bl-inqas impatt fuq is-sidien. Mhux facli li f'lokal bhal dan b'ammont ta' hwienet u nies jahdmu u ohrajn li jzuruh li ssib l-ahjar arrangament. Hafna laqghat ohra saru separatament rigward traffic management.
Safi: Il-GRTU zammet laqgha kordjali hafna mall-Kunsill Lokali dwar xoghlijiet li saru fi Triq Valletta Zurrieq. Ix-xoghol fi Triq Valletta tlesta u l-GRTU giet infurmata li l-Kunsill talab li Triq San Pawl issir one way permanenti u hekk fil-fatt sar minghajr biss lanqas ma giet ikkonsultata. Il-GRTU talbet laqgha ohra sabiex tiddiskuti fid-dettal din id-decizjoni u l-impatt li jista' jkollha fuq il-Komunita' Kummercjali.
Mellieha: Il-GRTU kellha diversi laqghat mall-Kunsill Lokali ta' din il-lokalita' dwar proposta maghmula mill-istess Kunsill sabiex Triq Borg Olivier issir pedonali. Din il-proposta saret bil-ghan li jitnaqqsu diversi problemi minn din it-triq fosthom l-kongestjoni tat-traffiku, parkegg, hadd ta' merkanzija u t-tniggiz li kien qed jigi kkawzat mill-ammont ta' vetturi li juzaw din it-triq. Il-GRTU ma opponietx ghal din l-proposta izda bhala l-organizazzjoni li tirraprezenta l-maggorparti tas-sidien tan-negozji f'dan il-lokal talbet sabiex din il-proposta tigi diskussa internament l-ghaliex m'hijiex xi proposta facli u jista' jkollha effett negattiv fuq n-negozzji.
Wara li l-GRTU iddiskutiet mall-membri taghha rrizulta li jekk din il-proposta timmaterjalizza, s-sidien ibatu telf fil-bejgh. Il-GRTU kkommessjonat survey mall-membri taghha u rrizulta li dawn assolutament ma jaqblux ma din l-proposta u proposti ohra mressqa. Saret laqgha ohra mall-Kunsill sabiex jigi diskuss fid-dettal s-survey u tigi diskussa l-ahjar soluzzjoni li tissodisfa l-partijiet koncernati. Laqghat ohra mall-Kunsill u awtoritajiet ohra kkoncernati saru dwar xoghol ta' kostruzzjoni fi Triq il-Kbira.
Swieqi: Il-GRTU iltaqghet mall-Kunsill Lokali fejn giet diskussa l-problema tat-traffic management fil-pjazza (Triq l-Uqija). Il-GRTU enfasizzat li kemm is-sidien tal-hwienet kif ukoll l-impjegati ghandhom jevitaw li juzaw il-pjazza ghal parking u l-haddiema tal-Bank juzaw il-parkegg provdut mill-istess Bank b'arrangament li sar mall-GRTU.
Il-GRTU talbet l-intervent tal-Onorevoli Dr. Chris Said sabiex tinsab soluzzjoni dwar dan. Sadanittant gie issugerit li jintuza' aktar l-Luxol Grounds ghal parkegg sakemm jintlahaq arrangament iehor. Ghandha tigi organizzata laqgha mall-Kunsill Lokali ta' Pembroke sabiex tigi diskussa bicca art li llum taghmel parti mis-Swieqi u Pembroke sabiex tigi organizzata f'parkegg u sservi bhala dahla principali ghall-Lokal tas-Swieqi.
Il-GRTU ghandha terga tiltaqa' mall-Kunsill sabiex tiddiskuti s-sistema tas-CCTV li giet installata bi prova sabiex jigu kkontrollati abbuzi li kienu qed isiru fi Triq l-Uqija. Kulhadd qabel ma' din is-sistema basta ma tkunx ta' detriment ghas sidien. Sadanitttant bdiet bi prova s-sistema ta' timed parking approvata mill-GRTU ghall-Triq l-Ibragg u Triq l-Uqija.
San Giljan/Paceville: Inzammu diversi laqghat mall-Kunsill Lokali ta' San Giljan u entitajiet ohra kkoncernati bhal l-RID, Wardens, Pulizija, OHSA, Kuntratturi u Public Transport fejn gie diskuss fid-dettal l-progett ta' Pender Place issa li wasal sabiex jibda l-operat tieghu fuq it-tieni fazi. Progett mill-isbah u grazzi ghal-laqghat kontinwi dan il-progett qieghed isir bl-inqas inkonvinjent possibli ghas-sidien tal-hwienet u ohrajn. Laqghat ohra saru sabiex jigi organizzat it-traffic management fuq xoghlijiet ohra relatati ma' xoghlijiet ta' servizzi ohra f'diversi toroq ohra f'San Giljan u Paceville.
Ta' Xbiex: Il-GRTU zammet diversi laqghat mall-Kunsill Lokali sabiex jigi diskuss fid-dettal t-traffic management u r-residential parking scheme. Il-GRTU hadet hsieb torganizza laqghat mall-membri taghha sabiex jintlahaq l-ahjar arrangament.
Matul is-sena saru laqghat ohra ghas-sidien tan-negozji fil-Gharghur, Naxxar, B'Kara, Mosta fejn gew diskussi u saru presentations fuq diversi issues fosthom:
-
It-Trasport Pubbliku; kif ser jaffettwa l-Lokal tieghek
-
Konsumatur; id-drittijiet u r-responsabiltajiet
-
Ambjent; separazzjoni u gbir ta' skart mill-lokal
-
Kummerc; il-Licenzja – d-drittijiet u l-obligazzjonijiet
-
Skemi rigward Krediti ta' Taxxa; skema ta' 40% kreditu ta' taxxa ghal kumpaniji li jimpjegaw inqas minn ghaxar impjegati.
-
ETC; Programm li joffri ghajnuna dwar l-impjiegi
-
Hatra ta' Kumitat
Ix-xoghol importanti jibqa' dak tar-rapprezentanza tas-Sezzjonijiet fejn il-problemi ma jonqsu qatt. Fost dawk is-sezzjonijiet li dwarhom il-GRTU kellha tiehu azzjonijiet aktar deciziva kien hemm dawk tal-Petol Stations, Gas Distributors, Sidien ta' Farmaciji, Sidien tal-Water Bowsers, Waste Carriers, gabbani f'bieb il-Belt, Bicciera, VRT Stations fost bosta ohrajn.
Attivita' kbira li ghalija dahlet il-GRTU u li matul is-sena li ghaddiet kibret bil-kbir kienet dik li ghandha x'taqsam ma' l-immaniggjar ta' l-iskart. Din hi problema enormi li s-sidien ta' l-intraprizi kollha riedu jkunu konxji taghha u fuq kollox ikunu kapaci jamministraw minghajr piz finanzjarju esagerat. Kienet il-GRTU u l-GRTU wahedha li fehmet id-dimensjoni ta' din il-problema u fehmet kemm kien se jkun difficli biex l-intraprizi zghar Maltin igorru l-piz kollu ta' l-ispejjez ghall-gbir tal-materjali kollha li huma responsabbli ghalih u li jitfghu fuq is-suq u li eventwalment jispiccaw fuq il-waste stream. Kienet il-GRTU li fehmet mal-ewwel li kienu l-intraprizi kummercjali li riedu jaghmlu tajjeb ghall-ispiza enormi biex il-materjal li jingabar jittiehed f'facilita' li tkun ekonomikament vijabli u li ghalhekk ma tghabbix hlasijiet esagerati li l-intraprizi zghar taghna ma jifilhux ghalihom. Ftit kienu dawk li apprezzaw il-kobor ta' din il-problema u kif setghet din iddisprat lil hafna sidien ta' intraprizi specjalment importaturi u produtturi kieku l-GRTU ma dahlitx ghalihom u refghet hi r-responsabbilita' li tigwidhom. Organizzazzjonijiet ohra li jirraprezentaw il-kummerc u l-industrija, l-ewwel qaghdu izekzku u wara intefghu ifixxklu biex issa qed jipprovaw jikkompetu.
Il-GRTU baqghet ghaddejja, mhux biss waqfet skema hi stess f'isem il-membri imma ukoll sirna r-rapprezentanti ewlenin tas-settur kummercjali Malti fis-setturi kollha mal-awtoritajiet biex is-sistema tithaddem u tithaddem sewwa u jitwaqffu l-istituzzjonijiet u inhargu r-regolamenti u jitwettqu l-progetti u jsir l-enforcement necessarju biex pajjizna, jigifieri l-Intraprizi Maltin, mhux biss ma jgorrx piz aktar milli jiflah imma wkoll ma jehilx penalitajiet imposti mill-Kummissjoni Ewropeja ghaliex ahna ninqabdu f'infringments tad-direttivi Ewropej. Il-volumi ta' kitba, is-sieghat ta' laqghat, ix-xoghol u l-energija li taghti l-GRTU f'dan is-settur m'ghandu l-ebda paragun ma dak li jaghmel haddiehor anke jekk jingabar dak kollu li jaghmlu l-organizzazzjonijiet l-ohra kollha f'daqqa.
Bizzejjed nghidu li llum Green MT il-Waste Management and Compliance Scheme li l-GRTU waqfet f'isem il-komunita' kummercjali Maltija llum hi responsabbli ghal gbir ta' skart riciklabbli minn 41 Kunsill Lokali li fihom jghixu l-fuq minn 68% tal-popolazzjoni Maltija. Sa l-ahhar ta' Settembru 2010, l-Iskema kellha 75 membru li bejniethom poggew fuq is-suq Malti 8714 -il tunnellata ta' Skart tal-Ippakeggjar. F'Awwissu ta' din is-sena bi sforzi kbar mill-GRTU nhargu l-applikazzjonijiet ghall-ezenzjonijiet mill-Eko-Kontribuzzjoni. Green MT applikat ghan-nom ta' 29 membru u dawn illum qed igawdu minn ezenzjoni mill-Eko-Kontribuzzjoni.
L-Iskema gabret il-fuq minn 14,600 tunnellata ta' skart riciklabbli fis-sena 2010. Dan huwa l-ikbar ammont li Skema Awtorizzata qatt gabret gewwa pajjizna. L-Iskema kienet l-ikbar kontributur ta' Skart Riciklabbli fil-facilita ta' Sant Antnin fejn ikkontribwixxiet 78% tal-ammont kollu li dahal f'dan l-impjant. Dan kollu jawgura li fis-sena li gejja nkomplu nsahhu dak li bnejna bi ftehim mal-Awtoritajiet tal-Gvern u anke ma' Ministeri kkoncernati.
Wara li Green MT issottomettiet lill-MEPA r-rapporti kollha mehtiega, u ssodisfat il-kriterji mehtiega, il-permessi tal-operat ghas-snin 2011 u 2012 hargu fl-20 ta' Dicembru 2010.
Xoghol kbir li ahna kburin hafna li wettaqna matul l-2010 hu dak li ghandu x'jaqsam ma' l-Unjoni Ewropeja. Illum id-decizjonijiet il-kbar li jolqtu n-negozji kollha fl-Unjoni Ewropeja fosthom ukoll lin-negozji Maltin, fil-bicca l-kbira tal-kazi m'ghadhomx jittiehdu fil-parlament u fl-istituzzjonijiet Maltin imma qed jittiehdu aktar u aktar fuq livell Ewropew. Ghalhekk huwa importanti li Malta mhux biss ikollha rapprezentanza permanenti fi Brussell b'sahhitha u kapaci, izda wkoll in-nies li jirrapprezentaw lil Malta fl-oqsma kollha li jolqtu l-ekonomija u l-kummerc iridu jkunu nfurmati sewwa fuq x'inhu fl-ahjar interess tan-negozjanti Maltin u fuq x' inhu fl-ahjar interess ta' l-SMEs Maltin. Illum l-EU Desk tal-GRTU hi bicca importantissima mill-GRTU ghaliex izzomm kuntatt kontinwu kemm mall-UEAPME kif ukoll mall-EuroCommerce u nahdmu kontinwament biex naghtu il-perspettiva ta' l-ekonomija Maltija u tan-negozji zghar Maltin fuq il-lista ma tispicca qatt ta' issues, direttivi u regolamentazzjoni gdida li kontinwament tigi fuq l-Agenda. Ahna dan naghmluh b'kitba u partecipazzjoni diretta f' tahdidiet kemm fuq livell lokali permezz tal-MEUSAC u permezz tar-raprezentanza taghna mall-Ministri individwali kif ukoll permezz ta' rapprezentanza qawwija fi Brussell. Ghalkemm sibna tfixkil kbir u b'riha kbira ta' ghira u ta' invidja milli fuq bazi ta' argumenti sodi, il-GRTU rnexxielha zzomm il-pozizzjoni li bi dritt akkwistat meta Malta dahlet fl-Unjoni Ewropeja, dik illi izomm wiehed miz-zewg postijiet li Malta ghandha fil-Kunsill Ewropew Socjali u Ekonomiku (EESC) u li jirraprezentaw lis-sidien ta' l-intraprizi Maltin kollha.
Il-GRTU ghal numru ta' snin kellha lil Sylvia Gauci bhala wahda minn dawn ir-raprezentanti. Sylvia Gauci qdiet hidmitha b'hila kbira u mhux biss ghamlet gieh lill-GRTU u lis-sidien ta' l-intraprizi kollha Maltin, imma hu ta' sodisfazzjon kbir ghalina li llum Sylvia Gauci tokkupa il-post ta' Segretarju Ezekkuttiv tal-MCESD. Wara li Sylvia Gauci temmet il-mandatt taghha fl-EESC il-Kunsill tal-GRTU hass li fic-cirkonstanzi tal-krizi ekonomika li l-Ewropa affacjat u fid-dawl tal-problemi kbar li se jigu diskussi fuq livell Ewropew biex l-ekonomija Ewropeja titjieb u jkun jista' jsir programm komprensiv biex l-Unjoni Ewropeja tilqa' ghal din il-krizi. Kien ghaqli li Malta tibat fl-EESC f'isem is-sidien tan-negozji Maltin l-aktar persuna kapaci li nistghu noffru bhala GRTU. Il-Kunsill Ezekkuttiv tal-GRTU qabel unanimaent li jinnomina lill-istess Direttur Generali tal-GRTU biex jokkupa ukoll din il-pozizzjoni. Ghalkemm il-Kunsill fehem li din il-kariga se tghabbi piz kbir iehor fuq id-Direttur Generali, il-Kunsill kien tal-fehma li kien biss permezz ta' kandidatura b'sahhitha f'dan il-livell li dan il-post ma jintilifx u li tibqa' il-GRTU l-organizzazzjoni Maltija li zzomm it-tieni post f'isem is-sidien tal-intraprizi Maltin fl-EESC u jkun assigurat li l-lehen in-negozji u intraprizi micro, small u medji Maltin f'dan il-Parlament Ewropew tal-imsiehba socjali ma jintilifx anzi jissahhah b'raprezentanza aktar qawwija.
Illum bis-sahha tar-rapprezentanza ta' Vince Farrugia fl-EESC is-sidien tan-negozji Maltin ghandhom post fil-Bureau ta' Group I (li jirraprezenta sidien ta' intraprizi), fil-Bureau tas-sezzjoni INT(is-sezzjoni li ghandha x' taqsam mas-Suq Intern Ewropew tal-Kummerc u Kompetizzjoni u Affarijiet tal-Konsumatur) kif ukoll shubija; fis-Sezzjoni ECO (is-Sezzjoni li ghandha x' taqsam ma' Affariiiet Ekonomici, Finanzi, Sistemi Monetarji) u wkoll fis-CCMI (is-Sezzjoni li ghandha x'taqsam ma' l-Innovazzjoni fis-Setturi Produttivi) u fil-kategorija' tat-Trasport kif ukoll rapprezentanza fis-Sezzjoni TEN(is-Sezzjoni dwar Trasport. Logistika, Energija u Ambjent) u wkoll rapprezentanza effettiva f'numru ta' Study Groups fuq issues ta' importanza ghal SMEs u ghaz-Zona Ewro. Fl-EESC, id-Direttur Generali llum akkwista diga' livell gholi ta' rikonixxment mhux biss fil-partecipazzjoni tieghu fid-diversi Assembleji u Fori ta' l-EESC imma wkoll bis-sahha tal-papers u kitbiet f'oqsma bhal m'huma l-programmi tar-riformi, it-tishieh ta' l-SMEs u kwistjonijet u issues Makro-Ekonomici li jolqtu direttament lill-intrapriza u l-izvilupp ekonomiku u l-izbilanci fiz-zona Ewro kollha.
Illum bix-xoghol kollu tal-GRTU u bis-sostenn kontinwu li l-GRTU taghti lill-Gvern u lill-Awtoritajiet, ghalkemm dawn mhux dejjem huma pronti li jwettqu dak kollu li tressaq b'qawwa u hila l-GRTU, Malta fi kliem stess tad-Direttur Generali ghall-Affarijiet Ekonmici u Finanzjarji tal-Kummissjoni Ewropeja Malta kellha:" A stronger than expected rebound in 2010…". Skond l-istess rapport tal-Kummissjoni l-impatt totali ta' ricessjoni dik tal-2009 l-ekonomija Maltija ckienet b'2%, rata relattivament baxxa hdejn dak li soffrew ohrajn ikbar minnha fl-UE u baxxa wkoll meta mqabbel ma' dak li gara fil-kumplament tal-Euro-Area fejn il-medja tat-telf ekonomiku kienet ta' 4.1%. It-telf il-kbir ta' l-ekonomija Maltija kien fil-livell ta' l-esportazzjoni u fil-waqgha fil-livell ta' investiment f'dawk li huma magni u apparat ghall-produzzjoni u dak tal-bini u kostruzzjoni kif ukoll tnaqqis qawwi f'dawk li huma inventarji biex b'hekk l-ekonomija ta' l-2009 ghalqet b'telf. Fl-2009 wkoll il-konsum privat li minnu jiddependu hafna l-imsiehba tal-GRTU wkoll waqgha.
Bis-sahha ta' inizjattivi li ttiehdu izda, fl-2010 l-ekonomija regghet bdiet tikber u meta pparagunata mas-sena ta' qabel l-ekonomija kibret b'4%, l-aktar permezz tal-esportazzjoni. Is-Settur rapprezentat mill-GRTU l-aktar dak kummercjali ghadu qed ihoss l-impatt ta' l-istaggnar f'dik li hi domanda domestika pero' dawn l-ahhar sitt xhur tas-sena ta' l-2010 qed juru li l-affarijiet regghu qed jiccaqalqu, dan il-moviment jitkattar hekk kif jibda jinhass l-effett ta' l-investiment f'numru ta' progetti pubblici li dwarhom qed naghmlu pressjoni kbira lill-Gvern biex jghaggel f'dik li hija implimentazzjoni u kif ukoll biex jithaffef it-thaddim ta' diversi progetti ffinanzjati mill-Unjoni Ewropeja. Il-problema ewlenija tibqa' dejjem jekk id-dhul disponibbli ghall-familji mhux qed jizdied bizejjed biex jaghmel tajjeb ghaz-zidiet tal-prodotti ta' l-energija, elettriku, fuels u gass u l-GRTU ghaddejja b'numru ta' proposti ohra biex il-Gvern jghaggel jintroduci skemi godda fil-qasam tal-energija alternattiva u bhal enterprise loan guarantee schemes biex jimbotta l-intraprizi zghar fis-setturi kollha rapprezentati mill-GRTU ha jinvestu u joholqu xoghol gdid. L-indikazzjonijiet qed juru li hekk kif il-livell ta' infiq minn naha tal-Gvern fuq l-oqsma ta' investiment u strutturi jizdied ikun hemm qabza wkoll f'dik li hi zieda fl-attivita' li taffetwa d-domanda domestika l-aktar fl-oqsma marbuta mal-kostruzzjoni.
Pero' din is-sena irridu nikkoncentraw aktar biex nizguraw li l-pressjoni li ha ssir mill-Unjoni Ewropeja l-Gvern Malti jkun imgieghel jaghmel aktar sforzi fejn jidhol id-deficit u d-dejn Nazzjonali ma jkollix impatt negattiv fuq l-infiq tan-nies fl-ekonomija interna. Hu ghalhekk li l-GRTU qed tahdem kontinwament fuq il-prezentazzjoni ta' skemi li jghinu biex id-djar u l-intraprizi zghar jinvestu aktar f'riformi u investimenti godda biex l-infiq isir bil-ghan li johloq aktar xoghol u aktar tkattir ekonomiku il-quddiem.
Sfortunatament hafna sidien ta' intraprizi zghar jahsbu li kollox isir wahdu jew isir ghax xi hadd jitkellem fuq it-televizjoni jew fil-Parlament. Il-verita' hi li l-iskemi u d-dettalji ta' x'ghandu jsir iridu jkunu diskussi ma' organizzazzjoni serja bhal GRTU u li minghajr is-sahha ta' ghaqda bhal GRTU s-sidien tan-negozji zghar Maltin ma jkunu qa