SME Chamber

Is-Sahha u s-Sigurta’ fuq il-Post tax-Xoghol


Ufficjali
tal-GRTU attendew Seminar interessanti bit-tema "Is-Sahha u s-Sigurta' fuq
il-Post tax-Xoghol-Principli, Drittijiet u Obligi", f'Għawdex. Is-Seminar gie
organizzat mill-Awtorita għas-Saħħa u s-Sigurta' fuq il-post tax-Xogħol
bl-għajnuna tal-Aġenzija Ewropea, u b`kollaborazzjoni tal-Gozo Business
Chamber.

Huwa
essenzjali li f`kull post tax-xogħol, is-saħħa u s-sigurta' tingħata l-ewwel
importanza. Kemm min iħaddem kif ukoll il-ħaddiema għandhom jassiguraw li
jittieħdu dawk il-miżuri meħtieġa biex ikunu evitati kemm jista' jkun inċidenti
u mwiet waqt il-qadi ta` dmirijiethom.

Is-Seminar
infetaħ uffiċjalment mill-Ministru għas-Saħħa, l-Onor. Dr. Godfrey Farrugia li
fl-intervent tiegħu rrimarka li l-Awtorita' għas-Saħħa u s-Sigurta' fuq il-Post
tax-Xogħol hija stituzzjoni ta` mportanza nazzjonali, u li ilha tagħti servizz
utli għal dawn l-aħħar 12-il sena. Huwa kompla jgħid li s-seminar huwa xhieda
tal-ħidma li tagħmel l-Awotorita` flimkien mal-imsieħba soċjali, f`dan il-każ,
il-Gozo Business Chamber.  Il-Ministru
Farrugia rringrazzja wkoll lill-Aġenzija Ewropea tal-appoġġ li dejjem tat
lil-OHSA-Malta, xhieda li kif kienet aċċenat id-Direttur tal- Aġenzija Ewropea,
Dr. Christa Sedlatshek meta kienet ġiet Malta f'Jannar tal-2012,  fl-okkażżjoni tal-10 Annivesarju minn mindu
twaqfet l-Awtortia' Maltija, jeżisti rispett reċiproku bejn dawn iż-żewġ
entitajiet.

L-Onor
Deo Debattista, Chairperson tal-Awtorita, kompla billi qal li din l-attivita`
għalih tirrappreżenta sodisfazzjon doppju, sodisfazzjon li s-seminar qed ikun
organizzat għall-ewwel darba f'Għawdex u sodisfazzjon għaliex din hija l-ewwel
ativita' pubblika li kien qed jieħu sehem fiha min mindu ġie appuntat
Chairperson tal-Awtorita'.  L-Onor.
Debattista awgura lil dawk preżenti li s-seminar ikun ta` benefiċċju għalihom u
li jgħinhom jifhmu mhux biss l-obbligi legali, imma li huwa fl-aħjar interess
għall-intrapriżi li jirrapreżentaw, li jittieħdu dawk il-miżuri kollha li hemm
bżonn biex jiġu evitati kemm jista' jkun inċidenti u mwiet fuq il-postijiet tax-xogħol.

Matul
il-preżentazzjonijiet tal-ufficjali tal-Awtorita`, saret referenza dwar
l-importanza tal-"Evalwazzjoni tar-Riskju fuq ix-Xogħol" u r-"Rappreżentant
tas-Saħħa u s-Sigurta` tal-Ħaddiema" dwar saħħa u sigurta` fuq il-postijiet
tax-xogħol. Wieħed mill-uffiċjali tkellem dwar ir-relazzjoni li teżisti bejn
l-investimenti li jsiru minn min iħaddem favur is-saħħa u s-sigurta` fuq
il-post tax-xogħol, u l-benneffiċji li jirriżultaw għall-istess intrapriżi, kif
ukoll għall-ħaddiema nvoluti.  Is-Sur
Michael Grech, Presedent tal-Gozo Business Chamber qal li ċ-Chamber hija konxja
tal-importanza tat-tisħieh kontinwu tal-legislazzjoni li tirregola s-saħħa u
s-sugurta` fuq il-post tax-xogħol.  Huwa
ferm importanti li mhux biss min iħaddem ikun imfrumat sewwa dwar l-obbligi
biex jinżamm ambjent san fuq il-postijiet tax-xogħol, imma l-ħaddiema għandhom
ikunu mfurmati sewwa dwar id-drittijiet u l-obbligi tagħhom.  Il-Gozo Business Chamber tapreżża x-xogħol
siewi ta` l-OHSA li minn żmien għal-żmien torganizza żjajjar ta` rutina fuq
diversi postijiet tax-xogħol u b` hekk twassal il-messagg kemm lil min iħaddem
kif ukoll lil-impjegati. 

Għalaq
is-Seminar ir-rappreżentant tal-Ministeru għal Għawdex li f`isem l-Onor Anton
Refalo, enfasizza li l-ħarsien tas-saħħa u s-sigurta` fuq il-post tax-xogħol
jista' jevita numru ta` problemi li xi minn daqqiet jistgħu jkollhom
riperkussjonijiet kbar, kemm fuq l-operat tal-ażjendi, fuq il-ħaddiema, kif
ukoll fost il-membri tal-familji li jibqgħu jgorru l-konsegwenzi realtati ma`
korrimenti u mwiet għal ħajjithom kollha.

What we can do for you

EMPLOYMENT & CONSUMER LAW

INDIVIDUAL ASSISTANCE

PRIORITY ACCESS

LOCAL ISSUES & LEGISLATION

NETWORKING EVENTS

LEGAL ADVICE

EU FUNDS AND SCHEMES

INFORMATION SESSIONS, MASTERCLASSES AND CONFERENCES

BECOME A MEMBER

The Malta Chamber of SMEs represents over 7,000 members from over 90 different sectors which in their majority are either small or medium sized companies, and such issues like the one we're experiencing right now, it's important to be united. Malta Chamber of SMEs offers a number of different services tailored to its members' individual requirements' and necessities. These range from general services offered to all members to more individual & bespoke services catered for specific requirements.

A membership with Malta Chamber of SMEs will guarantee that you are constantly updated and informed with different opportunities which will directly benefit your business and help you grow. It also entails you to a number of services which in their majority are free of charge and offered exclusively to its members (in their majority all free of charge).