B’referenza ghal dak li ntqal fl-istqarrija tal-Ministeru tal-IT&I li nharget b’risposta ghall istqarrija li harget l-GRTU illum it-Tlieta 18 ta’ Ottubru 2005, il-President tal-GRTU Paul Abela, d-Direttur tal-GRTU Vincent Farrugia, flimkien mall-advisor tal-GRTU Reuben Buttigieg li lkoll kienu prezenti ghall-Laqgha tal-MCESD tal-bierah it-Tnejn 17 ta’ Ottubru jikkonfermaw li L-Onorevoli Austin Gatt qal li biex l-GRTU jew xi membru iehor tal-MCESD jiltaqa’ mall-Fuel Procurement Advisory Committee iridu jiffirmaw non-disclosure agreement u ikunu lesti li jghamlu bank guarantee biex ikollu minn fejn jaqbad il-penali jekk dan l-agreement jinkiser.
La l-President u lanqas id-Direttur Generali tal-GRTU ma ikkonfermaw li jaqblu ma din l-proposta ghax ma hijiex l-intenzjoni tal-GRTU li titlob xi informazzjoni sigrieta izda informazzjoni li hi intotolata ghaliha bhala membru tal-MCESD.
Li qed titlob l-GRTU hi informazzjoni li ghandha dritt ghaliha taht id-direttivi tal-Unjoni Ewropeja (EU Electricity Directive 2003/54).