Inkwiet
Dan kollu jindika li
l-istruttura tal-ekonomija Maltija m’hiex struttura ta’ ekonomija tas-suq
moderna kif suppost illi ghandna meta wiehed jara l-firxa tax-xoghol
tal-ekonomija llum. Kieku hu hekk, u l-istrutturi li ghandna huma adatti kieku
llum m’ahniex inbghatu daqshekk biex ingibu ordnijiet godda ghall-postijiet
tax-xoghol kollha kemm huma. F’ekonomija mhadma sew jinholqu dawk l-istrutturi
biex kapitali u haddiema li qeghdin f’intraprizi fejn ix-xoghol m’ghadux
possibbli jithaddmu fuq progetti ohra u jsiru investimenti godda biex ir-ritmu
ekonomiku jibqa’ ghaddej. F’pajjizna izda l-kapital marbut f’intraprizi u
f’korporazzjonijiet fejn m’ghadux irendi u numru kbir ta’ haddiema huma mizmuma
f’postijiet tax-xoghol fejn minghajr htija taghhom, xoghol produttiv m’hemmx u
r-rizultat hu li tithaddem sistema tas-sussidji biex kollox jibqa’ ghaddej. Meta
jsir hekk jinholoq inkwiet kbir.
Ghaliex li jigri hu li postijiet
tax-xoghol godda ma jkunux jistghu jinholqu ghax kapitali ma jsibux u lanqas ma
jsibu l-haddiema adatti. Illum f’pajjizna ghandna t-tragedja li ghandna
mprendituri li jridu jifthu l-fabbriki u ghandhom l-ordnijiet izda la ghandhom
fabbrika u lanqas qed isibu nies u l-banek jaqghilalhom fwiedhom biex ituhom
il-flus mehtiega, imbaghad fl-istess waqt ghandna ntraprizi ohra fejn il-kapital
mhux imhaddem sewwa, is-servizz jew il-prodott qed jinghata hazin jew bi
prezzijiet gholjin, u tezisti hafna hela ta’ rizorsi umani ghaliex la m’hemmx
kompetizzjoni, m’hemmx interess biex l-affarijiet jitrangaw.
Hemm
umbaghad numru ta’ fabbriki vojta li huma proprjeta’ tal-gvern u hafna
proprjetajiet ohra tal-privat li jistghu jintuzaw u huma wkoll vojta. Dan kollu
ghax m’ghandiex tregija u m’ghandiex sistemi li jevitaw dawn id-diffikultajiet.
Ir-rizultat hu li ghandna prezzijiet gholjin ta’ servizzi essenzjali bhal m’huma
dawl u ilma u ta’ servizzi ohra marbuta mal-port, fost l-affarijiet ohra,
ghandna numru ta’ nies li kapaci jahdmu xoghol aktar produttiv milli ghandhom
izda ghal xi raguni stramba din is-sitwazzjoni m’hiex titranga. Ghandna umbaghad
gvern li ma jiddejjaqx jiddejjen biex jghatti d-diffikultajiet u l-ineficenzi
fid-direzzjoni tas-settur pubbliku, filwaqt li hemm pressjoni ma tieqaf qatt fuq
is-settur privat biex dejjem jghabbulu aktar u jifnu lil min irid jistinka u
jkabbar.
Id-dinja llum
F’Malta huma hafna l-problemi li qed izzommuna
milli nkunu aktar kompettitivi. Mhux kwistjoni li noqghodu nitkellmu fuq
il-globalizazzjoni. Ahna wahidna zghar wisq biex naqilbu dak li jsir fid-dinja.
Irridu ghalhekk bilfors nikkompetu jekk irridu nbighu barra minn Malta. Jekk ma
nbighux barra minn Malta jew ma nbighux f’pajjizna lit-turisti bi prezzijiet
assolutament kompettitivi Malta ma tfendix. Dan hu li urejt jien il-gimgha
l-ohra, b’fatti u figuri biex nuri li settur b’settur, l-ekonomija Maltija sejra
lura. Sejra lura ghax m’ghadniex aktar kompettitivi. Qed naghmlu l-affarijiet
b’mod li nahsbu li qeghdin f’dinja ghalina izda fil-fatt ahna qed nghixu f’dinja
ma’ l-ohrajn. Dak li nbighu lil xulxin f’Malta jaffettwa il-cost
tal-produzzjoni. Meta haddiem ihallas aktar ikun irid aktar paga. Meta Hotel
ihallas aktar ghal dak li jixtri kemm ghall-Hotel kif ukoll bhala pagi jkollu
jgholli l-prezzijiet lit-turisti. Meta t-turisit isib il-prezzijiet gholjin dan
ma jigix. L-istess ghall-fabbriki. Jekk dawn il-prezz tal-produzzjoni jkunu
gholi, dawn ma jbighux. Bla barranin nippruvaw inbighu lil xulxin.
F’Malta bla qliegh minn barra m’hawnx flus bizzejjed biex inzommu lil
kulhadd ghaddej. Meta jonqos il-qliegh l-imprenditur ma jkollux kapitali biex
jirrinvesti u jirristruttura. Il-gvern mill-banda l-ohra jitlef fid-dhul tieghu
ghax l-imprenditur li jitlef ma jhallas taxxa. It-taxxa ihallasha meta jaqla’.
Il-gvern mill-banda l-ohra jibqa’ jhallas ghax qiesu m’hemmx modd kif xi hadd
fil-gvern jista’ inaqqas in-nefqa pubblika. Biex jaghmel tajjeb ghan-nefqa
tieghu l-gvern ikompli jintaxxa. Aktar ma jintaxxa aktar jaghmilha difficili
lill-imprenditur biex ikampa u biex jirristruttura. Il-gvern imbaghad johloq
hafna instituzzjonijiet bhal MDC, IPSE, METCO u l-hafna awtoritajiet l-ohra biex
b’nefqa ta’ aktar flus pubblici jipprova isolvi l-problemi li jkunu nholqu
minhabba politika zbaljata. Din bhal dak li l-ewwel jghix kif ifettillu imbaghad
jispicca diehel u hiereg ghand it-tabib. Ma jghidx li ahjar jghix hajja
b’sahhita biex jekk jista’ jkun it-tabib ma jigix bzonnu. L-ekonomija Maltija
kieku tithaddem tajjeb ma tantx ikollha bzonn il-hela enormi ta’ miljuni ta’
liri f’istituzzjonijiet li m’humiex jahdmu u li qiesu hadd m’ghandu kontrol
fuqhom.
Gustizzja
Il-kultura li ahna ma nistghux nibqghu naghmlu
l-affarijiet qisna ahna maqtughin mid-dinja trid tispicca. In-nies ma jistghux
jibqghu jitwebblu li hemm impjiegi komdi fejn tahdem u ma tahdimx il-paga dejjem
diehla. L-imprendituri wkoll iridu kontiwament ikunu konxji li n-negozju mhux xi
kaxxa deheb li tista’ tghix dejjem komdu fuqha. Illum kulhadd irrid jaqta’ bi
snienu. U mhux sewwa li qiesu hawn parti mill-popolazzjoni komda u jigri x’jigri
dejjem xi hadd jahseb ghalija, filwaqt li l-ohrajn kontiwament fi glieda biex
jibqghu armati, mharga u kapaci ghax inkella ma jikkompetux u jaqghu lura.
Bilfors li f’pajjizna trid tidhol kultura gdida fejn il-kompettitivita’
tirrenja. Din ma jfissirx illi noholqu kompetizzjoni sfrenata u min ma jirbahx
jitlef.
Pajjizna jista’ jkollu dawk l-istituzzjonijiet li jizguraw li
l-element uman ta’ pajjizna ma jispicca qatt qieghed u li kontinwament ikun
imharreg biex jilqa’ l-opportunitajiet li jinholqu minghajr perjodi li fihom
il-haddiema jispiccaw bla xoghol. Ir-responsabbilta’ li pajjizna jkollu dawn
l-istituzzjonijiet u li dawn jahdmu tajjeb hu tal-gvern. Li jkun hawn gustizzja
fil-pajjiza u sistema tat-tqassim tal-gid sewwa hija r-responsabbilta’
tal-gvern. L-employers jaghmlu zball jew jahsbu li huma jistghu jghaddu minghajr
il-gvern u li kapaci wahidhom joholqu x-xoghol u l-gustizzja. L-istess jaghmlu
zball it-trade unions jekk jahsbu li huma jistghu jimponu fuq is-sidien sistemi
li ma jrendux. Il-kultura tal-kompettitivita’ trid tiddomina. Din m’ghandix tkun
konflitt mal-gustizzja socjali.
Patt socjali
Biex il-formola adatta
insibuha irridu hafna aktar diskussjoni b’modd intelligenti bejn gvern, sidien u
trade unions sa kemm jintlahaq patt socjali konkkordat. Dan beda jsir f’pajjizna
izda ghadna qed naqdghu cirku tond ghaliex qed ninhlew wisq fid-dettal minghajr
ma ghadna qbilna fuq il-qafas. Il-figuri li tajt dwar l-ekonomija juru bla
tlaqliq li z-zmien hu kontrina. Il-fatti ekonomici mhux qed jistennewna
niddeciedu skond ir-ritmu li rridu ahna. Biex tghaqqad l-gvern ghaddej b’ritmu
ta’ bidliet ma jieqfu xejn marbuta mad-dhul ta’ Malta fl-Unjoni Ewropea. In-nies
l-aktar importanti fis-sistema pubblika jidher li huma ghal kollox maqbuda f’dan
ix-xoghol. Ir-rizultat hu li qiesu hadd fl-awtorita’ m’hu qed jinduna x’inhu
jigri fil-pajjiz. Din is-sitwazzjoni ma tistax tibqa’ sejra. Hu l-obbligu ta’
kull min jaf u jifhem x’inhu jsir li jitkellem bla
tlaqliq.
|