Dan hu li qed naraw illum fl-ekonomija Maltija. Mhux it-tikka
zghira li sejra tajjeb bhal ma hi l-industrija tad-denim, izda l-kumplament
tal-lizar kollu. Il-lizar kollu ekonomiku juri sitwazzjoni hazina. Juri
l-ewwelnett li ekonomija miftuha berah bhal ma hi Malta, qed issoffri
mill-maltemp li laqat il-bicca l-kbira tal-ekonomiji barranin. Juri wkoll li
l-ekonomija Maltija ghandha problemi strutturali serji. Juri wkoll li
l-ekonomija Maltija m’hiex immangijata sewwa.
Manigjar
tal-ekonomija
Hawn fejn jidhlu l-ewwel zewg argumenti li jidher li fil-gvern
hemm konfuzjoni dwarhom, ghax min jghid, jew jemmen haga, u min jghid u qed
iwettaq haga ohra. L-ewwel argument hu jekk il-gvern ghandux jimmanigja
l-ekonomija. Nahseb li l-Partit fil-gvern hemm wisq nies ta’ influwenza
b’knowledge reali fjakk hafna ta’ kif tahdem ekonomija moderna. Il-hafna avukati
li jiddominaw il-Partit jemmnu li timmanigja l-ekonomija u li tippjana
l-izvilupp ekonomiku, hu kuncett socjalista u ghalhekk fih innfisu hazin. Fost
dawk li dejjem emmnu hekk hemm Dr. Eddie Fenech Adami innfisu. Frazijiet bhal
Pjan Strategiku Nazzjonali jew Pjan Ekonomiku jew Pjan ta’ zvilupp lil Dr.
Fenech Adami jbezzghuh. Bhalu hemm ohrajn u ta’ influwenza kbira. Ir-rizultat hu
li ghall-hmistax il-sena shah Malta effettivament imxiet bla Pjan Ekonomiku.
Strategija generali kien hemm mhux le, u ghalkemm mhux fl-apert, ghax
kif ghidt qiesek qed taghmel dnub jekk issemmi ppjanar ekonomiku, d-Divizjoni li
tiehu hsieb l-ekonomija fil-Ministeru tal-Finanzi jew fil-Ministeru
ghas-Servizzi Ekonomici, kellha fuq il-karta strategija. Pero’ meta jitfasslu
l-Budgets li suppost imbaghad jisiltuhom mill-istrategija ekonomika, din
ir-rabta ftit tidher. Kull budget ghalkemm jinghad mod iehor, hu fil-fatt
dokument ghalih. Anke meta kien tfassal “consolidated accounts” li ppjanaw
il-finanzi pubblici sas-sena 2004, dan ma kien pjan xejn u zgur mhux pjan
ekonomiku. Zgur izda li kienet x’kienet l-istrategija ekonomika l-immanigjar ma
kienx hemm. Amministrazzjoni generali iva, bic-Central Bank u l-Ministeru
tal-Finanzi jimponu certi kriterji iva. Izda mhux ippjanar. Ghax kif ghidt
il-kuncett tal-ippjanar m’ghamilx parti mill-mekkanizmu tal-gvern.
Ristruttura
Il-Kunsill Malti ghall-Izvilupp Ekonomiku qatt, per
ezempju, ma iddiskuta Pjan Nazzjonali tal-Izvilupp u kull karta jew dokument li
tpogga ghall-attenzjoni tal-MCED qatt ma kien jikkonstitwixxi Pjan. Zgur li hadd
ma qal li hu responsabbli mill-ezekuzzjoni ta’ xi Pjan. Haga tal-iskantament
meta jien ripetutament insaqsi min fil-gvern hu responsabbli tal-immanigjar
tal-ekonomija, hadd ma jaf jghati risposta. Issa dan fi zmien meta inkitbu
volumi shah u thallsu eluf kbar ta’ liri fuq studji u rapporti. Fi zmien ukoll
meta l-kelma ristrutturar ilha tidwi s-snin. Jigifieri fi zmien meta kull min hu
intiz fl-ekonomija ilu jhambaq li l-ekonomija Maltija trid bilfors tigi
ristrutturata, jigifieri timbidlilha l-istruttura taghha u mhux sempliciment
jsirilha rtokki, jekk l-ekonomija Maltija trid tkompli tespandi u jikber il-gid
li lkoll irridu minna.
Din tal-istrutturar hafna ghadhom ma jistghux
jifmuha. Din bhal min ghandu xitla tal-ward sabiha li ghal hafna snin ra tikber
u ittih roses sbih u jfuhu. Jinduna izda li hekk kif il-pjanta bdiet tixjih
jidhru ftieghi li nixfu, jimbtu ohrajn bla forma u ma jghatux ward u l-pjanta
kollha titlef il-forma u turi wkoll sinjali ta’ mard. Sakemm imbaghad jiddeciedi
li jtiha zabra sewwa, jghati s-sustanzi u jbexxex u jaqla’ l-hamrija sewwa.
Jinduna fl-istagun li jmiss li l-frieghi l-godda huma b’sahhithom, il-ward hu
sod u isbah u jfuh aktar. Jinduna wkoll li jekk irid li l-pjanta jibqa’ ittiha
is-sustanzi, jozbor kull stagun u jzommha sena wara sena b’sahhitha tibqa’
dejjem tikber u ttih aktar ward.
L-ekonomija Maltija
xjahet
L-ekonomija m’hiex differenti. Jekk ma tkunx indukrata sewwa, tixjih u
timrad u ma tibqax tghati frott daqs qabel. Dan hu li qed jigri llum.
L-ekonomija Maltija xjahet. Ghandha problemi f’hafna setturi li xjahu. Xjahu
mhux biss ghax ilhom hemm u n-nies fihom illum huma ta’ eta kbira. Xjahu ghax
is-sistemi li ghandhom m’ghadhomx kompettitivi ghax maqtughin mir-realta’ li
jhabbatlek ma wiccek is-suq. Dan gara fl-opinjoni tieghi ghax ma kellniex
il-hila nippjanaw. Anzi, ghax bzajna nippjanaw. Ghax dahlet il-mentalita’ li
ippjanar ekonomiku hu hazin. Isemmu x’gara f’pajjizi kommunisti u hafna stejjer
ohra. Ma jghidux li kien dak il-kuncett ta’ ppjanar iccentralizzat izzejjed li
kien hazin, u mhux il-kuncett innifsu. Ma jghidux li mhux veru li l-ekonomiji
moderni wkoll jahdmu fuq strategiji ekonomici imfassla u ppjanati u amministrati
li sewwa. Min jaf l-affarijiet tieghu sewwa jaf li ekonomija ma tithaddimx
tajjeb minghajr pjan imfassal sewwa u mhaddem bil-ghaqal. Ghalkemm
il-professjonisti fl-amministrazzjoni pubblika ppruvaw, izda minghajr
konvinzjoni. Ghax min kellu l-poter politiku ma ridx jaf bi pjanar. Gara allura
li ma kienx hemm ir-rieda u d-determinazzjoni li dak li hemm bzonn isir, isir.
Gara allura li z-zabriet li kellhom isiru ma sarux. Gara li l-istrategiji li
riedu jitwettqu ma twettqux. Gara allura li ntefqu miljuni kbar fil-holqien u
t-tkattir tal-MFSC, MDC, METCO, IPSE u dejjem noholqu xi haga gdida. Izda bla
ko-ordinament. Bla rieda li lkoll jigbdu habel wiehed b’mod sod f’direzzjoni
wahda u taht tmexxija u mmanigjar car.
Pjan ta’ zvilupp
nazzjonali
It-tieni punt importanti hu li issa dan qed jinbidel bil-girja
izda mhux ghax l-ekonomija qeghda fi stat hazin u li ilha ma tkun fih is-snin
il-kbar izda ghax jemmnu x’jemmnu l-avukati li jiddominaw il-gvern Malti issa
Malta ma tistax timxi aktar ‘il quddiem bla Pjan ta’ Zvilupp Nazzjonali jekk
trid tkompli bil-progress imfassal mill-gvern biex Malta tidhol fl-Unjoni
Ewropea mal-ewwel lot li jmiss.
Il-gvern Malti issa accetta l-kuncent
tal-ippjanar tal-izvilupp. Malta l-ewwel ghamelt l-iscreening biex tkun taf
x’hemm differenti bejn dak li kien jezisti hawn u dak li jrid isir biex Malta
tkun tista’ issir parti mill-Unjoni. Imbaghad sar Pjan Nazzjonali
ghall-addotazzjoni tal-acquis (NPAA) fejn tfasslet u qed titwettaq b’pass
mill-aktar mghaggel il-bidla kbira fir-regolamenti, ligijiet u istituzzjonijiet
li jgieghlu lil Malta timplimenta l-volumi ta’ ligijiet li tal-Unjoni akkumulaw
f’47 sena. Issa qed jitfassal b’girja kbira, il-Pjan Nazzjonali tal-iZvillup.
Dan hu l-Pjan li jrid ifassal l-istrategija taz-zvilupp settur b’settur, u
komplessivament ta’ dak li jrid isir biex l-ekonomija ta’ Malta tintegra ma’ dik
tal-Unjoni Ewropea. Il-Pjan irid jindika x’irid isir f’kull qasam u jindika
s-soluzzjonijiet u fuq liema zmien ser jitwettqu u jikwantifika n-nefqa u s-sors
tal-finanzjamenti biex il-bidla issir.
Mela issa li Malta ser issir
parti mal-akbar burokrazija centralizzata li tezisti f’xi regjun ekonomiku
mondjali, bilfors trid, bhal ma qed taghmel, tkabbar u tispecjalizza hi wkoll,
il-burokrazija taghha fil-qasam tal-ippjanar tal-izvilupp. Issa wkoll ser
ikollha il-Pjan tal-iZvilupp Nazzjonali taghna. Mhux biss Malta issa ser ikollha
l-burokratici responsabbli mit-thaddim tal-Pjan Nazzjonali tal-iZvilupp izda ser
ikollha c-censura ta’ Brussels biex ikun assigurat li l-Pjan jithaddem.
Ic-censura tkun bl-aktar mod effikaci. Il-fondi li jkunu approvati minn Brussels
biex jithaddmu fl-ezekuzjoni tal-pjan ma jinghatawx jekk ma jkunx hemm rizultat
imkejjel u approvat minn Brussels u l-gvern Malti ma jkunx pogga s-sehem
finanzjarju shih tieghu. Il-progress ta’ integrazzjoni ta’ Malta mal-Unjoni
jintefa’ lura jekk il-Pjan ma jithaddimx u ma jirnexxiex.
L-ekonomija
llum
Mela issa bdejna nipjanaw. Better late than never. Izda mhux biex
niffacjaw, il-krizi ekonomika li ghandna illum. Le, ser nippjanaw ghal ghada.
L-incertezza ‘l hawn fil-pajjiz gejja mill-fatt li l-gvern jghid haga u jaghmel,
jew ma jaghmilx haga ohra. Ghandu problemi enormi llum li dwarhom mhu qed isir
xejn u lanqas biss nammetuhom, izda bdejna nippjanaw bis-serjeta’ ghall-ghada.
Mhux ghax konvinti, izda ghax mgeghla.
|