Waqt
l-prezentazzjoni tal-pubblikazzjoni tieghu lis-Sur Joe Tabone, Senior Vice-
President tal-GRTU, Dr Ian Spiteri Bailey, qal li huwa bhala MEP irid jassigura
lil GRTU, bhala r-rapprezentant u l-vuci nazzjonali ewlenija ghan-negozji
z-zghar ta’ pajjizna li huwa jikkommetti ruhu li:
ï‚· Jzomm kuntatt
kontinwu ma’ kull min hu interessat u koncernat fuq l-intraprizi zghar u medji
f’pajjizna
ï‚· Li jara li impatt negattiv possibli fuq l-SMEs Maltin ikun ta
l-anqas dannu possibbli
ï‚· Li jizgura li jkunu avvanzati l-dejat illi jaghtu
ghajnuna lis-settur ta’ l-SME’s anke f’pajjizna
ï‚· Li jirsisti biex tidhol
kultura ta’ impact assessment fuq l-imprizi zghar u medji qabel ma jittiehdu u
jigu mplementati certu decizjonijiet f’pajjizna u fuq livell Ewropew
Dr Ian
Spiteri Bailey spjega wkoll x’kienet il-politika tal-Partit Popolari Ewropew
lejn l-intraprizi zghar u medji b’mod partikulari l-impenn tal-PPE li tinholoq
l-infrastruttura kollha necessarja sabiex l-intraprizi zghar u medji ma jibqghux
jhallsu prezz gholi minhabba burokrazija zejda.
Wiegeb ghall-GRTU, Vince
Farrugia, Direttur Generali. Vince Farrugia qal li l-GRTU sodisfatta li
ghall-Elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew resqu Kandidati li fosthom hemm min
jista’ verament jaghmel differenza fejn jidhlu l-interessi tal-intraprizi
z-zghar. “Il-GRTU hi deciza li tara li l-politici Maltin li qed jikkommettu
ruhhom favur in-negozji z-zghar, jwettqu bis-serjeta’ dak li jweghdu”. Illum
il-GRTU ghandha numru ta’ kwistjonijiet li jekk mhux ser ikunu risolti ser ikunu
l-kawza ta’ konflitti u nkwiet. Il-kwistjonijiet pendenti huma
dawn:
ï‚· Data Protection: Il-ligi tghid car u tond li min jigbor
informazzjoni ta’ impjegati jew klijenti ghax obligat mill-ligi dan huwa
ezentat. Ghalhekk il-GRTU issostni li n-negozji z-zghar kollha m’ghandhomx
ghalfejn jkunu obligati jirregistraw u jhallsu licenzja. Mhux kwistjoni ta’ Lm10
jew lm20 fis-sena. Din burokrazija zejda u tirraprezenta ipokrezija fi zmien li
kulhadd jghid kontra l-burokrazija zejda.
ï‚· Smoking Ban: Il-gvern
intrabat mall-GRTU li l-bars u postijiet ohra zghar mifruxa ma Malta kollha li
jkunu ezentati basta jkollhom extractors adekwati. Issa il-Ministru tas-Sahha
qed jerga jdawwar kollox. Din l-GRTU mhux ser toqghod ghaliha. Illum ghandna
sitwazzjoni fejn bil-kliem jinghad mod u bil-fatti nsibu mod iehor. Il-GRTU mhux
ser toqghod ghal dan u l-pulitici Maltin, fil-gvern, fl-oposizzjoni u
fil-Parlament Ewropej jridu jiehdu dan l-messagg bl-akbar serjeta’”
ï‚·
Ezenzjoni mill-Audit ghan-Negozzji Zghar: Il-Gvern wieghed li jezenta n-negozji
z-zghar mill-ispejjes zejda li jqabblu awdituri kull sena biex jarawlha l-kotba.
B’direttiva tal-Unjoni Ewropea n-negozji zghar illum jistghu jghamlu
dikjarazzjoni semplici skond il-ligi. Il-gvern din l-weghda baqa’ ma
implimentahiex.
ï‚· Assistenza lin-negozji zghar: “X’hin tghasar issib ftit
li xejn. “Il-GRTU qed taghmilha cara: min iwieghed irid iwettaq”. I-GRTU mhux
ser toqghod ghat-tidwir u l-kutrumbajsi” enfasizza Vince
Farrugia.
“Urejna din l-gimgha fil-Freeport li mhux ser noqghodu aktar
ghall-weghdi biss”. Vince Farrugia qal li l-GRTU qed tistenna li meta s-sidien
tan-negozji Maltin jinghataw direttivi biex jiddefendu l-interessi taghhom dan
jghamluh minghajr ma jkunu egoistici. Is-sidien tal-intraprizi Maltin jridu
jkunu lesti li jwiegbu biex jiddefendu dak li hu taghhom bi dritt”.
|