Dak li qed isir fil-Belt Valletta, organizzat b’mod sfaccat mill-UHM mhux ghir ezercizzju kontinwu ta’ ntimidazzjoni biex l-Awtoritajiet ikunu sfurzati jiehdu decizjoni li titfa lill-Belt Kapitali ta’ pajjizna lura u li titfarrak ir-riforma li qed issir wara snin shah ta’ konsultazzjoni u sforzi minn dawk kollha li jridu jghollu l-livell tal-Belt Kapitali ta’ pajjizna ghal post xieraq li jixirqilha bhala Belt ta’ wirt dinji.
Dak li qed isir fil-Belt Valletta, organizzat b’mod sfaccat mill-UHM mhux ghir ezercizzju kontinwu ta’ ntimidazzjoni biex l-Awtoritajiet ikunu sfurzati jiehdu decizjoni li titfa lill-Belt Kapitali ta’ pajjizna lura u li titfarrak ir-riforma li qed issir wara snin shah ta’ konsultazzjoni u sforzi minn dawk kollha li jridu jghollu l-livell tal-Belt Kapitali ta’ pajjizna ghal post xieraq li jixirqilha bhala Belt ta’ wirt dinji. L-imprendituri tal-Monti immexxijin minn-Union tal-Haddiema ihhajgekkjaw il-Pjazza ewlenija li ddahhlek fil-Belt Kapitali ta’ pajjizna u s-sidien tal-hwienet tal-Belt Valletta, x-xerrejja u dawk kollha li jidhlu biex jinqdew mill-Belt qed ikunu sfurzati taht il-harsa intimidatorja tas-sidien tal-Monti biex jiffirmaw petizzjoni li hadd ma jaf x’inhi. Ic-cittadin Malti illum ma jistax jidhol il-Belt Valletta minghajr ma jsib ruhu iffaccjat bl-iskumdita ikkawzata mill-UHM. Il-progett tal-Belt hu kontinwazzjoni ta’ dak kollu li qed isir biex il-Belt Valletta taghna toghla ghal livell li jixirqilha b’paragun ma bliet storici ohra ewropej. Il-GRTU ghalhekk tappella l-ewwelnett lill-Awtoritajiet biex iqumu minn hemm u jiddefendu lic-cittadini minn din l-intimidazzjoni. Ic-cittadin ma ghandux ikun sfurzat li jrid jaghti ismu lill-pulizija biex il-pulizija tiddefendilu d-drtitt tieghu li jidhol il-Belt Valletta bla ebda hjiel ta’ intimidazzjoni. Hu l-obbligu tal-pulizija li tassigura access mija fil-mija hieles lil kull cittadin Malti. It-tieninett il-GRTU tappella lill-poplu Malti u b’mod partikolari lil dawk li minn dejjem irreziztew li pajjizna jitmexxa bi storbju u s-sfafar ta’ minn kapaci johrog in-nies fil-pjazez biex huma wkoll jitkellmu kontra dan l-mod abbuziv kif tittmexxa diskussjoni pubblika. Li qed isir illum fil-Belt hu tgheddida serja lid-drittijiet civili tal-Maltin. Jidher car li l-ghan tal-organizzaturi tal-istorbju bit-tisfir, bit-daqq tat-tnabar u bl-ghajjat organizzat jum wara l-iehor biex jkollu mpatt akkumulattiv, hu li nitfaw lil pajjizna tletin sena lura. U ghajb ghal min qed jaqa ghall dan il-metodu hekk mistmerr. U ghajb ukoll ghal dawk li ghax intimidati qed ibaxxu rashom ghal dan. Il-GRTU tappella lill-Kummissarju tal-Pulizija biex jizgura li d-drittijiet civili tal-Maltin ikunu mharsa sewwa u li din l-intimidazzjoni kontinwa ma twassalx ghat-terrorizmu u vjolenza. Il-GRTU tfakkar lill-gvern illi huwa gie elett fuq program ta’ ‘is-sewwa jirbah dejjem” u mhux “bl-storbju tirbah dejjem” . Il-GRTU li fis-sittin sena li ilha tezizti sofriet hafna intimidazzjonijiet theddied u zeblieh, mhux ser tbaxxi rasha qatt quddiem minn jahseb li f’pajjizna ghadu z-zmien li bis-sahha u bl-intimidazzjoni tista tirbah.