Il-GRTU tiehu
bis-serjeta’ hafna dak li qed jghid l-Professur tal-Ekonomija Dr Edward Scicluna
ex-Chairman tal-MCESD, li jekk mhux ser jittiehdu mizuri serji biex l-ekonomija
terga tibda tikber l-pajjiz ser jiffacja problemi kbar u zieda qawwija
fil-qaghad. Din hi ezatt il-pozizzjoni tal-GRTU. Malta qed titlef
l-kompetitivita taghha b’mod rapidu u s’issa minflok mizuri biex titranga
s-sitwazzjoni rajna biss zieda fit-taxxi, zieda fl-infieq tal-gvern u progetti
kapitali kbar, bhal dak tal-isptar il-gdid li qed jizvina lil gvern, u zieda
qawwija bla sens fil-burokrazija u r-regolamentazzjoni li qed twerwer lil kull
min irid jinvesti u johloq ix-xoghol.
Il-Prof. Scicluna qed iwiddeb li min hu
responsabbli – rapprezentanti tas-sidien, rapprezentanti tal-haddiema u gvern,
biex jaghzel minn tlett ghazliet:
ï‚· Jew devaluation qawwija tal-lira
Maltija biex tinghata spinta lil esportazzjoni, din soluzzjoni,li taghti
vantaggi short-term izda malajr ikollna nhallsu l-konsegwenzi negattivi taghha u
ghalhekk il-GRTU ma taqbilx ma din s-soluzzjoni.
ï‚· Wage freeze ghal tlett
snin ghaliex l-pagi huma l-ghola element ta’ nefqa ghall-bicca l-kbira ta’
intraprizi Maltin u bi freeze totali Malta tirbah lura l-kompetitivita.
ï‚· Li
ma jsir xejn u l-qaghad jithalla joghola bil-kbir sakemm wara perjodu ta’
ricessjoni l-ekonomija tigi f’taghha ghax nergghu nsiri
kompetitivi.
Il-GRTU temmen li jekk kulhadd jistembah ghar-realta
ekonomika li pajjizna ghaddej minnha soluzzjoni tinstab. Il-GRTU izda ma tridx
tkun parti minn soluzzjoni taparsi li flok twassal ghall-qawmien ekonomiku
twassal ghall-aktar gwaj. Hu ghalhekk li l-GRTU qed tappella pubblikament biex
ikun hawn aktar kuxjenza nazzjonali dwar il-gwaj ekonomiku li qed jiffacja
pajjizna. Il-GRTU ssostni li jekk il-haddiema ma jridux wage-freeze, soluzzjoni
li l-GRTU mhiex tipproponi u ma taqbilx maghha, il-haddiema ghandhom jaccettaw
li jitnaqqsu n-numri esagerati ta’ vaganzi u leave li jitgawdew f’Malta ghax
Malta ma teffordjax dan il-lussu kollu li jpoggina fost l-aktar komdi fl-ewropa
meta ahna fost l-aktar li ghandna gwaj ekonomiku.
Il-GRTU taqbel ma
tnaqqis serju fin-numru ta’ granet ta’ leave ghax dan ifisser boost qawwi lil
produzzjoni nazzjoanli u zieda diretta lil kompetittivita tal-prodott Malti.
Il-GRTU taqbel ukoll li l-gvern ghandu jrazzan bil-kbir n-nefqa pubblika b’mod
aktar aggressiv minn dak li ntrabat dwaru ma Brussels ghaliex s’issa ghadu ma
kkonvinciex li bis-serjeta’ jrid jwaqqa l-livell record ta’ 52% tal-Prodott
Gross Nazzjonali li jmur fl-infieq tal-gvern.
Il-GRTU tistenna li
d-dibattitu dwar l-ekonomija jinfetah berah biex il-poplu jkun jaf x’inhuma
l-ghazliet iebsa li ghandu quddiemu w jaghraf jiddeciedi fl-ahjar interessi ta’
pajjizna.
|
|