1. Dwar l-ewwel kriterju ma nemmnux li l-White Paper
qed tindika direzzjoni cara li dan ser jissuccedi. Ghalkemm qed tissahhah
l-istruttura tal-process ta’ tehid ta’ decizjonijiet, mhux qed jithaffef
ix-xoghol u l-istruttura ser tibqa top heavy. M’hemm l-ebda indikazzjoni li ser
jkun imsahhah l-entrepreneurial spirit li jwassal lejn decizjonijiet prattici
aktar milli burokratici.
2. M’hemm l-ebda ndikazzjoni li l-cost
effectiveness ser ikun kriterju importanti. Il-White Paper inkitbet minn
burokratici ghall-burokratici. Qisu min fassal il-White Paper ma ta l-ebda kaz
tal-problema akuta ta’ finanzjament lis-settur pubbliku. Il-White Paper mhix
tirrikonoxxi l-ftehim ma l-imsiehba socjali fi hdan l-MCESD li l-kontijiet
pubblici ewlenin ser jibdew jithaddmu bil-partecipazzjoni diretti
tan-nominazzjonijiet tal-istess MCESD biex tinholoq forma gdida ta’
accountability fejn tidhol in-nefqa pubblika imhaddma mis-servizz
pubbliku.
3. Il-White Paper timmira b’mod realistiku lejn aktar
trasparenza, izda dejjem fuq il-principju ta’ “ahna gewwa” u “intom barra”.
Jidher li ghadna lura biex nifhmu li fl-Unjoni Ewropea li dehlin fiha kwazi xejn
ma jsir bla konsultazzjoni f’kull stadju mal-imsiehba socjali rikonoxxuti,
settur b’settur, livell bl-livell, sa mad-dokument ikun fl-ahhar approvat.
Is-servizz pubbliku qisu ghadu ma rrikonoxxiex illi hadd f’pajjizna,inkluzi dawk
maghzula biex imexxu s-servizz pubbliku, m’ghandhom monopulju fuq l-abilita’,
l-inteligenza u l-kriterji ta’ x’inhu l-ahjar li jsir biex pajjizna jimxi
‘lquddiem skond l-ghanijiet miftehma.
4. Is-servizz pubbliku fih innifsu
ma jzidx il-gid nazzjonali hlief bhala kontribuzzjoni ghall-prodott gross
nazzjonali f’dak li hu infieq fuq pagi, materjali u servizzi. Il-hlas
ghas-servizz pubbliku jigi mis-settur produttiv li jrid jaghmel tajjeb
ghas-servizz pubbliku, hu x’inhu il-kontribuzzjoni ekonomika li s-servizz
pubbliku jaghti ghat-tkattir tal-entrepreneurship u lejn t-tkattir
tal-investiment dirett, u lejn it-tkattir tax-xoghol produttiv u l-holqien ta’
opportunitajiet godda ekonomici. Ma qed ikun propost l-ebda kejl li bih
is-servizz pubbliku jkun jista’ jitkejjel skond kriterji ekonomici. It-tkattir
tal-gid ekonomiku jibqa, finalment, l-bazi l-aktar importanti ghaz-zieda
fil-kwalita’ tal-hajja tal-Maltin u s-success tas-servizz pubbliku jrid bilfors
jitkejjel skond kemm qed imexxi biex dawn il-kriterji jirnexxu.
5.
F’pajjiz zghir bhal Malta l-koezjoni socjali ghandha valur kbir ghax mhux
bizzejjed li nikbru ekonomikament izda importanti li nzommu l-ghaqda socjali
f’ritmu ta’ zvilupp ekonomiku kontinwu. Il-koezjoni socjali hija fiha innifisha
kriterju importanti biex l-ekonomija tkun success. Hu ghalhekk li l-GRTU temmen
li se-servizz pubbliku ghandu jkollu dan il-kriterju ukoll bhala kejl
tas-success tieghu. Dan hu kejl iehor li ma jidhirx fil-White
Paper.
Il-GRTU, bhala rapprezentanta tal-akbar firxa ta’ sidien ta’
negozji zghar f’pajjizna, tqis li dawn il-kriterji huma mportanti hafna ghaliex
ghall-imprenditur iz-zghir mhux bizzejjed li jkun hemm servizz pubbliku izda
importanti li l-piz finanzjarju tas-servizz ma jkunx sproporzjonat ghal dak li
jiflah s-settur produttiv u li dak li jiddeciedi s-servizz Pubbliku jkun
konsistentament imkejjel skond kriterji stabbiliti u miftehma u mmirat lejn
it-tkattir tal-gid.
Il-GRTU temmen li l-ebda settur ma jinqata’ lura
ghaliex mhux kkunsidrat kbir u ta’ importanza aktar u aktar fi zmien meta
l-messagg diehel b’aktar forza li l-intrapriza z-zghira hija is-sinsla
tal-ekonomiji ewropej. Il-GRTU trid servizz pubbliku li jkun accountable skond
dawn il-kriterji u tidhol sistema effettiva li tizgura li min fis-servizz
pubbliku ifalli ikun irid jaghti kont ta’ ghemilu.
|