Il-President Paul Abela iwissi :
-
1.Lil-Gvern: "It-Tnaqqis tan-nefqa Pubblika ara li tiehdu minn fuq is-setturi non-produttivi u tmissx in-nefqa Kapitali u l-iskemi u progetti ghan-Negozji Zghar u Self-Employed"
-
2. Lill-Politici: "Solvu l-problema tal-instabbilita' Politika li inholqot. In-Negozji iridu it-trankwillita'. Ghandha bizzejjed problemi ekonomici biex noqghodu ninhlew fuq il-Politika"
Fil-Kwartieri Generali tal-GRTU fi Triq ir-Repubblika l-Belt Valletta, il-GRTU – l-Kamra tan-Negozji Zghar u Medji, zammet it-Tlieta u Sittin Laqgha Generali Annwali. Id-Diskorsi ewlenin f'din il-laqgha kienu d-Diskors tal-President Paul Abela u dak tad-Direttur Generali Vince Farrugia (kopja tad-Diskors tal-President Paul Abela tinsab aktar l-isfel filwaqt li taqsira tar-Rapport Amministrattiv tad-Direttur Generali Vince Farrugia tinsab fuq il-website www.grtu.eu).
Id-Direttur Generali ta dettalji tal-attivitajiet u l-issues ewlenin li hadmet fuqhom il-GRTU fuq livell Lokali u livelli Settorali u Nazzjonali f'Malta u x-xoghol li twettaq fuq issues relatati mal-Unjoni Ewropeja u l-implimentazzjoni f'Malta tad-direttivi u regolamenti tal-Unjoni Ewropeja. Id-Direttur Generali fir-Rapport tieghu habbar li matul l-2011 fil-GRTU dahhlu elf u hamest (1,500) membru gdid il-bicca il-kbira minnhom mis-settur kummercjali u ohrajn minn gruppi godda ta' self-employed li hassew il-htiega li jkunu moghqdija ahjar bis-servizzi u l-appogg li taghti lill-imsiehba taghha l-GRTU.
Il-President tal-GRTU Paul Abela ghalaq il-Laqgha Generali Annwali b'diskors imhejji apposta ghall-okazzjoni:
L-2011 kienet sena partikolari u jidher li l-2012 se tkun aktar. Bhala GRTU fl-2011 komplejna issahhahna kemm bhala membri godda kif ukoll bhala organizzazzjoni u bhala firxa ta' xoghol u fuq kollox bhala rizultati. Bhala membri godda din kienet sena tajba hafna, b'zieda ta' elf u hames mitt (1,500) membru gdid sa l-ahhar tas-sena. Il-Membri godda gew l-aktar mill-qasam l-aktar importanti ghalina, dak tas-settur kummercjali. Dahhalna ukoll fil-GRTU gruppi godda ta' self-employed minn oqsma ta' servizzi li qabel ma kinux imsiehba fil-GRTU. Bhala organizzazzjoni komplejna wkoll issahhahna. Issa ghandha organizzazzjoni fejn b'nies kwalifikati u mharga qed jispeccjalizzaw l-energija taghhom fuq oqsma importanti ghall-membri taghna, bhal ma huwa xoghol marbut mal-Unjoni Ewropeja, direttivi, regolamenti godda, tahrig, standards u rapprezentazzjonijiet dwar kif ikunu imfassla l-Ligijiet u l-Avvizi Legali li jolqtu l-imsiehba taghna, kif ukoll EU Support Desk. Illum ghandha ukoll Ufficju Legali li mhux biss jaghrbel dak kollu li jkun qed isir u li jolqot lis-self-employed u lis-sidien tan-negozji z-zghar, imma wkoll jaghti pariri lil membri fuq kwistjonijiet dwar taxxa, licenzji, kera u azzjonijiet ta' enforcement mid-diversi entitajiet tal-Gvern.
Qasam iehor speccjalizzat hu dak dwar il-Lokalitajiet fejn insegwu dak kollu li jsir fuq livell ta' Kunsill Lokali u fuq problemi ta' immaniggjar ta' traffiku u dwar parking u kwistjonijiet ohra li jolqtu lin-negozji fil-lokalitajiet. Dan il-unit jikkumplimenta x-xoghol tal-Kumitati tas-Sezzjonijiet u jaghmel follow-up fuq numru kbir ta' kwistjonijiet mqajjma minn gruppi differenti organizzati fil-GRTU. Xoghol kbir iehor li dhalna ghalih bil-kbir hu dak marbut ma' issues dwar l-energija alternattiva, dwar problemi ta' riciklagg ta' skart u l-problemi kbar li qed jaffaccjaw hafna negozji fis-servizzi, fil-portijiet u fil-qasam tad-distribuzzjoni. Isahhahna ukoll din is-sena fir-rapprezentazzjoni taghna fil-qasam tat-turizmu u fil-qasam tal-farmacewtika u qed inzidu ukoll ir-rapprezentazzjoni taghna dwar kwistjonijiet dwar Ghawdex. Komplejna ukoll fuq ix-xoghol taghna bhala rapprezentanti tan-negozji fil-Belt Valletta u f'zoni important bhal Marsaxlokk, tas-Sliema, Naxxar, Mellieha San Pawl il-Bahar, Paceville u Rahal Gdid fost ohrajn. Dwar il-kwistjoni tal-kera ghamilna arrangamenti li minnhom ser igawdu hafna negozji li ntlaqqtu hazin bil-Ligi tal-kera fil-Belt u issa qed nirsistu biex din is-soluzzjoni tkun estiza ghal-postijiet ohra.
Fuq kollox lehinha llum jasal ukoll bis-sahha fuq livell Ewropew fejn bis-sahha tar-rapprezentazzjoni tad-Direttur Generali fuq il-Kumitat Socjali u Ekonomiku Ewropoew u tieghi bhala r-rapprezentant fuq il-Kumitat dwar Fondi Socjali Ewropew, il-GRTU illum hi stabbilita' sew bhala organizzazzjoni ewlenija li tirraprezenta l-SME's Maltin. Sahhahna ukoll ir-rapprezentazzjoni taghna fl-organizzazzjonijiet li ahna attivi fihom fuq livell Ewropew, l-UEAPME u l-Euro Commerce fejn jien bhala President u Vince Farrugia bhala Direttur Generali, ahna membri tal-Bord Amministrattiv ta' dawn iz-zewg organizzazzjonijiet importanti. Illum in-negozjant zghir Malti ghandu jkun kburi li bil-GRTU mhux biss ghandu min iharrsu imma wkoll organizzazzjoni stmata, kemm f'Malta kif ukoll fi Brussels. Ghaqda li tasal.
F'Malta ahna forza ewlenija fir-rapprezentazzjonijiet taghna lill-Gvern mhux biss b'laqghat kontinwi dwar kwistjonijiet li jolqtu is-sezzjonijiet, laqghat ma' Ministri, ma' Permanent Secretaries, Chairmen u CEO's tal-Awtoritajiet Regulatorji, imma wkoll b'laqghat spissi dwar issues ta' importanza ekonomika nazzjonali. Il-Prim Ministru u diversi Ministri, aktar minn darba, u b'enfasi, jaccennaw ghall-importanza tal-proposti u s-suggerimenti konkreti li taghti l-GRTU. Illum ghandha influwenza kbira u ngibu r-rizultati u bhala GRTU ahna ngawdu l-akbar rispett mill-Awtoritajiet. Dan hu rizultat ta' hafna hidma, ta' preparazzjoni tajba u kontinwa u direzzjoni generali kapaci.
Kif ighidt, ghall-ekonomija u ghas-setturi rapprezentati minnha, is-sena 2011 ma kinitx sena facli. Wara l-inkwiet ekonomiku fl-2009 u l-2010, is-sena l-ohra rat l-ghawg kbir li ffaccja l-Ewro wara li pajjiz wiehed wara l-iehor beda jifga taht pizijiet ta' dejn u zbilanci finanzjarji. Ahna ghalkemm pajjiz zghir irrezistejna u ghalaqna is-sena fuq livell relattivament sodisfacenti, ghalkemm ghall-hafna negozji rapprezentati minna, kienet sena tassew iebsa. L-2012 ma tantx qed turi prospetti sbieh, pero ahna se nibqghu nahdmu u ninsistu, kif ghamilna bil-proposti taghna ghall-Budget 2012, biex il-Gvern jahdem aktar, kemm b'nefqa kapitali akbar, kif ukoll bl-introduzzjoni ta' skemi godda favur in-negozji z-zghar, biex l-ekonomija lokali tibqa tirranka. Jekk nahdmu bil-ghaqal, l-2012 m'ghandix tkissirna.
Pero pajjizna irridu nibzghu ghalih ilkoll. Pajjizna mhux tal-Gvern u haddiehor gallerija. Pajjizna taghna ilkoll – Gvern, Oppozizzjoni, Unions, Korpi Kostitwiti, Socjeta' Civili u Poplu. Pajjizna ma jaffordjax li nwaqquh lura mill-attenzjoni shiha taghna lejn x'jaqbel l-aktar li jsir biex insahhu l-ekonomija ta' pajjizna. Ix-Xoghol u l-investiment jigi l-ewwel. L-argumenti li nholqu dan l-ahhar dwar maggoranza jew mhux maggoranza fil-Parlament, huma argumenti li qed jaghmlu hsara lil pajjizna. Hemm zmien ghal kollox -zmien ghax-xoghol u zmien ghall-politika. Issa zmien ix-xoghol. Dan li jesigi pajjizna, minghandna lkoll, bhala prijorita'. F'isem il-GRTU qed nghid b'lehen qawwi lill-Prim Ministru, Opozizzjoni u lid-Deputat Franco Debono, li pajjizna jrid li din il-kwistjoni tinqata'. Ahna tallajnikom fil-Parlament biex tindukrawlna xoghlna, n-negozju taghna u tharrsulna l-pajjizna.
L-Issue l-kbira verament ma kellha tkun qatt dik li qajjem l-Onorevoli Franco Debono, imma l-ordni tal-Kunsill tal-Ministri Ewropej li Malta trid tnaqqas aktar l-Budget Deficit. Il-Kunsill tal- Unjoni Ewropeja diga' wera' l-biza' li s-sussidju li l-Gvern irid jaghti lil AirMalta u z-zidiet fil-pagi li jridu l-haddiema tal-Gvern se jaghrqu s-sitwazzjoni finanzjarja tal-Gvern. Ghalhekk jien f'isem l-akbar firxa ta' sidien ta' negozji Maltin u self-employed qieghed nindirizza lil politici kollha, car u tond, solvu din il-problema malajr, issa mhux iz-zmien li nilaghbu bil-politika. Imma fuq kollox infakkar lill-Gvern, li n-nies tan-negozji u self-employed matul l-ahhar sena u sentejn ta' qabel, baghtew imma b'kuragg baqghu ghaddejin. Issa ejja ma nsibux il-flus ghal-kulhadd u lin-nies taghna ntuhom xi daqqa ohra l-isfel.
In-nies taghna zammew l-impjiegi u zammew l-intraprizi taghhom anke bit-telf. Issa li l-Gvern irid jerga' jissikka c-cinturin tan-nefqa pubblika, ma ridux li jsir dejjem dak li sar qabel, li lil min hu hobzu mahbuz nibzghu ghalih, u lin-nies taghna, li jridu kollha jfendu ghal-rashom, inkomplu nafguhom.
Ahna ferhanin li l-Gvern, waqqaf fuq parir taghna, Ministru b' responsabbilta' diretta ghan-Negozji z-zghar u self employed u lill-Onorevoli Jason Azzopardi nifirhulu minn qalbna. Twaqqfet ukoll Ligi apposta is-Small Business Act li tifavorixxi lin-negozzji z-zghar.
Imma l-fatti jitkellmu aktar min kull ligi u min kull decizjoni.
Fl-2012 irridu li tkun sena fejn is-sidien tan- negozji z-zghar u self employed ikunu verament fuq nett fuq l-agenda tal-Gvern.
In-nies taghna jridu t-trankwillita'. In-nies taghna jridu jahdmu. Sibu soluzzjoni ghall-problemi politici u halluna nahdmu. Kunu serji. Kunu intelligent. In-nies taghna ma jridux inkwiet.
Huwa ikkonkluda ir-Rapport tieghu billi irringrazzja lil dawk prezenti tas-supprot taghhom u talli oghgobhom jinghaqdu maghna ghal din il-Laqgha importanti. Il-President Paul Abela stieden ukoll lil dawk prezenti ghall-bibita' fl-ahhar tal-Laqgha.
Link to presentation in the right column of this website.