SME Chamber

Il-Burdnara Sectional Committee fi ħdan il-GRTU tistqarr it-tħassib tagħha dwar id-dewmien żejjed u l-mod li qegħdin jiġu trattati burdnara li joperaw mill-Port Ħieles

Hauler finalIl-Burdnara Sectional Committee fi ħdan il-GRTU tistqarr it-tħassib tagħha dwar id-dewmien żejjed u l-mod li qegħdin jiġu trattati burdnara li joperaw mill-Port Ħieles

Dan id-dewmien b’mod partikolari, qiegħed jinħass nhar ta’ Tnejn fejn jidħlu ammont kbir ta’ trailers. Il-GRTU tirrimarka li kienet ressqet suġġerimenti minħabba n-numru kbir ta’ trailers li kull ma jmur qegħdin jidħlu fil-Port Ħieles. Fid-dawl ta’ dan, bl-istess mod għandhom jiżdiedu r-riżorsi u l-investimenti tal-Malta Freeport Corporation biex il-ħruġ jkun faċilitat. Il-GRTU ilha żmien twil tisħaq biex tiġi miftuħa gate oħra eżistenti u jiżdied l-istaff biex b’hekk jitħaffef l-proċess u jittaffa d-dewmien esaġerat li jiffaċċjaw ma’ wiċċhom il-membri tal-GRTU ta’ kuljum. Din il-gate għandha tintuża għal ħruġ ta’ Roro trailers u xogħol ieħor konvenzjonali bħal żrar u ħadid li żdied fil-Port Ħieles. Il-gate prinċipali u eżistenti għandha tibqa’ tintuża biss għal ħruġ ta’ containers.

 

Il-GRTU tinnota li l-proċedura li bdiet titħaddem fl-aħħar xhur fuq li scanning tal-containers qed toħloq dewmien żejjed u spejjeż żejda għan-negozju tal-burdnara. Il-GRTU tinsisti, li l-containers li dwarhom tkun meħtiega scan, mal-wasla tagħhom f’Malta, għandhom jintbagħtu għal dan l-scan, immedjatament meta l-container jinħatt minn fuq il-vapur fi triqtu lejn il-post fejn se jinħazen ġewwa l-Port Ħieles. Dan anke fid-dawl li l-Port Ħieles jieħu ħlas ta’ €194.97 fuq containers tal-għoxrin u €306.38 fuq containers tal-erbgħin pied. Għaldaqstant, l-scan hija parti mir-responsabilità tal-Port Ħieles u mhux tal-burdnara. B’riżultat ta’ dan il-GRTU tinsisti li għandu jkun hemm iktar effiċjenza f’dan l-proċess.

Fuq il-banda l-oħra, l-GRTU ilha żmien twil tisħaq li għandhom isiru iktar sforzi biex titwaqqaf il-kompetizzjoni nġusta speċjalment fuq xogħol li għandha titħallas SISA fuqu u li jiġi fi ‘groupage trailers’. Dan wara li ġie nnottat li l-groupage trailers mhux kollha qed jitilgħu Hal Far Groupage Complex meta jiġu mil-Portijiet Maltin, imma xi wħud qed jittieħdu direttament f’bondijiet privati. Tista’ d-Dwana tikkonferma li xogħol li ġej bill-baħar u fi ‘goupage trailers’ qiegħed jiġi sottopost għal-istess livell ta’ skrutinju bħal ma jiġi sottopost xogħol li jgħaddi mill-Hal Far Groupage Complex? Dan għaliex merkanzija oħra li tgħaddi minn Hal Far Groupage Complex, fejn il-Membri ta’ dwana huma preżenti, tiġi ċċekjata u jsiru l-kontrolli kollha biex jiġi aċċertat li l-merkanzija tiġi ddikjarata, tkun konformi mall-liġi u kull ħlas neċessarju ikun sar. B’riżultat ta’ dan, tista’ id-Dwana tikkonferma kif qed isiru kontrolli fuq trailers li jintħattu f’bonds privati bl-istess mod li qegħdin isiru fil-Hal-Far groupage Complex? F’dan ir-rigward il-GRTU issostni li biex titwaqqaf il-kompetizzjoni nġusta anke fuq l-importaturi li l-merkanzija tagħhom tiġi iċċekjata u proċessata kif tgħid il-liġi, l-Groupage trailers li jġorru merkanzija u li jkunu suġetti għal SISA, għandhom jintbagħtu fil-Hal-Far Groupage Complex.

Il-GRTU tinnota li diġa’ attendiet għal diversi laqgħat mal-Awtoritajiet kollha responsabbli fosthom id-Dwana u l-Port Ħieles iżda ma kien hemm l-ebda żviluppi fuq dawn l-proċeduri nkwetanti għal burdnara u għall-operat ġust tal-verifiki marbuta mal-merkanzija. Il-GRTU tinsisti li dawn it-talbiet u mistoqsijiet jiġu ndirizzati mingħajr dewmien. Il-GRTU se tkun qed tistenna li l-Gvern jikkomunika mal-GRTU f’perjodu ta’ 10 t’ijiem biex jiġu ndirizzati b’mod effettiv dawn l-materji. Fin-nuqqas ta’ qbil jew azzjoni effettiva, il-GRTU se tkun qed tieħu l-azzjonijiet kollha meħtiega. 

What we can do for you

EMPLOYMENT & CONSUMER LAW

INDIVIDUAL ASSISTANCE

PRIORITY ACCESS

LOCAL ISSUES & LEGISLATION

NETWORKING EVENTS

LEGAL ADVICE

EU FUNDS AND SCHEMES

INFORMATION SESSIONS, MASTERCLASSES AND CONFERENCES

BECOME A MEMBER

The Malta Chamber of SMEs represents over 7,000 members from over 90 different sectors which in their majority are either small or medium sized companies, and such issues like the one we're experiencing right now, it's important to be united. Malta Chamber of SMEs offers a number of different services tailored to its members' individual requirements' and necessities. These range from general services offered to all members to more individual & bespoke services catered for specific requirements.

A membership with Malta Chamber of SMEs will guarantee that you are constantly updated and informed with different opportunities which will directly benefit your business and help you grow. It also entails you to a number of services which in their majority are free of charge and offered exclusively to its members (in their majority all free of charge).