Xi skolari tal-istorja jsostnu li
fil-fatt iz-zewg gwerer mondjali tas-seklu ghoxrin kienu verament wahda
b’intervall ta’ numru ta’ snin ta’ paci. Mill-lat tal-pajjizi Ewropej dan
probabli li hu vera, izda t-tieni gwerra mondjali tant involviet pajjizi ohra
mid-dinja kollha li f’ta’ l-ewwel ma kienux mdahhla u il-fatt li l-Gapan,
f’wahda kien fuq naha u fl-ohra kien fuq in-naha l-ohra, li fil-fatt juri li
s-seklu ghoxrin jitnizzel bhala s-seklu taz-zewg gwerer mondjali. L-argument ta’
gwerra wahda izda hu b’sahhta ghaliex effetwa tlett kwarti mis-seklu ghoxrin.
Is-seklu li ghadda kien f’tenzjoni wahda twila li kienet tinkludi l-perjodu ta’
qabel l-ewwel gwerra, il-perjodu ta’ bejn il-gwerer, it-tieni gwerra u l-perjodu
kollu tal-“cold war”, il-gwerra bierda, li baqa prattikament ghaddej sal-waqgha
tal-hajt ta’ Berlin u t-tmiem tal-Kommunizmu. Il-gwerer l-ohra kollha mad-dinja
kollha matul dan il-perjodu, dik tal-Korea, tal-Vietnam, tal-Kombodju, gwerrer
fl-Afrika u fl-Amerka Latina, kienu fil-fatt kollha episodji mdemma tat-tenzjoni
li kienet tezisti bejn il-forzi ewlenin fid-dinja tas-seklu
ghoxrin.
L-Ewropa
L-ahhar gwerra mondjali giet imwaqqfa b’mod
li r-rivalita’ enormi bejn il-forzi opposti li rrizultaw mit-tmiem tal-gwerra
giet aktar kristallizata. Stramba din ghaliex fl-ahhar gwerra l-forzi rivali ta’
wara l-gwerra, l-Amerka u l-Unjoni Sovjetika, kien fil-fatt fuq l-istess naha.
It-tmiem tal-ahhar gwerra mondjali tefa’ lil hafna pajjizi Ewropej, fic-Centru
tal-Ewropa, fil-Lvant tal-Ewropa u fil-Balkani fi stat ta’ okkupazzjoni
mir-Russi u taht sistema li ma kienetx l-ghazla tal-poplu u l-ghazla li ghalija
kienu soffrew fl-ahhar gwerra. It-tragedja ta’ dawn il-popli li ggieldu
n-Nazzizmu biex jirbhu l-liberta u d-demokrazija u spiccaw taht regimi
kommunisti baqghet ghaddejja sal-bidu tad-disghinijiet. Ghalhekk hafna jitkellmu
fuq il-gwerra bla tmiem tas-seklu ghoxrin. Ghax gwerra mhux l-imwiet, it-tifrik
u l-hruxijiet ta’ waqt l-azzjoni biss, izda wkoll it-tbatijiet u t-tenzjonijiet
li l-popli jghaddu minnhom waqt il-perjodu kollu tal-kunflitt. Generazzjonijiet
shah ta’ nies u popli shah isoffru bil-kbir b’rizultat ta’ gwerrer u
tenzjonijiet u konflitti li jkunu mgebbda fuq ghexieren ta’ snin. L-Ewropa
ghandha storja ta’ dmija, hruxija u tbatija kkawzata mill-firda fost il-popli
Ewropej, li tizboq lil regjuni ohra.
Gwerer u mwiet
Is-seklu ghoxrin
taghna gwerer u dittetorjali li ma jibqghux mfakkra biss minhabba ragunijet ta’
konkwisti u problemi geografici. Dawn il-gwerer kienu differenti jekk mhux wkoll
innovettivi f’dak li hu livell enormi ta’ mwiet li ikkawzaw. It-tabella li qed
nuri, mehuda mill-ktieb ta’ R.J Rummel “Death by Government” turi n-numru enormi
ta’ persuni li gew maqtula fil-gwerra tas-sekli li hrigna minnu. Vera li n-numri
huma stimi ragonevoli, ghax hadd fi gwerra ma joqghod jaqta’ l-ismijiet ta’ dawk
li jmutu u hafna mwiet isiru f’pajjizi fejn ir-regim li jmexxi jkollu interess
li jahbi l-verita. Il-figuri, izda, juru ndikazzjoni cara tal-orrur bla qies ta’
dak li gara fis-seklu ghoxrin.
Meta il-figuri juru n-numru ta’ dawk
“associated with war”, in-numri juru nies li gew maqtula mill-gvernijiet taghhom
stess (per ezempju l-qtiel minn Nazisti fil-Germanja) jew qtiel li sar
mill-gvernijiet li invadew u okkupaw pajjizi ohra (per ezempju n-Nazisti
Germanizi) waqt, jew qabel, jew wara l-gwerra. Juru wkoll l-imwiet li graw fi
gwerrer civili, f’konflitti interni msahhna bl-effett tal-kunflitti
internazzjonali (per ezempju dak li gara fic-Cina fit-tletinijiet). Juru wkoll
in-numru ta’ nies li mietu bil-guh li gie kkawzat bil-gwerrer. Dawn l-imwiet
jigru mhux ghax ma jkunx hemm ikel, rari jsir hekk, izda l-imwiet jkunu kkawzati
mit-tkissir u tharbit tas-sistemi tad-distribuzzjoni tal-ikel li jissucidi
mill-azzjoni tal-gwerra u mill-azzjonijiet tal-gvernijiet u l-awtoritajiet
militari.
L-azzjonijiet
li ghalihom jkunu responsabbli l-gvernijiet tal-pajjizi mdahhla fil-gwerrer
jirraprezentaw l-akbar kategorija ta’ mwiet. Il-figura ta’ 97 miljun ruh li
mietu fl-Unjoni Sovjetika u fic-Cina Kommunista minhabba ragunijiet marbutin
mal-gwerer hi verament allarmanti. Vera li hemm argument dwar kemm hi korretta
din l-istima, hemm min jghid li hi baxxa hafna u min jghid li hi gholja wisq,
izda verament jekk mietu 60 miljun jew hux 140 miljun, il-fatt jibqa’ li hi
cifra devastanti.
Guh u sfrattu
Il-mexxej Kommunista Stalin darba qal
li “mewt ta’ bniedem wahdu hi tragedja, mewt ta’ miljun ruh hi biss statistika”.
Pero din hi l-istatistika li taghti verament is-sens ta’ orrur li ggib maghha
il-gwerra. Kien hemm imwiet li saru direttament fl-azzjoni tal-gwerra. Ohrajn
qtil ordnat mill-gvernijiet, ohrajn imwiet fil-kampijiet ta’ koncentrament u
ohrajn (bhal fil-kaz tar-Revoluzzjoni Kulturali ta’ Cina li grat bejn l-1996 u
l-1976) imwiet ikkawzati mill-anarkija organizzata mill-istess gvern. Pero
l-akbar numru ta’ mwiet ta’ nies innocenti rrizulta mill-guh li hakem l-Unjoni
Sovjetika u c-Cina fiz-zminijiet differenti meta l-azzjonijiet tal-gvernijiet
rivoluzzjonarji ta’ dawn il-pajjizi enermi gabu konfuzjoni u kaos totali
fil-produzzjoni u distribuzzjoni ta’ ikel minhabba decizjonijiet u strategiji
politici ghal kollox zbaljati.
Kien hemm gwerer u tragedji kefrien bhal
dawk tal-Kambodja fejn ir-regim tal-Khmer Rouge ta’ PolPot qatel mat-tletin
fil-mija tal-populazzjoni ta’ pajjizu u tal-Vietnam fejn aktar minn miljun ruh
mietu kawza tal-konfuzjoni u l-mibgheda li gie rrizultat mill-kunflitt bejn
il-Vietnam ta’ Fuq u l-Vietnma ta’ Isfel. Kien hemm wkoll il-qtil brutali li
graw fl-Indonesja fejn tlett kwarti ta’ miljun ruh mietu meta gie suppress
il-poplu meta qam kontra ir-regim li kienu jahkmu. Kien hemm ukoll l-massakri
aktar ricenti tad-disghinijiet li graw fir-Rwanda fl-Afrika, u ohrajn fl-Afrika
wkoll bhal tal-Angola, tal-Kongo, tas-Sudan, tal-Etjopja, tas-Samalia, tas-Sud
Afrika, tar-Rhodesia, tac-Cad, tal-Algerija. Kemm mietu fil-Korea ta’ Fuq
il-bambin biss jaf.
Li hu zgur hu li s-seklu ghoxrin, dak li ser jibqa’
mnizzel fl-istorja bhala s-seklu li gap mieghu l-akbar progress fil-medicina,
fl-agrikoltura, u fix-xjenza u t-teknologija li bihom il-popli tad-dinja setghu
jghixu ahjar, jghixu aktar u jmutu anqas, kien ukoll is-seklu ta’ l-akbar
massakri u l-akbar numru ta’ mwiet li graw kawza tal-gwerer. Kien verament
is-Seklu tal-progress u tad-dmugh.
Is-seklu l-Gdid
Issa dhalna
fit-tielet millenju. Seklu gdid. Millenju gdid. Wara l-waqgha tal-hajt ta’
Berlin u l-waqgha tal-Kommunizmu u r-risorgiment ta’ tama gdida ghal zmien ta’
paci u progress li bhalu d-dinja qatt ma rat, ergajna bit-tidwien tal-gwerrer.
Suppost li l-gwerra kontra t-terrorizmu li zvolgiet wara t-tragedja tal-11 ta’
Settembru 2001, u issa wkoll il-gwerra ppjanata kontra Saddam, jekk mhux ukoll
kontra l-Korea, huma mahsuba biex jeqirdu t-theddid ta’ aktar gwerrer u aktar
imwiet.
L-argument kollu hu li analizi tal-gwerrer tas-seklu ghoxrin juri
li l-perm ta’ kollox dejjem ikunu estremisti li mhux vera jkollom il-poplu
maghhom. Dettaturi u regimi ripressivi u setghat fanatici li jgennu n-nies u
joholqu sistemi ta’ ripressjoni u abbuz li kwazi bilfors jirrizultaw bil-gwerrer
u mwiet. Ghalhekk is-soluzzjonijiet mhux facli. X’taghmel tohloq gwerra, iggib
l-inkwiet u l-imwiet biex tevita l-imwiet.
Zgur pero li d-dinja tghallmet
hafna mit-tragedji tas-Seklu Ghoxrin. Zgur li l-Ewropej li baqghu jkaxxkru
bil-gwerrer bhal dawk tal-Balkani wara il-waqgha tal-Jugoslavja u dawk bhal
tac-Cecnja wara l-waqgha tal-Unjoni Sovjetika, m’ghandhom l-ebda entuzjazmu
ghall-gwerrer. L-Ewropa nfniet bil-gwerrer tas-seklu ghoxrin.
Id-dinja
kollha nfniet. Izda ahna rridu forsi nharsu aktar qribna u madwarna, ghalkemm
id-dinja hi verament wahda. L-Ewropej halfu wara t-Tragedja tal-gwerra mondjali
ta’ sittin sena ilu li ma jridux aktar gwerrer. Ghalhekk sar dak l-isforz kollu
biex in-nazzjonijiet ewropej jinghaqdu u jitghallmu jghixu flimkien bhala
familja bla fruntieri. Ghalhekk iddecidew li kundizzjoni importanti tas-Shubija
b’mod jew iehor fl-Ewropa li qed tinghaqad hu t-twemmin fid-demokrazija u
fil-liberta tal-popli li jiddeciedu huma. Ghalhekk regimi militari u movimenti
estremisti qed isibuha bi tqila biex ikunu accettati.
Ahna f’pajjizna
dan nifhmuh. Ahna nghozzu d-demokrazija taghna u l-gwerrer ibezzghuna. Ma rridux
gwerrer u l-Maltin huma ta’ fehma wahda dwar dan. Li ghadna ma ftehmniex fuqu hu
kif l-ahjar li nizguraw li pajjizna jkun imhares mit-theddid u l-abbuz li
haddiehor ikbar minna jista’ jaghmlilna, u kif fl-istess waqt inkunu ahna li bla
ebda xkiel niddeciedu.
J’alla niftehmu u s-soluzzjoni nsibuha. Ghax lil
hinn minn kull gid u progress ekonomiku, is-serhan tal-mohh u li nghixu fil-paci
u s-sigurta’, huwa akbar. Ghal Malti s-sliem hu l-akbar
valur.
|