SME Chamber

Imhawdin

In-nies
Huma hafna l-imhawwdin dwar il-kwistjoni ta’
l-Unjoni Ewropea. U bir-ragun. L-ewwelnett din hi decizjoni mill-iktar
importanti. It-tieni, in-nies jafu li din hi decizjoni irriversibbli li torbot
lilhom u lil ta’ warajhom ghal zmien fit-tul. It-tielet, in-nies ma tafx
ezattament kif ser jintlaqat il-pajjiz. Fuq kollox in-nies ma tafx kif ser
tintlaqat hi.


Dan veru ghax m’hawnx informazzjoni bizzejjed? Jien nghid
li informazzjoni hawn. Il-problema hi li hafna mill-informazzjoni li qed
titwassal mhix korretta. Hafna informazzjoni ohra hi pregudikata ghall-ahhar. U
f’hafna kazi l-informaturi qed jaghzlu l-informazzjoni li jaqblilhom jghaddu u
jostru informazzjoni ohra. Iva, fejn tidhol l-informazzjoni dwar din
il-kwistjoni hekk importanti ghal pajjizna tezisti hafna disonesta’ u fuq kollox
hafna injoranza.

L-onest
Tfisser li m’hawnx min hu korrett u onest? Da
zgur li hawn. Ha nsemmi tnejn min-nies li lili jimpressjonawni li jafu x’inhuma
jghidu u dak li jghidu jghiduh ghax jemmnuh u ghax jemmnu wkoll li huwa korrett:
Dr. Joe Borg, il-Ministru ta’ l-Affarijiet Barranin, u l-oppost tieghu Dr.
George Vella. Tfisser li l-ohrajn m’humiex onesti? Mhux hekk qed nghid. Pero’
jezistu hafna kelliema li aktar interessati biex l-argument igibuh qrib ta’ dak
li qed tghid in-naha taghhom milli jekk ikunux fidili lejn il-verita’. Hawn
fejn, nahseb ukoll li hafna mill-gurnalisti tal-PBS qed jaqdu dmirhom. Mhux
kollha. Anzi hemm min fanatiku ghan-naha tieghu. Pero’ kollox ma kollox,
il-gurnalisti tal-PBS miexja sewwa fic-cirkostanzi ta’ stazzjon li sidu hu
l-gvern u fejn il-gvern hu deciz li Malta postha fl-Unjoni Ewropea.

Hawn
gurnalisti u kelliema ghall-korpi kostitwiti u ghal ghaqdiet ohra li wkoll huma
onesti u qed imexxu l-informazzjoni b’mod sewwa. Izda mhux hafna. B’hekk ukoll
in-nies hi mhawwda ghax ma tafx lil min taqbad tisma u lil min taqbad temmen.
Naha tghid haga u n-naha l-ohra tghid l-oppost. Naha tghid bicca u n-naha
l-ohra, bicca ohra. Jitkellmu nies dwar l-Unjoni Ewropea li la qatt marru
Brussell, la qatt ma ppartecipaw f’xi borza ta’ studju dwar l-Unjoni Ewropea u
li ghandhom pregudizzji esagerati kontra l-Unjoni Ewropea: aktar jiskru
f’euro-bashing milli f’ezercizzju ta’ informazzjoni. In-naha l-ohra, mill-banda
l-ohra, ghandha nies li ghax studjaw dwar l-Unjoni Ewropea allura jaraw lil
kulhadd bhala injorant.

L-esperti
In-nies li jafu x’inhi Unjoni
Ewropea u hadmu fil-qrib ma’ istituzzjonijiet ta’ l-Unjoni Ewropea, li jifhmu
wkoll dwar l-andament ta’ l-ekonomija mondjali u jafu jpoggu l-Unjoni Ewropea
f’kuntest aktar wiesgha, huma ftit. Huma ftit ukoll dawk li missu ma’ aspetti
differenti ta’ l-ekonomija u l-hajja socjali ta’ pajjizna fuq medda ta’ snin u
li ghalhekk kapaci janalizzaw dak li qed ikun negozjat u dak li qed jinghad
f’kuntest genwinament Malti. Dawn in-nies ghandhom hafna x’joffru fil-kuntest
ta’ dak li qed isir f’pajjizna llum, u ghandu jkollhom il-kuragg li jesprimu
l-opinjoni taghhom favur jew kontra. In-nies ghandha bzonn tisma lil nies
infurmati sewwa u dan irrispettivament mill-kulur politiku taghhom. Il-politici
u l-fanatici taz-zewg partiti biss jahsbu li n-nies kollha kemm huma fl-ahhar
ser jiddeciedu biss skond dak li jghid il-partit taghhom.

Jien nahseb li
jezistu eluf ta’ Maltin li din id-darba ser jiddeciedu skond li jahsbu huma u li
jhossu huma li hu l-ahjar fl-interess tal-pajjiz, tax-xoghol taghhom u
tal-familja taghhom, milli skond dak li jghid il-partit li ghalih
tradizzjonalment jivvutaw. Ghalhekk ghal hafna Maltin ir-referendum hu
mportanti. Din tar-referendum ukoll hi kwistjoni li qed thawwad il-Maltin. Diga
mhawdin bizzejjed bid-decizjoni dwar l-Unjoni Ewropea, issa qed ihawwduhom ukoll
dwar ir-referendum. Ghalfejn referendum jekk mhux ser jiddeciedi xejn?
Mill-banda l-ohra, ghaliex kwistjoni li taqsam il-konfini tal-Partiti ma tkunx
deciza b’referendum? Mhux hekk ghamilna fil-passat, fi zmien l-Integration u fi
zmien l-Indipendenza? Mhux ser nidhol fil-merti ta’ x’inhuma jghidu l-politici
dwar ir-referendum. Nghid biss li n-nies huma mhawwdin u hu obbligu ta’ min
imexxi li n-nies jghinhom ikunu cari u mhux ihawwadhom. Hu wkoll l-obbligu ta’
min jaf u jigwida. Mhux sewwa li f’dan iz-zmien hekk importanti ghal pajjizna,
hawn min jippreferi jorqod u jastjeni.

Kwistjonijiet
Meta jkun hawn
wisq tahwid jew nuqqas ta’ kjarezza, hi s-sistema kollha kemm hi li tbghati u
bhalissa s-sistema kollha qed tbghati ghaliex barra l-argument ewlieni dwar
l-Unjoni Ewropea li jhawwad tant u tant nies u l-argument dwar ir-referendum
hemm ir-ruxmata argumenti ohra li kollha qed jimminaw s-sahha ta’
l-istituzzjonijiet l-aktar importanti tal-pajjiz: kwistjoni ta’ l-Imhallfin,
il-kwistjoni tal-Kummissjoni tal-Gustizzja, il-kwistjoni ta’ l-Ombudsman,
il-kwistjoni ta’ l-Awtorita’ tax-Xandir, id-deficit pubbliku u d-dejnn
nazzjonali, il-kwistjoni tal-Privatizzazzjoni, kollha kwistjonijiet li jaghtu
impressjoni globali li ma nafux x’ahna naghmlu. Hawn min jahseb li dan xi pjan
intelligenti ta’ xi hadd. Jien ma nemminx dawn it-tipi ta’ teoriji. Anzi
pjuttost nghid li huwa frott tal-medjokrita’ tan-nies li bhalissa qed jokkupaw
certi pozizzjonijiet. Nuqqas ta’ hila li f’certi kazi tispikka. Dan fi zmien
meta Malta ghandha hafna nies f’diversi livelli tas-sistema, kemm pubblika kif
ukoll privata, li huma ta’ hila kbira.

Jien immiss ma’ hafna nies.
Ghandi ammirazzjoni kbira lejn hafna zghazagh, il-bicca l-kbira minnhom
ikwalifikati sew, li jafu xogholhom u li qed iwettqu xoghol tajjeb hafna. U dan
fi zmien meta pajjizna ghaddej minn bidliet kbar, qed jinkitbu hafna ligijiet u
regolamenti li ser jibqghu hemm ghaz-zmien li gej u li allahares dawn isiru
min-nies mhux ippreparati sewwa. Dan ukoll parti mit-tahwid li ghandna ghax qed
jinbidlu hafna affarijiet li jolqtu lil hafna nies u n-nies mhix tlahhaq u
n-nies mhix tifhem. Min qed jaghmel u jwettaq il-bidliet bilkemm ghandu cans
jiccaqlaq, ta’ fuqu jitkellmu u mhux dejjem jafu x’inhuma jghidu, parti
mill-gvern tghid haga u parti ohra tghid hag’ohra. Nies milquta mod u ohrajn mod
iehor. Informazzjoni dwar punti teknici li jolqtu l-postijiet tax-xoghol
tan-nies mill-qrib bilkemm tinghad biex imbaghad fuq il-media nisimghu stejjer u
riklami bla sens li jkomplu jhawwdu. L-aghar huma l-hafna telefonati
b’informazzjoni hazina, propaganda irhisa, u pregudizzji galor li jithallew
jinstemghu fuq ir-radjijiet. Fi zmien li pajjizna jrid jiddeciedi dwar l-aktar
kwistjoni importanti mill-1979 ‘l hawn u li tolqot lill-pajjizna ghal
generazzjonijiet li gejjin, il-media qed taghti l-ispazju
lill-fanatici.

Is-sewwa
In-nies ta’ bonavolonta’ fiz-zewg partit,
fil-media u fl-istituzzjonijiet, iridu jaraw li l-fanatici jinzammu lura. Iridu
jaraw li min mhux infurmat sewwa ma jithallhiex jersaq il-quddiem. Iridu jaraw
li hadd ma jabbuza mill-mezzi taghhom biex ihawwad. Kieku kulhadd jaghmel sforz
biex jintrebah it-tahwid u nikkoncentraw aktar fuq il-verita’, kieku nkunu
verament patrijottici. Ghax bhalissa mhux li tghaddi taghna l-importanti, izda
li jsir is-sewwa. U s-sewwa mhu monopolju ta’ hadd.

What we can do for you

EMPLOYMENT & CONSUMER LAW

INDIVIDUAL ASSISTANCE

PRIORITY ACCESS

LOCAL ISSUES & LEGISLATION

NETWORKING EVENTS

LEGAL ADVICE

EU FUNDS AND SCHEMES

INFORMATION SESSIONS, MASTERCLASSES AND CONFERENCES

BECOME A MEMBER

The Malta Chamber of SMEs represents over 7,000 members from over 90 different sectors which in their majority are either small or medium sized companies, and such issues like the one we're experiencing right now, it's important to be united. Malta Chamber of SMEs offers a number of different services tailored to its members' individual requirements' and necessities. These range from general services offered to all members to more individual & bespoke services catered for specific requirements.

A membership with Malta Chamber of SMEs will guarantee that you are constantly updated and informed with different opportunities which will directly benefit your business and help you grow. It also entails you to a number of services which in their majority are free of charge and offered exclusively to its members (in their majority all free of charge).