Il-GRTU illum, f’isem n-negozji
fil-qasam tal-IT u computers
systems rapprezentanti mill-GRTU, talbet l-Qorti terga tordna l-hrug
ta mandat ta inibizjoni kontra l-Prim
Ministru u Ministru tal-Finanzi, l-Ministru
ghal-Investiment ghal-Industrija u Tekonolgija tal-Informazzjoni u
d-Direttur Generali tal-MITTS biex ma jkomplux jiprocessaw jew b’xi mod
jiddeterminaw jew jikkonkludu t-tender
mahrug mill-MITTS (Tender No:
M390/07) ghal “leasing of personal
computers/ laptops and work station support services” ghas-settur
pubbliku.
Il-GRTU
ssostni li dan it-tender hu
ta’ hsara ghan-negozji zghar Maltin f’dan il-qasam u jikkontradixxi dak li jghid
l-Gvern li hu favur in-negozji z-zghar. Dan ghaliex
ghax hadd minn negozji z-zghar
Maltin ma jista’ jidhol ghall-dan l-kuntratt. B’dan
l-kuntratt l-Gvern ser ikisser l-istruttura kompettitiva tas-suq.tenders Il-GRTU
ssostni li fil-waqt li l-Kummisjoni Ewropeja qed tinsisti mal-gvernijiet membri
biex it-
pubblici jaghmluhom aktar accessibli ghan-negozji z-zghar, il-Gvern ghazel li
jinjora dan l-parir tal-Kummisjoni Ewropeja u jinjora ghall-kollox l-oggezzjoni
gravi li resqet il-GRTU bhala l-Kamra Maltija tan-Negozji Zghar u
Medji.
Fit-talba gdida ta hrug ta mandat
ta inibizjoni biex titwaqqaf it-tender
il-GRTU qed issostni li l-process huwa rregolari u illicita ghalhiex fil-waqt
li, fuq ammisjoni guramentata tal-istess
Direttur Generali tal-MITTS is-Sur Alex Attard, ghamel konsultazzjonijiet ma x’uhud mit-tenderers prospettivi qabel
inhareg it-tender dan ma
sarx ma l-applikanti prospettivi kollha.
Dan ta’ vantagg lil x’uhud ghad-detriment u
b’diskriminazzjoni mal-membri tal-GRTU mis-settur tal-IT u computer
systems.