Il-GRTU tirreferi ghal l-istqarrija ta' l-NSO tal-31 ta' Jannar 2008 fejn l-NSO wiegeb ghall-konferenza ta' l-ahbarijiet li tat il-GRTU fit-23 ta' Jannar 2008 fuq it-tkabbir ekonomiku tal-GDP tat-tielet kwart tas-sena 2007.
Il-GRTU tinnota b'sodisfazzjon li l-NSO jaqbel li jibda jippublika d-deflators tas-setturi fil-GDP u li l-Kumitat konsultattiv kongunt bejn l-imsiehba socjali u l-Gvern li llum jifli biss l-RPI issa ser jibda jkun ukoll kumitat fejn wiehed jiddiskuti d-deflators tal-GDP. Il-GRTU pero ma tistax tifhem ghaliex dawn id-deflators ser jibdew jigu ppubblikati biss mir-raba' kwart tas-sena 2007.
Il-GRTU ghalhekk issostni dan li gej:
- Ladarba d-deflators tal-GDP huma ivverifikati u awditjati mill-Eurostat, ma ghandux ikun hemm problema biex dawn jigu ppubblikati ghal kull kwart tas-sena 2004, 2005, 2006 u 2007. Il-GRTU issotni mal-Awtorita tal-Istatistika biex tippubblika dawn id-deflators ghal kull kwart ta' dawn is-snin, f'isem it-trasparenza u l-akkontabilita', li ghandu jkollhom l-NSO u l-Awtorita' ta' l-Istatistika.
- Il-GRTU qed titlob ufficcjalment lill-Awtorita' ta' l-Istatistika biex formalment tivverifika ghaliex l-inflazzjoni tad-deflator tal-konsum domestiku tat-tielet kwart tas-sena 2007 hija negattiva (-1.86 fil-mija) waqt li r-Retail Price Index qed juri inflazzjoni posittiva (1.28 fil-mija), u l-Harmonised Index of Consumer Prices qed juri inflazzjoni ukoll posittiva (0.42 fil-mija). Il-GRTU tixtieq verifika jekk if-prezzijiet tal-konsum domestiku hux veru naqsu fit-tielet kwart tas-sena 2007. Dan ma giex spjegat fl-istqarrija tal-NSO. Dan huwa l-punt krucjali ghaliex il-GRTU qed issostni li it-tkabbir reali tal-konsum domestiku huwa ta' 3.64 fil-mija, waqt li t-tkabbir reali tal-GDP fit-tielet kwart huwa ta' 1.94 fil-mija, u mhux ta' 4.14 fil-mija kif gie imhabbar mill-NSO.
- Il-GRTU tinnota li d-deflator tal-importazzjoni qed juri li l-prezzijiet tal-prodotti, oggetti u servizzi impurtati zdiedu bi 0.7722 fil-mija fit-tielet kwart tas-sena 2007. Jekk il-prezzijiet tal-konsum domestiku globali veru naqsu bi 1.86 fil-mija, allura dan ifisser li l-prezzijiet tal-prodotti, oggetti u servizzi maghmulin f'Malta naqqsu drastikament. Din hija haga serja hafna ghall-GRTU u l-membri taghha. Ghalhekk, il-GRTU qed titlob spjegazzjoni ufficcjali dwar dan minghand l-Awtorita ta' l-Istatistika bhala r-regolatur tal-NSO. Il-GRTU qed tinsisti li tkun taf b'kemm nizlu l-prezzijiet (jekk dan hu veru) tal-prodotti, oggetti u servizzi maghmulin f'Malta fit-tielet kwart tas-sena 2007.
- Il-GRTU qed titlob ukoll spjegazzjoni formali minghand l-Awtorita' ghaliex l-inflazzjoni tad-deflator tal-konsum domestiku dejjem imxiet qrib hafna mal-inflazzjoni sew tal-RPI (Retail Price Index) u sew tal-HICP (Harmonised Index of Consumer Prices) f'kull kwart tas-sena 2005, 2006, u fl-ewwel kwart tas-sena 2007, waqt li hemm divergenzi kbar fit-tieni kwart (5 darbiet in-normal ta' qabel) u fit-tielet kwart (7 darbiet u nofs in-normal ta' qabel) tas-sena 2007. Din id-divergenza fit-tieni u fit-tielet kwart tas-sena 2007, turi li gara xi haga stramba fid-deflator tal-konsum domestiku f'dawn iz-zewg kwarti tas-sena 2007. Il-GRTU qeb titlob spjegazzjoni formali ta' dan minghand l-Awtorita' ta' l-Istatistika bhala regolatur bil-ligi tal-NSO.
- Il-GRTU qed titlob formalment lis-Sur Reno Camilleri biex dan jirrezenja temporarjament minn Chairman ta' l-Awtorita' waqt li huwa jibqa' Chief Officer tal-NSO. Dawn iz-zewg karigi huma nkompatibbli li jigu ezercitati tajjeb flimkien. Is-Sur Reno Camilleri ghandu jirrezenja minn Chairman waqt li huwa jibqa Chief Officer, biex isir Chairman xi hadd iehor halli dan ic-Chairman il-gdid jkun jista' formalment jivverifika dawn il-punti li qed tinsisti fuqhom il-GRTU. Il-GRTU ma ghandiex fiducja li s-Sur Reno Camilleri jista' jivverifa sewwa dawn il-punti mqajma mill-GRTU waqt li huwa jibqa' Chief Officer tal-NSO.
- Il-GRTU ser tikteb formalment lill-MCESD biex fl-ewwel laqgha li jmiss titlob lill-Awtorita' ta' l-istatistika, b'Chairman gdid, biex tghati spjegazzjoni shiha ghal dawn il-punti kollha mqajma mill-GRTU f'din il-Press Release.